32005O0005

Linjagwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta’ Frar, 2005 dwar il-ħtiġijiet ta’ rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni statistika fi ħdan is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali fil-qasam ta’ l-istatistiċi finanzjarji tal-gvern (BĊE/2005/5)

Official Journal L 109 , 29/04/2005 P. 0081 - 0106


Linjagwida tal-Bank Ċentrali Ewropew

tas- 17 ta’ Frar, 2005

dwar il-ħtiġijiet ta’ rapportar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni statistika fi ħdan is-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali fil-qasam ta’ l-istatistiċi finanzjarji tal-gvern

(BĊE/2005/5)

(2005/327/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikolu 5.1 u 5.2, l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3,

Billi:

(1) Sabiex tissodisfa d-dmirijiet tagħha, is-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) teħtieġ statistiċi finanzjarji tal-gvern affidabbli (GFS).

(2) Il-proċeduri stabbiliti f’din il-Linjagwida ma jaffettwawx ir-responsabbiltajiet u l-kompetenzi fil-livell ta’ l-Istati Membri u tal-Komunità.

(3) L-Artikolu 5.1 ta’ l-Istatut jeħtieġ lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊN), li jiġbor jew mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew direttament mingħand aġenti ekonomiċi, l-informazzjoni statistika meħtieġa sabiex huwa jkun jista’ jissodisfa d-dmirijiet tas-SEBĊ. L-Artikolu 5.2 jistipula li l-BĊN għandhom jissodisfaw, sakemm ikun possibbli, id-dmirijiet deskritti fl-Artikolu 5.1.

(4) Parti mill-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet statistiċi tas-SEBĊ fil-qasam tal-GFS tiġi kkompilata mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mhux mill-BĊN. Għaldaqstant, uħud mid-dmirijiet li għandhom isiru taħt din il-Linjagwida jeħtieġu l-kooperazzjoni bejn is-SEBĊ u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, f’konformità ma’ l-Artikolu 5.1 ta’ l-Istatut u l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat- 23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew [1].

(5) Hemm bżonn li jiġu stabbiliti proċeduri effiċjenti għall-iskambju ta’ GFS fi ħdan is-SEBĊ, sabiex jiġi żgurat li s-SEBĊ jkollha GFS fil-ħin li jissodisfaw il-ħtiġijiet tagħha u li jkun hemm il-kompatibilità bejniethom u t-tbassir ta’ l-istess varjabbli mħejjija mill-BĊN, irrispettivament minn jekk l-istatistiċi humiex ikkompilati mill-BĊN jew mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(6) Għal raġunijiet ta’ konsistenza, il-ħtiġijiet tas-SEBĊ fil-qasam tal-GFS għandhom ikunu bbażati kemm jista’ jkun fuq l-istandards statistiċi tal-Komunità stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal- 25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-Sistema Ewropea ta’ Kontabilità Nazzjonali u Reġjonali fil-Komunità [2] (minn hawn iżjed ’il quddiem l-"ESA 95").

(7) It-Tabella 2 ("Aggregati prinċipali tal-gvern ġenerali") tal-Programm ta’ Trasmissjoni fl-Anness B ta’ l-ESA 95, disponibbli darbtejn fis-sena (b’intervalli ta’ tliet jew tmien xhur wara t-tmiem ta’ l-aħħar sena koperta) tkopri ħafna mill-informazzjoni bażika meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet ta’ rapportar għad- dħul u għall-ħruġ. Il-bqija ta’ l-informazzjoni bażika meħtieġa sabiex jiġu kkompilati t-totali taż-żona ta’ l-euro u ta’ l-Unjoni Ewropea (UE) għad-dħul u għall-ħruġ għandha x’taqsam b’mod ewlieni mat-transazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-baġit ta’ l-UE.

(8) Statistiċi ta’ aġġustament ta’ dejn u defiċit-dejn tal-gvern magħżulin huma disponibbli darbtejn fis-sena, qabel l-ewwel ta’ Marzu u l-ewwel ta’ Settembru, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93 tat- 22 ta’ Novembru 1993 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll fuq il-proċedura ta’ defiċit eċċessiv anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea [3]. It-Tabella 6 ("Kontijiet finanzjarji skond is-settur (transazzjonijiet)") u t-Tabella 7 ("Karti ta’ bilanċ għal attivi u passivi finanzjarji") tal-Programm ta’ Trasmissjoni fl-Anness B ta’ l-ESA 95, inkluż il-kontijiet finanzjarji għas-settur tal-gvern ġenerali u għas-sub-setturi tiegħu, huma magħmulin disponibbli darba fis-sena (b’intervall ta’ disa’ xhur wara t-tmiem ta’ l-aħħar sena koperta). Madankollu, dawn is-sorsi ma jissodisfawx il-ħtiġijiet tas-SEBĊ fir-rigward tal-kopertura u tal-perjodiċità.

(9) Fir-rigward ta’ l-istatistiċi ta’ aġġustament tad-dejn u defiċit-dejn tal-gvern, is-SEBĊ teħtieġ ukoll data li mhijiex disponibbli mill-istatistiċi deskritti fuq, b’mod speċjali data fuq l-analiżi tad-djun skond il-maturità inizzjali u residwa, id-denominazzjoni u s-sidien, u ċ-ċirkolazzjonijiet l-oħra li jgħaqqdu t-transazzjonijiet hekk kif ivvalutati fis-suq, f’konformità ma’ l-ESA 95, u l-bidliet fid-dejn tal-gvern fil-valur nominali, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 3605/93. Għaldaqstant, minkejja s-sorsi deskritti fuq, hemm bżonn ta’ aktar kompilazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(10) Limitazzjonijiet fuq sistemi ta’ ġbir tal-GFS u fuq ir-riżorsi jfissru li jista’ jkun hemm bżonn li jingħataw derogi minn din il-Linjagwida.

(11) It-trasmissjoni mill-BĊN lill-BĊE ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali sseħħ kemm jista’ jkun sabiex ikunu jistgħu jiġu sodisfatti d-dmirijiet tas-SEBĊ. Ir-reġim ta’ kunfidenzjalità huwa stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 u l-Linjagwida BĊE/1998/NP28 tat- 22 ta’ Diċembru 1998 dwar ir-regoli komuni u l-istandards minimi sabiex tiġi protetta l-kunfidenzjalità ta’ l-informazzjoni statistika individwali miġbura mill-Bank Ċentrali Ewropew bil-għajnuna tal-banek ċentrali nazzjonali [4].

(12) Hemm bżonn li tiġi stabbilita proċedura li biha jkunu jistgħu jsiru l-emendi tekniċi għall-Annessi ma’ din il-Linjagwida b’mod effettiv, sakemm emendi bħal dawn la jbiddlu l-qafas kunċettwali bażi u lanqas jaffettwaw il-piż ta’ rapportar. Meta tkun qegħda tiġi segwita l-proċedura, għandu jingħata kas ta’ l-opinjonijiet tal-Kumitat ta’ l-Istatistiċi tas-SEBĊ. Il-BĊN jista’ jipproponi emendi tekniċi bħal dawn għall-Annessi permezz tal-Kumitat ta’ l-Istatistiċi.

(13) Skond l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 ta’ l-Istatut, il-linji ta’ gwida tal-BĊE jiffurmaw parti integrali mil-liġi tal-Komunità,

ADOTTA DIN IL-LINJAGWIDA:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din il-Linjagwida:

1. "Stat Membru parteċipanti" tfisser Stat Membru li adotta l-munita unika skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

2. "żona ta’ l-euro" tfisser it-territorju ekonomiku ta’ l-Istati Membri parteċipanti, u l-BĊE;

3. "dejn li għandu rata ta’ imgħax varjabbli" tfisser dejn f’dawk l-istrumenti finanzjarji li l-ħlasijiet b’kupuni mhumiex perċentwal predeterminat tal-kapital, iżda jiddependu fuq tielet rata ta’ imgħax jew ta’ redditu jew fuq indikatur ieħor;

4. "statistiċi ta’ dħul u ħruġ" tfisser l-istatistiċi li jinsabu fit-Tabella 1A, Tabella 1B u Tabella 1Ċ ta’ l-Anness I;

5. "statistiċi ta’ aġġustament defiċit-dejn" tfisser l-istatistiċi li jinsabu fit-Tabella 2A u fit-Tabella 2B ta’ l- Anness I;

6. "statistiċi tad-dejn" tfisser l-istatistiċi li jinsabu fit-Tabella 3A u Tabella 3B ta’ l-Anness I;

7. "sett sħiħ ta’ data" tfisser il-kategoriji taħt "statistiċi ta’ dħul u ħruġ", "statistiċi ta’ aġġustament defiċit-dejn" u "statistiċi ta’ dejn";

8. "kategoriji prinċipali" u "kategoriji sekondarji" tfisser il-kategoriji msejjħa b’dan il-mod fl-Anness I;

9. "sett parzjali ta’ data" tfisser il-kategoriji kollha jew il-kategoriji prinċipali taħt waħda milli ġejjin: "statistiċi ta’ dħul u ħruġ", "statistiċi ta' aġġustament defiċit-dejn" jew "statistiċi ta’ dejn".

Artikolu 2

Obbligi ta’ rapportar statistiku tal-BĊN

1. Il-BĊN għandhom jirrapportaw il-GFS lill-BĊE, kif speċifikat fl-Anness I, fuq bażi ta’ darba fis-sena kalendarja. Id-data għandha tikkonforma mal-prinċipji u mad-definizzjonijiet ta’ l-ESA 95 u tar-Regolament (KE) Nru 3605/93, kif deskritti aktar fid-dettall fl-Anness II.

2. Id-data għandha tkopri l-perjodu minn 1991 sas-sena li magħha għandha x’taqsam it-trasmissjoni (sena t-1).

3. Id-data dwar defiċit/bilanċ, dejn, dħul, infiq jew il-prodott gross domestiku (PGD) nominali għandha tkun akkompanjata b’raġunijiet għal reviżjonijiet meta l-ammont ta’ bidla għad-defiċit/bilanċ ikkawżat mir-reviżjonijiet ikun għallinqas 0.3 % tal-PGD jew l-ammont ta’ bidla għad-dejn, dħul, infiq jew PGD nominali kkawżat minn reviżjonijiet ikun għallinqas 0.5 % tal-PGD.

Artikolu 3

Obbligi ta’ rapportar statistiku tal-BĊE

1. Fuq il-bażi tad-data rrapportata mill-BĊN, il-BĊE għandu jamministra l-"bażi ta’ data tal-GFS", li tinkludi ż-żona ta’ l-euro u aggregati ta’ l-UE. Il-BĊE għandu jqassam il-bażi ta’ data tal-GFS lill-BĊN.

2. Il-BĊN għandhom jimmarkaw l-informazzjoni statistika tagħhom billi jindikaw lil min din tista’ tkun magħmula disponibbli. Il-BĊE għandu jqis dan l-immarkar meta jqassam il-bażi ta’ data tal-GFS.

Artikolu 4

Perjodiċità

1. Il-BĊN għandu jirrapporta settijiet sħaħ ta’ data darbtejn fis-sena, qabel il-15 ta’ April u qabel il-15 ta’ Settembru.

2. Il-BĊN għandhom jirrapportaw fuq l-inizjattiva tagħhom stess settijiet parzjali ta’ data, bejn iż-żewġ rapporti deskritti fil-paragrafu wieħed, meta jkun hemm informazzjoni ġdida disponibbli. Meta jiġi rrapportat sett parzjali ta’ data li jkopri l-kategoriji prinċipali biss, il-BĊN jistgħu jipprovdu wkoll stimi tal-kategoriji sekondarji.

3. Il-BĊE għandu jqassam il-bażi ta’ data tal-GFS lill-BĊN għallinqas darba fix-xahar, mhux aktar tard mill-jum ta’ xogħol ta’ wara tal-BĊE wara li l-BĊE jiffinalizza d-data għall-pubblikazzjoni.

Artikolu 5

Kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti

1. Fejn is-sors ta’ xi jew tad-data u ta’ l-informazzjoni kollha deskritta fl-Artikolu 2 huma awtoritajiet nazzjonali kompetenti mhux il-BĊN, il-BĊN għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jistabbilixxu ma’ dawk l-awtotitajiet, il-mezzi addattati ta’ ko-operazzjoni sabiex tiġi żgurata struttura permanenti ta’ trasmissjoni ta’ data sabiex jiġu sodisfatti l-istandards u l-ħtiġijiet tekniċi tas-SEBĊ, sakemm l-istess riżultat ma jkunx diġà ntlaħaq fuq il-bażi ta’ leġislazzjoni nazzjonali.

2. Meta, waqt din il-ko-operazzjoni, BĊN ma jkunx jista’ jikkonforma mal-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 4 minħabba li l-awtorità nazzjonali kompetenti ma tkunx ipprovdiet lill-BĊN bl-informazzjoni meħtieġa, il-BĊE u l-BĊN għandhom jiddiskutu ma’ dik l-awtorità kif l-informazzjoni tista’ tkun magħmula disponibbli.

Artikolu 6

Trasmissjoni u standards ta’ kodifikazzjoni

Il-BĊN u l-BĊE għandhom jużaw l-istandards speċifikati fl-Anness III sabiex jittrasmettu u jikkodifikaw id-data deskritta fl-Artikoli 2 u 3. Din il-ħtieġa ma timpedixxix l-użu ta’ xi mezzi oħra ta’ trasmissjoni ta’ informazzjoni statistika lill-BĊE bħala soluzzjoni ta' rikorrenza.

Artikolu 7

Kwalità

1. Il-BĊE u l-BĊN għandhom jimmonitorjaw u jippromwovu l-kwalità tad-data rrapportata lill-BĊE.

2. Il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jirrapporta ta’ kull sena lill-Kunsill Governattiv tal-BĊE fuq il-kwalità tal-GFS annwali.

3. Ir-rapport għandu jindirizza, għallinqas, il-kopertura tad-data, kemm tikkonforma mad-definizzjonijiet relevanti, u l-ammont ta' reviżjonijiet.

Artikolu 8

Derogi

1. Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE għandu jagħti derogi lil dawk il-BĊN li ma jkunux jistgħu jikkonformaw mal-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 4(1). Id-derogi mogħtija huma elenkati fl-Anness IV.

2. BĊN li jkun ingħata deroga għal perjodu speċifiku ta’ żmien għandu jinforma lill-BĊE ta’ kull sena bil-passi li għandhom jittieħdu sabiex jikkonforma b’mod sħiħ mal-ħtiġijiet ta’ rapportar.

3. Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE għandu jirrevedi d-derogi kull sena.

Artikolu 9

Proċedura ssimplifikata ta’ emenda

Filwaqt li jqis l-opinjonijiet tal-Kumitat ta’ l-Istatistiċi, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jkun intitolat jagħmel emendi għall-Annessi għal din il-Linjagwida, sakemm emendi bħal dawn la jbiddlu l-qafas kunċettwali bażi u lanqas ma jaffettwaw il-piż ta’ rapportar.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Din il-Linjagwida għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 11

Indirizzata

Din il-Linjagwida hija indirizzata lill-BĊN ta’ l-Istati Membri parteċipanti.

Magħmula fi Frankfurt am Main, nhar is- 17 ta’ Frar, 2005.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude Trichet

[1] ĠU L 318, tas-27.11.1998, p. 8.

[2] ĠU L 310, tat-30.11.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1267/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 180, tat-18.7.2003, p. 1).

[3] ĠU L 332, tal-31.12.1993, p. 7. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 351/2002 (ĠU L 55, tas-26.2.2002, p. 23).

[4] Ippubblikat fil-ĠU L 55, ta’ l-24.2.2001, p. 72, bħala Anness III għad-Deċiżjoni BĊE/2000/12 ta’ l- 10 ta’ Novembru 2000 dwar il-pubblikazzjoni ta’ ċerti atti legali u strumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew.

--------------------------------------------------

ANNESS I

ĦTIĠIJIET TA’ RAPPORTAR TA’ DATA

Is-sett sħiħ tad-data jinkludi statistiċi dwar id-dħul u l-ħruġ (Tabella 1A, Tabella 1B u Tabella 1Ċ), statistiċi ta’ aġġustament defiċit-dejn (Tabella 2A u Tabella 2B) u statistiċi ta’ dejn (Tabella 3A u Tabella 3B). Il-kategoriji ewlenin huma dawk miktubin b’tipa skura, filwaqt li l-oħrajn huma kategoriji sekondarji. Settijiet ta’ data parzjali jinkludu għallinqas il-kategoriji ewlenin taħt statistiċi dwar id-dħul u l-ħruġ. Il-kategoriji jirreferu għas-settur tal-gvern ġenerali sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor.

STATISTIĊI TAD-DĦUL U TAL-ĦRUĠ

Tabella 1A

Kategorija | Nru u relazzjoni linejari |

Defiċit (–) jew bilanċ (+) | 1 = 7 – 8 = 2 + 3 + 4 + 5 |

Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern ċentrali | 2 |

Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern statali | 3 |

Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern lokali | 4 |

Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-fondi tas-sigurtà soċjali | 5 |

Defiċit (–) jew bilanċ (+) primarju | 6 = 1 + 26 |

Dħul totali | 7 = 9 + 31 |

Ħruġ totali | 8 = 21 + 33 |

Dħul kurrenti | 9 = 10 + 13 + 15 + 18 + 20 |

Taxxi diretti | 10 |

li għandhom jitħallsu minn korporazzjonijiet | 11 |

li għandhom jitħallsu minn djar | 12 |

Taxxi indiretti | 13 |

li huma VAT | 14 |

Kontribuzzjonijiet soċjali | 15 |

li huma kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta’ min iħaddem | 16 |

li huma kontribuzzjonijiet soċjali ta’ l-impjegati | 17 |

Dħul kurrenti ieħor | 18 |

li huwa imgħax li jrid jiġi rċevut | 19 |

Bejgħ | 20 |

Ħruġ kurrenti | 21 = 22 + 26 + 27 + 29 |

Trasferimenti kurrenti | 22 = 23 + 24 + 25 |

Pagamenti soċjali | 23 |

Sussidji li jridu jitħallsu | 24 |

Trasferimenti kurrenti oħra li jridu jitħallsu | 25 |

Imgħax li jrid jitħallas | 26 |

Kumpens ta’ l-impjegati | 27 |

li huma pagi u salarji | 28 |

Konsum intermedju | 29 |

Tfaddil gross | 30 = 9 – 21 |

Dħul kapitali | 31 |

li huwa taxxi kapitali | 32 |

Infiq kapitali | 33 = 34 + 35 + 36 |

Investiment | 34 |

Akkwisti netti oħra ta’ assi mhux finanzjarji | 35 |

Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu | 36 |

Partiti tal-memorandum | |

defiċit (–) jew bilanċ (+) ta’ l-EDP | 37 |

imgħax fuq l-EDP li jrid jitħallas | 38 |

Dħul mill-bejgħ ta’ liċenzji tal-UMTS | 39 |

Kontribuzzjonijiet soċjali attwali | 40 |

Benefiċċji soċjali għajr trasferimenti soċjali mhux fi flus | 41 |

Prodott gross domestiku | 42 |

Prodott gross domestiku bi prezzijiet kostanti | 43 |

Investiment tal-gvern bi prezzijiet kostanti | 44 |

Tabella 1B

Kategorija | Nru u relazzjoni linejari |

Ħlasijiet minn Stat Membru lill-baġit ta’ l-UE | 1 = 2 + 4 + 5 + 7 |

Taxxi indiretti li jridu jiġu rċevuti mill-baġit ta’ l-UE | 2 |

li huma VAT rċevuta mill-baġit ta’ l-UE | 3 |

Ko-operazzjoni internazzjonali kurrenti li trid titħallas mill-gvern lill-baġit ta’ l-UE | 4 |

Trasferimenti kurrenti mixxellanji li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit ta’ l-UE | 5 |

li huma r-raba’ riżorsa proprja ta’ l-UE | 6 |

Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit ta’ l-UE | 7 |

Infiq ta’ l-UE fl-Istat Membru | 8 = 9 + 10 + 11 + 12 + 13 |

Sussidji li jridu jitħallsu mill-baġit ta’ l-UE | 9 |

Trasferimenti kurrenti li jridu jitħallsu mill-baġit ta’ l-UE lill-gvern | 10 |

Trasferimenti kurrenti li jridu jitħallsu mill-baġit ta’ l-UE lil unitajiet mhux governattivi | 11 |

Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-baġit ta’ l-UE lill-gvern | 12 |

Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-baġit ta’ l-UE lil unitajiet mhux governattivi | 13 |

Dħul nett mill-baġit ta’ l-UE (riċevitur nett +, kontributur nett -) | 14 = 8 – 1 |

Partita tal-memorandum | |

Spejjeż tal-ġbir tar-riżorsi proprji | 15 |

Tabella 1Ċ

Kategorija | Nru u relazzjoni linejari |

Infiq fuq il-konsum finali | 1 = 2 + 3 = 4 + 5 + 6 + 7 + 8 + 9 – 10 |

Infiq fuq il-konsum individwali | 2 |

Infiq fuq il-konsum kollettiv | 3 |

Kumpens ta’ l-impjegati | 4 = [1A.27] |

Konsum intermedju | 5 = [1A.29] |

Trasferimenti soċjali mhux fi flus fornuti permezz ta’ produtturi tas-suq | 6 |

Konsum ta’ kapital fiss | 7 |

Taxxi fuq il-produzzjoni mħallsa nieqes is-sussidji rċevuti | 8 |

Bilanċ nett tat-tħaddim | 9 |

Bejgħ | 10 = [1A.20] |

Partita tal-memorandum | |

Infiq fuq il-konsum finali bi prezzijiet kostanti | 11 |

STATISTIĊI TA’ AĠĠUSTAMENT DEFIĊIT-DEJN

Tabella 2A

Kategorija | Nru u relazzjoni linejari |

Defiċit (–) jew bilanċ (+) | 1 = [1A.1] |

Aġġustament bejn kontijiet finanzjarji u mhux finanzjarji | 2 = 1 – 3 |

Transazzjonijiet netti f’assi u passivi finanazjarji | 3 = 4 – 15 |

Transazzjonijiet f’assi finanazjarji (konsolidati) | 4 = 5 + 6 + 7 + 8 + 9 + 13 |

Transazzjonijiet f’valuti u f’depożiti | 5 |

Transazzjonijiet f’titoli mhux ishma — titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir u fuq perjodu ta’ żmien twil | 6 |

Transazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji | 7 |

Transazzjonijiet f’self | 8 |

Transazzjonijiet f’ishma u f’ishma azzjonarji oħra | 9 |

Privatizzazzjoni | 10 |

Injezzjonijiet ta’ ishma azzjonarji | 11 |

Oħrajn | 12 |

Transazzjonijiet f’assi finanzjarji oħra | 13 |

li huma taxxi dovuti nieqes id-dħul mit-taxxa f’kontanti | 14 |

Transazzjonijiet f’passivi (konsolidati) | 15 = 16 + 17 + 18 + 19 + 20 + 22 |

Transazzjonijiet f’valuti u f’depożiti | 16 |

Transazzjonijiet f’titoli mhux ishma — titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir | 17 |

Transazzjonijiet f’titoli mhux ishma — titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil | 18 |

Transazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji | 19 |

Transazzjonijiet f’self | 20 |

li huma self mill-bank ċentrali | 21 |

Transazzjonijiet f'passivi oħra | 22 |

Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn (konsolidati)= ħtieġa ta’ self tal-gvern ġenerali (GGBR) | 23 = 16 + 17 + 18 + 2023 = 25 + 26 + 2723 = 2 – 1 + 4 – 19 – 22 |

Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien fit-tul | 24 |

Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati fil-valuta nazzjonali | 25 |

Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati f’valuta barranija parteċipanti | 26 |

Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati f’valuta barranija mhux parteċipanti | 27 |

Ċirkolazzjonijiet oħra | 28 = 29 + 32 |

Effetti tal-valutazzjoni fuq id-dejn | 29 = 30 + 31 |

Profitt u telf mill-kambju ta’ investimenti | 30 |

Effetti oħra ta’ valutazzjoni — valur apparenti | 31 |

Bidliet oħra fil-volum ta’ dejn | 32 |

Bidla fid-dejn | 33 = 23 + 2833 = 2 – 1 + 4 – 19 – 22 + 28 |

Tabella 2B

Kategorija | Nru u relazzjoni linejari |

Transazzjonijiet fi strumenti ta' dejn — mhux konsolidati | 1 = 2 + 3 + 4 + 5 + 6 |

Transazzjonijiet f’valuti u f’depożiti (passivi) — mhux konsolidati | 2 |

Transazzjonijiet f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir (passivi) — mhux konsolidati | 3 |

Transazzjonijiet f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil (passivi) — mhux konsolidati | 4 |

Transazzjonijiet f’self minn bank ċentrali | 5 |

Transazzjonijiet f’self ieħor (passivi) — mhux konsolidati | 6 |

Transazzjonijiet konsolidattivi | 7 = 8 + 9 + 10 + 11 |

Transazzjonijiet konsolidattivi — valuta u depożiti | 8 = 2 – [2A.16] |

Transazzjonijiet konsolidattivi — titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir | 9 = 3 – [2A.17] |

Transazzjonijiet konsolidattivi — titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil | 10 = 4 – [2A.18] |

Transazzjonijiet konsolidattivi — self | 11 = 6 – [2A.20] – [2A.21] |

DEJN STATISTIĊI

Tabella 3A

Kategorija | Nru u relazzjoni linejari |

Dejn | 1 = 2 + 3 + 4 + 5 + 6= 7 + 12 = 15 + 16 + 17= 18 + 19 = 21 + 22 + 24= 26 + 27 + 28 + 29 |

Dejn — valuta u depożiti (passivi) | 2 |

Dejn — titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir (passivi) | 3 |

Dejn — titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil (passivi) | 4 |

Dejn — self minn bank ċentrali (passivi) | 5 |

Dejn — self ieħor (passivi) | 6 |

Dejn miżmum minn residenti ta’ l-Istat Membru | 7 = 8 + 9 + 10 + 11 |

Dejn miżmum minn bank ċentrali | 8 |

Dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra | 9 |

Dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra | 10 |

Dejn miżmum minn residenti oħra ta’ l-Istat Membru | 11 |

Dejn miżmum minn mhux-residenti ta’ l-Istat Membru | 12 = 13 + 14 |

Dejn miżmum minn mhux-residenti ġewwa ż-żona ta’ l-euro | 13 |

Dejn miżmum minn mhux-residenti barra ż-żona ta’ l-euro | 14 |

Dejn denominat f’valuta nazzjonali | 15 |

Dejn denominat f’valuta barranija parteċipanti | 16 |

Dejn denominat f’valuta barranija mhux parteċipanti | 17 |

Dejn fuq perjodu ta’ żmien qasir | 18 |

Dejn fuq perjodu ta’ żmien twil | 19 |

li għandu rata ta’ imgħax varjabbli | 20 |

Dejn b’maturità residwa sa sena | 21 |

Dejn b’maturità residwa ta’ aktar minn sena sa 5 snin | 22 |

li għandu rata ta’ imgħax varjabbli | 23 |

Dejn b’maturità residwa ta’ aktar minn 5 snin | 24 |

li għandu rata ta’ imgħax varjabbli | 25 |

Komponent ta’ dejn tal-gvern ċentrali | 26 = [3B.7] – [3B.15] |

Komponent ta’ dejn tal-gvern statali | 27 = [3B.9] – [3B.16] |

Komponent ta’ dejn tal-gvern lokali | 28 = [3B.11] – [3B.17] |

Komponent ta’ dejn tal-fondi tas-sigurtà soċjali | 29 = [3B.13] – [3B.18] |

Partiti tal-memorandum | |

Maturità residwa medja tad-dejn | 30 |

Dejn — bonds ta’ bla kupun | 31 |

Tabella 3B

Kategorija | Nru u relazzjoni linejari |

Dejn (mhux konsolidat) | 1 = 7 + 9 + 11 + 13 |

Elementi konsolidattivi | 2 = 3 + 4 + 5 + 6 = 8 + 10 + 12 + 14= 15 + 16 + 17 + 18 |

Elementi konsolidattivi — valuta u depożiti | 3 |

Elementi konsolidattivi — titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir | 4 |

Elementi konsolidattivi — titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil | 5 |

Elementi konsolidattivi — self | 6 |

Dejn maħruġ mill-gvern ċentrali | 7 |

li huwa miżmum minn sub-setturi oħra tal-gvern | 8 |

Dejn maħruġ mill-gvern statali | 9 |

li huwa miżmum minn sub-setturi oħra tal-gvern | 10 |

Dejn maħruġ mill-gvern lokali | 11 |

li huwa miżmum minn sub-setturi oħra tal-gvern | 12 |

Dejn maħruġ mill-fondi tas-sigurtà soċjali | 13 |

li huwa miżmum minn sub-setturi oħra tal-gvern | 14 |

Partiti tal-memorandum | |

Pussess mill-gvern ċentrali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’sub-setturi oħra tal-gvern | 15 |

Pussess mill-gvern statali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’sub-setturi oħra tal-gvern | 16 |

Pussess mill-gvern lokali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet in sub-setturi oħra tal-gvern | 17 |

Pussess mill-fondi tas-sigurtà soċjali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’sub-setturi oħra tal-gvern | 18 |

--------------------------------------------------

ANNESS II

DEFINIZZJONIJIET METODOLOĠIĊI

1. Referenzi metodoloġiċi

Il-kategoriji deskritti fid-dettall fl-Anness I huma, b’mod ġenerali, definiti b’referenza għall-Anness A għall-ESA 95 u/jew għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3605/93. Definizzjonijiet metodoloġiċi kumplimentari huma stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ din il-Linja Gwida. B’mod partikolari, il-kodiċi li jirreferu għas-setturi u għas-sub-setturi huma deskritti fid-dettall fit-Tabella li ġejja.

Setturi u sub-setturi fl-ESA 95

| | Pubbliċi | Nazzjonali privati | Ikkontrollati minn barranin |

Ekonomija totali | S.1 | | | |

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji | S.11 | S.11001 | S.11002 | S.11003 |

Korporazzjonijiet finanzjarji | S.12 | | | |

Bank ċentrali | S.121 | | | |

Istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra | S.122 | S.12201 | S.12202 | S.12203 |

Intermedjarji finanzjarji oħra, għajr korporazzjonijiet ta’ l-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni | S.123 | S.12301 | S.12302 | S.12303 |

Awżiljarji finanzjarji | S.124 | S.12401 | S.12402 | S.12403 |

Korporazzjonijiet ta’ l-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni | S.125 | S.12501 | S.12502 | S.12503 |

Gvern ġenerali | S.13 | | | |

Gvern ċentrali | S.1311 | | | |

Gvern statali | S.1312 | | | |

Gvern lokali | S.1313 | | | |

Fondi tas-sigurtà soċjali | S.1314 | | | |

Djar | S.14 | | | |

Istituzzjonijiet li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt li jservu d-djar | S.15 | | | |

Bqija tad-dinja | S.2 | | | |

L-UE | S.21 | | | |

Il-pajjiżi membri ta' l-UE | S.211 | | | |

L-istituzzjonijiet ta’ l-UE | S.212 | | | |

Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali | S.22 | | | |

2. Definizzjoni tal-kategoriji [1]

Tabella 1A

1. Defiċit (–) jew bilanċ (+) [1A.1] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett (–) (B.9) ta’ S.13.

2. Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern ċentrali [1A.2] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett (–) (B.9) ta’ S.1311.

3. Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern statali [1A.3] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett (–) (B.9) ta’ S.1312.

4. Defiċit (–) jew bilanċ (+) tal-gvern lokali [1A.4] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett (–) (B.9) ta’ S.1313.

5. Defiċit (–) jew bilanċ (+) ta’ fondi tas-sigurtà soċjali [1A.5] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett (–) (B.9) ta’ S.1314.

6. Defiċit (–) jew bilanċ (+) primarju [1A.6] hija ugwali għal defiċit (–) jew bilanċ (+) [1A.1], miżjuda bl-imgħax li jrid jitħallas [1A.26].

7. Dħul totali [1A.7] hija ugwali għad-dħul kurrenti [1A.9], miżjuda bid-dħul kapitali [1A.31].

8. Ħruġ totali [1A.8] hija ugwali għall-ħruġ kurrenti [1A.21], miżjuda bl-infiq kapitali [1A.33].

9. Dħul kurrenti [1A.9] hija ugwali għat-taxxi diretti [1A.10], miżjuda bit-taxxi indiretti [1A.13], miżjuda bil-kontribuzzjonijiet soċjali [1A.15], miżjuda bi dħul kurrenti ieħor [1A.18], miżjuda bil-bejgħ [1A.20].

10. Taxxi diretti [1A.10] hija ugwali għal taxxi kurrenti fuq id-dħul u fuq il-ġid, eċċ. (D.5) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13.

11. Taxxi diretti li għandhom jitħallsu minn korporazzjonijiet [1A.11] hija ugwali għal taxxi kurrenti fuq id-dħul u fuq il-ġid, eċċ. (D.5) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13 u użu ta’ S.11 u S.12.

12. Taxxi diretti li għandhom jitħallsu minn djar [1A.12] hija ugwali għal taxxi kurrenti fuq id-dħul u fuq il-ġid, eċċ. (D.5) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13 u użu ta’ S.14.

13. Taxxi indiretti [1A.13] hija ugwali għal taxxi fuq il-produzzjoni u importazzjonijiet (D.2) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13, miżjuda bit-taxxi indiretti li jridu jiġu rċevuti mill-baġit ta’ l-UE [1B.2].

14. Taxxi indiretti li huma VAT [1A.14] hija ugwali għal taxxi tat-tip tal-valur miżjud (D.211) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13 u S.212.

15. Kontribuzzjonijiet soċjali [1A.15] hija ugwali għal kontribuzzjonijiet soċjali (D.61) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13.

16. Kontribuzzjonijiet soċjali li huma kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta’ min iħaddem [1A.16] hija ugwali għal kontribuzzjonijiet soċjali attwali ta’ min iħaddem (D.6111) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13.

17. Kontribuzzjonijiet soċjali li huma kontribuzzjonijiet soċjali ta’ l-impjegati [1A.17] hija ugwali għall-kontribuzzjonijiet soċjali ta’ l-impjegati (D.6112) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13.

18. Dħul kurrenti ieħor [1A.18] hija ugwali għal dħul minn proprjetà (D.4), pretensjonijiet minn assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja (D.72), ko-operazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74), u trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13, għajr riżorsi ta’ imgħax ta’ S.13 (D.41) li huma wkoll użu ta’ S.13, miżjuda bid-dħul minn sussidji oħra fuq il-produzzjoni (D.39) li huma użu ta’ S.13, nieqes it-trasferimenti kurrenti li jridu jitħallsu mill-baġit ta’ l-UE lill-gvern [1B.10], miżjuda bid-dħul nett mill-baġit ta’ l-UE [1B.14], jekk pożittiv.

19. Dħul kurrenti ieħor li huwa imgħax li jrid jiġi rċevut [1A.19] hija ugwali għal imgħax (D.41) imniżżel fost ir-riżorsi ta’ S.13 u użu tas-setturi kollha għajr S.13.

20. Bejgħ [1A.20] hija ugwali għall-produttività tas-suq (P.11), miżjuda bil-produttività għal użu finali proprju (P.12), miżjuda b’pagamenti minn produttività oħra mhux tas-suq (P.131) imniżżel fost ir-riżorsi ta’ S.13.

21. Ħruġ kurrenti [1A.21] hija ugwali għal trasferimenti kurrenti [1A.22], miżjuda bl-imgħax li jrid jitħallas [1A.26], miżjuda bil-kumpens ta’ l-impjegati [1A.27], miżjuda bil-konsum intermedju [1A.29].

22. Trasferimenti kurrenti [1A.22] hija ugwali għal pagamenti soċjali [1A.23], miżjuda b’sussidji [1A.24], miżjuda bi trasferimenti kurrenti oħra li jridu jitħallsu [1A.25].

23. Pagamenti soċjali [1A.23] hija ugwali għal benefiċċji soċjali għajr trasferimenti soċjali mhux fi flus (D.62), miżjuda bi trasferimenti soċjali mhux fi flus relatati ma’ l-infiq fuq prodotti fornuti lid-djar permezz ta’ produtturi tas-suq (D.6311 + D.63121 + D.63131) irreġistrati fost utenti ta’ S.13, miżjuda bi trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) irreġistrati fost użu ta’ S.13 u riżorsi ta’ S.15.

24. Sussidji li jridu jitħallsu [1A.24] hija ugwali għal sussidji (D.3) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13, miżjuda bis-sussidji li jridu jitħallsu mill-baġit ta’ l-UE [1B.9] lil residenti nazzjonali.

25. Trasferimenti kurrenti oħra li jridu jitħallsu [1A.25] hija ugwali għal taxxi kurrenti fuq id-dħul u fuq il-ġid, eċċ. (D.5), taxxi oħra fuq il-produzzjoni (D.29), dħul minn proprjetà (D.4) minbarra imgħax (D.41), primjums ta’ assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja (D.71), ko-operazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74) irreġistrata fost utenti ta’ S.13, u trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) irreġistrati fost utenti ta’ S.13 u riżorsi tas-setturi kollha għajr S.15, nieqes it-trasferimenti kurrenti (D.74 u D.75) li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit ta’ l-UE [1B.4 u 1B.5], nieqes id-dħul nett mill-baġit ta’ l-UE [1B.14] jekk negattiv.

26. Imgħax li jrid jitħallas [1A.26] hija ugwali għal imgħax (D.41) irreġistrat fost użu ta’ S.13 u riżorsi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

27. Kumpens ta’ l-impjegati [1A.27] hija ugwali għall-kumpens ta’ l-impjegati (D.1) irreġistrat fost użu ta’ S.13.

28. Kumpens ta’ l-impjegati li huwa pagi u salarji [1A.28] hija ugwali għal pagi u salarji (D.11) irreġistrat fost użu ta’ S.13.

29. Konsum intermedju [1A.29] hija ugwali għal konsum intermedju (P.2) irreġistrat fost użu ta’ S.13.

30. Tfaddil gross [1A.30] hija ugwali għal dħul kurrenti [1A.9], nieqes il-ħruġ kurrenti [1A.21].

31. Dħul kapitali [1A.31] hija ugwali għal trasferimenti kapitali li jridu jiġu rċevuti (D.9) irreġistarti fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13, u rreġistrat bħala trasferiment kapitali li jrid jitħallas mis-setturi kollha għajr S.13, nieqes trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-baġit ta’ l-UE lill-gvern [1B.12].

32. Dħul kapitali li huwa taxxi kapitali [1A.32] hija ugwali għal taxxi kapitali (D.91) irreġistrati fost il-bidliet fil-passivi u fil-valur nett ta’ S.13.

33. Infiq kapitali [1A.33] hija ugwali għal investiment [1A.34], miżjuda b’akkwisti netti oħra ta’ assi mhux finanzjarji [1A.35], miżjuda bi trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu [1A.36].

34. Investiment [1A.34] hija ugwali għal formazzjoni ta’ kapital fiss gross (P.51) irreġistrat fost bidliet fl-assi ta’ S.13.

35. Akkwisti netti oħra ta’ assi mhux finanzjarji [1A.35] hija ugwali għaż-żjieda fl-inventarji (P.52), akkwist nett ta’ oġġetti ta’ valur (P.53), u akkwist nett ta’ assi mhux prodotti, mhux finanzjarji (K.2) irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13.

36. Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu [1A.36] hija ugwali għal trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu (D.9) irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13, u rreġistrati bħala trasferiment kapitali li jrid jiġi rċevut mis-setturi kollha għajr S.13, miżjuda bi trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-baġit ta’ l-UE lill-unitajiet mhux governattivi [1B.13], nieqes trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit ta’ l-UE [1B.7].

37. Defiċit (–) jew bilanċ (+) ta’ l-EDP (proċedura ta’ defiċit eċċessiv) [1A.37] hija ugwali għal tislif nett (+)/self nett (–) ta’ l-EDP (EDPB.9) ta’ S.13.

38. Imgħax fuq l-EDP li jrid jitħallas [1A.38] hija ugwali għal imgħax fuq l-EDP (EDPD.41) irreġistrat fost użu ta’ S.13 u r-riżorsi tas-setturi kollha għajr S.13.

39. Dħul mill-bejgħ ta’ liċenzji tal-UMTS (sistemi universali tat-telekomunikazzjoni bil-mobile) [1A.39] hija ugwali għad-dħul li ġej mill-bejgħ tat-tielet ġenerazzjoni ta’ liċenzji ta’ mobile phones, irreġistrat bħala tneħħija ta’ ass mhux finanzjarju skond deċiżjoni tal-Eurostat dwar l-allokazzjoni ta’ liċenzji tal-mobile phones.

40. Kontribuzzjonijiet soċjali attwali [1A.40] hija ugwali għal kontribuzzjonijiet soċjali attwali (D.611) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13.

41. Benefiċċji soċjali għajr trasferimenti soċjali mhux fi flus [1A.41] hija ugwali għal benefiċċji soċjali għajr trasferimenti soċjali mhux fi flus (D.62) irreġistrati fost użu ta’ S.13.

42. Prodott gross domestiku [1A.42] hija ugwali għal prodott gross domestiku (B.1*g) fil-prezzijiet tas-suq.

43. Prodott gross domestiku bi prezzijiet kostanti [1A.43] hija ugwali għal prodott gross domestiku (B.1*g) bi prezzijiet kostanti.

44. Investiment tal-gvern bi prezzijiet kostanti [1A.44] hija ugwali għall-formazzjoni ta’ kapital fiss gross (P.51), irreġistrat fost bidliet fl-assi ta’ S.13, bi prezzijiet kostanti.

Tabella 1B

1. Ħlasijiet minn Stat Membru lill-baġit ta’ l-UE [1B.1] hija ugwali għal taxxi indiretti li jridu jiġu rċevuti mill-baġit ta’ l-UE miżjuda bil-kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74) li trid titħallas mill-gvern lill-baġit ta’ l-UE [1B.4] miżjuda bi trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit ta’ l-UE [1B.5] miżjuda bi trasferimenti kapitali (D.9) li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit ta’ l-UE [1B.7].

2. Taxxi indiretti li jridu jiġu rċevuti mill-baġit ta’ l-UE [1B.2] hija ugwali għal taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet (D.2) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.212.

3. Taxxi indiretti li huma VAT rċevuta mill-baġit ta’ l-UE [1B.3] hija ugwali għal taxxi tat-tip fuq il-valur miżjud (D.211) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.212.

4. Kooperazzjoni internazzjonali kurrenti li trid titħallas mill-gvern lill-baġit ta’ l-UE [1B.4] hija ugwali għal ko-operazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74) imniżżla fost ir-riżorsi ta’ S.212 u użu ta’ S.13.

5. Trasferimenti kurrenti mixxellanji li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit ta’ l-UE [1B.5] hija ugwali għal trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.212 u użu ta’ S.13.

6. Trasferimenti kurrenti mixxellanji li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit ta’ l-UE li huma r-raba’ riżors proprju ta’ l-UE [1B.6] hija ugwali għar-raba’ riżors proprju bbażat fuq il-PGN (ESA 95 paragrafu 4.138) irreġistrat bħala trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) fost riżorsi ta’ S.212 u użu ta’ S.13.

7. Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-gvern lill-baġit ta’ l-UE [1B.7] hija ugwali għal trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu (D.9) irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u rreġistrati bħala trasferiment kapitali li jrid jiġi rċevut minn S.212.

8. Infiq ta’ l-UE fi Stat Membru [1B.8] hija ugwali għal sussidji (D.3) li jridu jitħallsu mill-baġit ta’ l-UE [1B.9], miżjuda bi trasferimenti kurrenti (D.7) li jridu jitħallsu mill-baġit ta’ l-UE lill-gvern [1B.10], miżjuda bi trasferimenti kurrenti (D.7) li jridu jitħallsu mill-baġit ta’ l-UE lil unitajiet mhux governattivi [1B.11], miżjuda bi trasferimenti kapitali (D.9) li jridu jitħallsu mill-baġit ta’ l-UE lill-gvern [1B.12], miżjuda bi trasferimenti kapitali (D.9) li jridu jitħallsu mill-baġit ta’ l-UE lil unitajiet mhux governattivi [1B.13].

9. Sussidji li jridu jitħallsu mill-baġit ta’ l-UE [1B.9] hija ugwali għal sussidji (D.3) rreġistrati fost ir-riżorsi ta’ S.212.

10. Trasferimenti kurrenti li jridu jitħallsu mill-baġit ta’ l-UE lill-gvern [1B.10] hija ugwali għal kooperazzjoni internazzjonali kurrenti (D.74) u trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) imniżżlin fost ir-riżorsi ta’ S.13 u użu ta’ S.212.

11. Trasferimenti kurrenti li jridu jitħallsu mill-baġit ta’ l-UE lil unitajiet mhux governattivi [1B.11] hija ugwali għal trasferimenti kurrenti mixxellanji (D.75) irreġistrati fost użu ta’ S.212 u riżorsi tas-setturi kollha għajr S.13.

12. Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-baġit ta’ l-UE lill-gvern [1B.12] hija ugwali għal trasferimenti kapitali li jridu jiġu rċevuti (D.9) irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u fost bidliet fl-assi ta’ S.212.

13. Trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu mill-baġit ta’ l-UE lil unitajiet mhux governattivi [1B.13] hija ugwali għal trasferimenti kapitali li jridu jitħallsu (D.9) irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.212 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr S.13.

14. Dħul nett mill-baġit ta’ l-UE [1B.14] hija ugwali għad-dħul nett tal-gvern mill-baġit ta’ l-UE miżjuda bid-dħul nett ta’ unitajiet mhux governattivi mill-baġit ta’ l-UE.

15. Spejjeż tal-ġbir tar-riżorsi proprji [1B.15] huma dik il-parti tal-produttività tas-suq (P.11) imniżżla fost ir-riżorsi ta’ S.13 iġifieri l-ispejjeż tal-ġbir tar-riżorsi proprji imħallsa mill-baġit ta’ l-UE.

Tabella 1Ċ

1. Infiq fuq il-konsum finali [1Ċ.1] hija ugwali għall-infiq fuq il-konsum finali (P.3) irreġistrat fost użu ta’ S.13.

2. Infiq fuq il-konsum individwali [1Ċ.2] hija ugwali għall-infiq fuq il-konsum individwali (P.31) irreġistrat fost użu ta’ S.13.

3. Infiq tal-konsum kollettiv [1Ċ.3] hija ugwali għall-infiq tal-konsum kollettiv (P.32) irreġistrat fost użu ta’ S.13.

4. Kumpens ta’ l-impjegati [1Ċ.4] hija ugwali għal [1A.27].

5. Konsum intermedju [1Ċ.5] hija ugwali għal [1A.29].

6. Trasferimenti soċjali mhux fi flus fornuti permezz ta’ produtturi tas-suq [1Ċ.6] hija ugwali għal trasferimenti soċjali mhux fi flus relatati ma’ l-infiq fuq prodotti fornuti lid-djar permezz ta’ produtturi tas-suq (D.6311 + D.63121 + D.63131) irreġistrati fost użu ta’ S.13.

7. Konsum ta’ kapital fiss [1Ċ.7] hija ugwali għall-konsum ta’ kapital fiss (K.1) irreġistrat fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13.

8. Taxxi fuq il-produzzjoni mħallsa nieqes is-sussidji rċevuti [1Ċ.8] hija ugwali għal ħlasijiet ta’ taxxi oħra fuq il-produzzjoni (D.29) irreġistrati fost użu ta’ S.13, nieqes id-dħul minn sussidji oħra fuq il-produzzjoni (D.39) rreġistrati fost l-użu ta’ S.13.

9. Bilanċ nett tat-tħaddim [1Ċ.9] hija ugwali għal bilanċ tat-tħddim nett (B.2n) ta’ S.13.

10. Bejgħ [1Ċ.10] hija ugwali għal [1A.20].

11. Infiq fuq il-konsum finali bi prezzijiet kostanti [1Ċ.11] hija ugwali għal infiq fuq il-konsum finali (P.3) irreġistrat fost użu ta’ S.13 bi prezzijiet kostanti.

Tabella 2A

1. Defiċit (–) jew bilanċ (+) [2A.1] hija ugwali għal [1A.1].

2. Aġġustament bejn kontijiet finanzjarji u mhux finanzjarji [2A.2] hija ugwali għal defiċit (–) jew bilanċ (+) [2A.1], nieqes transazzjonijiet netti f’assi u passivi finanzjarji [2A.3].

3. Transazzjonijiet netti f’assi u passivi finanzjarji [2A.3] hija ugwali għal transazzjonijiet fl-akkwist nett ta’ assi finanzjarji [2A.4], nieqes it-tiġrib ta’ transazzjonijiet f’passivi [2A.15].

4. Transazzjonijiet f’assi finanzjarji [2A.4] hija ugwali għal transazzjonijiet f’valuti u depożiti (F.2) [2A.5], transazzjonijiet f’titoli mhux ishma (F.33) [2A.6], transazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji (F.34) [2A.7], transazzjonijiet f’self (F.4) [2A.8], transazzjonijiet f’ishma u ishma azzjonarji oħra (F.5) [2A.9] u transazzjonijiet f’assi finanzjarji oħra [2A.13], irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr S.13.

5. Transazzjonijiet f’valuti u depożiti (assi) [2A.5] hija ugwali għall-akkwist nett tal-valuti u depożiti (F.2) irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr S.13.

6. Transazzjonijiet f’titoli mhux ishma — titoli (assi) fuq perjodu ta’ żmien qasir u fuq perjodu ta’ żmien twil [2A.6] hija ugwali għall-akkwist nett ta’ titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.33), irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr S.13.

7. Transazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji (assi) [2A.7] hija ugwali għall-ħlasijiet netti fir-rigward tad-derivattivi finanzjarji (F.34), irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

8. Transazzjonijiet f’self (assi) [2A.8] hija ugwali għal self ġdid (F.4) mogħti mill-gvern, nett minn ħlasijiet lura lill-gvern, irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

9. Transazzjonijiet f’ishma u f’ishma azzjonarji oħra (assi) [2A.9] hija ugwali għall-akkwist nett u ishma azzjonarji oħra (F.5) irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13.

10. Privatizzazzjoni (netta) [2A.10] hija ugwali għal transazzjonijiet f’ishma u f’ishma azzjonarji oħra (F.5) rreġistrata fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.11 jew S.12 li huma mwettqa fil-proċess ta’ ċediment jew akkwist tal-kontroll (ESA 95 paragrafu 2.26) [2] ta’ l-unità tad-debitur minn S.13; transazzjonijiet bħal dawn jistgħu jsiru minn S.13 direttament ma’ l-unità tad-debitur, jew ma’ unità oħra ta’ kreditu.

11. Injezzjonijiet ta’ ishma azzjonarji (netti) [2A.11] hija ugwali għal transazzjonijiet f’ishma u f’ishma azzjonarji oħra (F.5) irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.11 jew S.12 li mhumiex imwttqa fil-proċess ta’ ċediment jew ta’ akkwist tal-kontroll ta’ l-unità tad-debitur minn S.13 u huma mwettqa direttament minn S.13 flimkien ma’ l-unità tad-debitur.

12. Oħrajn [2A.12] hija ugwali għal transazzjonijiet f’ishma u f’ishma azzjonarji oħra (F.5) irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.11, S.12 jew S.14 li mhumiex imwettqa fil-proċess ta’ ċediment jew akkwist ta’ kontroll ta’ l-unità ta’ debitur minn S.13 u mhux imwettqa direttament minn S.13 ma’ l-unità tad-debitur, iżda ma’ unità kreditriċi oħra.

13. Transazzjonijiet f’assi finanzjarji oħra [2A.13] hija ugwali għall-akkwist nett ta’ deheb monetarju u ta’ drittijiet speċjali ta’ ġbid (F.1) irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13, l-akkwist nett ta’ riservi tekniċi ta’ l-assigurazzjoni (F.6) u kontijiet oħra li jridu jiġu rċevuti (F.7) irreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

14. Transazzjonijiet f’assi finanzjarji oħra li huma taxxi dovuti nieqes id-dħul minn taxxi f’kontanti [2A.14] hija ugwali għal dik il-parti ta’ kontijiet oħra li trid tiġi rċevuta/li għad trid titħallas (F.7 assi) li għandha x’taqsam mat-taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali rreġistrati f’D2, D5, D6 u D91, nieqes l-ammonti ta’ taxxi fil-fatt miġbura, rreġistrati fost bidliet fl-assi ta’ S.13 u bidliet fil-valur passiv u nett tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

15. Transazzjonijiet f’passivi (konsolidati) [2A.15] hija ugwali għal transazzjonijiet f’valuta u depożiti (F.2) [2A.16], transazzjonijiet f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir (F.331) [2A.17], transazzjonijiet f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil (F.332) [2A.18], transazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji (F.34) [2A.19], transazzjonijiet f’self (F.4) [2A.20] u transazzjonijiet f’passivi oħra [2A.22], rreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet f’assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

16. Transazzjonijiet f’valuta u depożiti (passivi) [2A.16] hija ugwali għall-akkwist nett ta’ valuti u depożiti (F.2) irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet f’assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

17. Transazzjonijiet f’titoli mhux ishma — titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir (passivi) [2A.17] hija ugwali għall-akkwist ta’ titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji, li l-maturità oriġinali tagħhom hija sena jew inqas (F331), irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet f’assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

18. Transazzjonijiet f’titoli mhux ishma — titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil (passivi) [2A.18] hija ugwali għall-akkwist nett ta’ titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji, li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta’ aktar minn sena (F.332), irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet f’assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

19. Transazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji (passivi) [2A.19] hija ugwali għal dħul nett fir-rigward ta’ derivattivi finanzjarji (F.34) irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

20. Transazzjonijiet f’self (passivi) [2A.20] hija ugwali għal self ġdid (F.4) misluf, nett mill-pagamenti ta’ self eżistenti, irreġistrat fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

21. Transazzjonijiet f’self li huma self minn bank ċentrali [2A.21] hija ugwali għal transazzjonijiet f’self (F.4) irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi ta’ S.121.

22. Transazzjonijiet f’passivi oħra [2A.22] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passivi fir-riservi tekniċi ta’ l-assigurazzjoni (F.6) u kontijiet li għad iridu jitħallsu (F.7) irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi tas-setturi kollha għajr ta’ S.13.

23. Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn (konsolidati) [2A.23] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passivi f’valuti u depożiti (F.2) [2A.16], titoli mhux ishma għajr derivattivi, [2A.17 u 2A.18] (F.33), u self (F.4) [2A.20]. Hija msejjħa wkoll ħtieġa ta’ self tal-gvern ġenerali (GGBR).

24. Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien fit-tul [2A.24] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passivi fi strumenti ta’ dejn [2A.23] li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta’ aktar minn sena.

25. Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati fil-valuta nazzjonali [2A.25] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passivi fi strumenti ta’ dejn [2A.23] denominati fil-valuta legali ta’ l-Istat Membru.

26. Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati fil-valuta barranija parteċipanti [2A.26] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passivi fi strumenti ta’ dejn [2A.23] denominati f’ECU, miżjuda bi strumenti ta’ dejn denominati f’euro qabel ma’ l-Istat Membru sar Stat Membru parteċipant, miżjuda bi strumenti ta’ dejn denominati fil-valuta legali ta’ l-Istat Membru parteċipant qabel ma sar Stat Membru parteċipant. Teskludi valuta nazzjonali [2A.25].

27. Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn denominati f’valuta barranija mhux parteċipanti [2A.27] hija ugwali għat-tiġrib nett ta’ passivi fi strumenti ta’ dejn [2A.23] mhux inklużi fi [2A.25] jew [2A.26].

28. Ċirkolazzjonijiet oħra [2A.28] hija ugwali għal effetti ta’ valutazzjoni fuq id-dejn [2A.29] flimkien ma’ bidliet oħra fil-volum ta’ dejn [2A.32].

29. Effetti ta’ valutazzjoni fuq id-dejn [2A.29] hija ugwali għal profitti u telf fuq ishma fil-kambju [2A.30], miżjuda b’effetti ta’ valutazzjoni oħra — valur apparenti [2A.31].

30. Profitti u telf fuq ishma fil-kambju [2A.30] hija ugwali għal profitti/telf fuq ishma nominali (K.11) ta’ dejn [3A.1] li jaqilbu l-valur meta maqlubin fil-valuta nazzjonali minħabba bidliet fir-rati ta’ kambju.

31. Effetti ta’ valutazzjoni oħra — valur apparenti [2A.31] hija ugwali għal bidla fid-dejn [2A.33], nieqes transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn [2A.23], nieqes profitti u telf fuq ishma fil-kambju [2.30], nieqes bidliet oħra fil-volum ta’ dejn [2A.32].

32. Bidliet oħra fil-volum ta’ dejn [2A.32] hija ugwali għal bidliet oħra fil-volum (K.7, K.8, K.10 u K.12) f’passivi kklassifikati jew f'valuta u depożiti (AF.2), titoli mhux ishma għajr derivattivi finanzjarji (AF.33), jew self (AF.4), li mhumiex assi ta’ S.13.

33. Bdil fid-dejn [2A.33] hija ugwali għal dejn [3A.1] fis-sena t, nieqes dejn [3A.1] fis-sena t-1.

Tabella 2B

1. Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn — mhux konsolidati [2B.1] hija ugwali għal transazzjonijiet f’valuti u f’depożiti (passivi) — mhux konsolidati [2B.2], miżjuda bi transazzjonijiet f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir (passivi) — mhux konsolidati [2B.3], transazzjonijiet f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil (passivi) — mhux konsolidati [2B.4], miżjuda bi transazzjonijiet f’self mill- bank ċentrali [2B.5], miżjuda bi transazzjonijiet oħra f’self ieħor (passivi) — mhux konsolidati [2B.6].

2. Transazzjonijiet f’valuti u f’depożiti (passivi) — mhux konsolidati [2B.2] hija ugwali għal transazzjonijiet f’valuti u f’depożiti (F.2) irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13.

3. Transazzjonijiet f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir (passivi) — mhux konsolidati [2B.3] hija ugwali għal transazzjonijiet f’titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.33), li l-maturità oriġinali tagħhom hija sena jew inqas, irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13.

4. Transazzjonijiet f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil (passivi) — mhux konsolidati [2B.4] hija ugwali għal transazzjonijiet f’titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.33), li l-maturità oriġinali tagħhom hija ta’ aktar minn sena, irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13.

5. Transazzjonijiet f’self minn bank ċentrali [2B.5] hija ugwali għal transazzjonijiet f’self (F.4) irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi ta’ S.121.

6. Transazzjonijiet f’self ieħor (passivi) — mhux konsolidati [2B.6] hija ugwali għal transazzjonijiet f’self (F.4) irreġistrati fost bidliet fil-valur passiv u nett ta’ S.13 u bidliet fl-assi tas-setturi kollha għajr S.121.

7. Transazzjonijiet konsolidattivi [2B.7] hija ugwali għal transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn — mhux konsolidati [2B.1], nieqes transazzjonijiet konsolidati fi strumenti ta’dejn [2A.23].

8. Transazzjonijiet konsolidattivi — valuta u depożiti [2B.8] hija ugwali għal transazzjonijiet f’valuti u f’depożiti (passivi) — mhux konsolidati [2B.2], nieqes transazzjonijiet konsolidati f’valuti u f’depożiti (passivi) [2A.16].

9. Transazzjonijiet konsolidattivi — titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir [2B.9] hija ugwali għal transazzjonijiet f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir (passivi) — mhux konsolidati [2B.3], nieqes transazzjonijiet konsolidati f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir (passivi) [2A.17].

10. Transazzjonijiet konsolidattivi — titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil [2B.10] hija ugwali għal transazzjonijiet f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil (passivi) — mhux konsolidati [2B.4], nieqes transazzjonijiet konsolidati f’titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil (passivi) [2A.18].

11. Transazzjonijiet konsolidattivi — self [2B.11] hija ugwali għal transazzjonijiet f’self ieħor (passivi) — mhux konsolidati [2B.6], nieqes transazzjonijiet konsolidati f’self (passivi) [2A.20], nieqes transazzjonijiet f’self minn bank ċentrali [2A.21].

Tabella 3A

1. Dejn [3A.1] hija ugwali għal dejn kif definit fir-Regolament (KE) Nru 3605/93.

2. Dejn — valuti u depożiti (passivi) [3A.2] hija ugwali għal dik il-parti ta’ dejn [3A.1] fl-istrument valuti u depożiti (AF.2).

3. Dejn — titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir (passivi) [3A.3] hija ugwali għal dik il-parti ta’ dejn [3A.1] fl-istrument titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (AF.33), li l-maturità oriġinali tagħhom hija sena jew inqas.

4. Dejn — titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil (passivi) [3A.4] hija ugwali għal dik il-parti ta’ dejn [3A.1] fl-istrument titoli mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (AF.33), li l-maturità oriġinali tagħhom hija aktar minn sena.

5. Dejn — self minn bank ċentrali (passivi) [3A.5] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] fl-istrument self (AF.4) li huwa ass ta’ S.121.

6. Dejn — self ieħor (passivi) [3A.6] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] fl-istrument self (AF.4) li mhuwiex ass ta’ S.121.

7. Dejn miżmum minn residenti ta’ l-Istat Membru [3A.7] hija ugwali għal dejn miżmum minn bank ċentrali [3A.8], dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra [3A.9], dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra [3A.10] u dejn miżmum minn residenti oħra ta’ l-Istat Membru [3A.11].

8. Dejn miżmum minn bank ċentrali [3A.8] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1], li hija ass ta’ S.121.

9. Dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji oħra [3A.9] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1], li hija ass ta’ S.122.

10. Dejn miżmum minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra [3A.10] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1], li hija ass ta’ S.123, S.124 jew S.125.

11. Dejn miżmum minn residenti oħra ta’ l-Istat Membru [3A.11] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1], li hija ass ta’ S.11, S.14 jew S.15.

12. Dejn miżmum minn mhux-residenti ta’ l-Istat Membru [3A.12] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1], li hija ass ta’ S.2.

13. Dejn miżmum minn mhux-residenti ġewwa ż-żona ta’ l-euro [3A.13] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1], li hija ass ta’ S.2 u li hija miżmuma minn mhux-residenti ġewwa ż-żona ta’ l-euro.

14. Dejn miżmum minn mhux-residenti barra ż-żona ta’ l-euro [3A.14] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1], li hija ass ta’ S.2 u li hija miżmuma minn mhux-residenti barra ż-żona ta’ l-euro.

15. Dejn denominat f’valuta nazzjonali [3A.15] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] denominata fil-valuta legali ta’ l-Istat Membru.

16. Dejn denominat f’valuta barranija parteċipanti [3A.16] hija ugwali — qabel ma l-Istat Membru jsir Stat Membru parteċipanti — għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] denominata fil-valuta legali ta’ wieħed mill-Istati Membri parteċipanti (għajr il-valuta nazzjonali [3A.15]), miżjuda b’dejn denominat f’ECU jew f’euro.

17. Dejn denominat f’valuta barranija mhux parteċipanti [3A.17] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] mhux inkluża fi [3A.15] jew [3A.16].

18. Dejn fuq perjodu ta’ żmien qasir [3A.18] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] li l-maturità oriġinali tagħha hija sena jew inqas.

19. Dejn fuq perjodu ta’ żmien twil [3A.19] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] li l-maturità oriġinali tagħha hija aktar minn sena.

20. Dejn fuq perjodu ta’ żmien twil, li għandu rata ta’ imgħax varjabbli [3A.20] hija ugwali għal dik il-parti ta’ dejn fuq perjodu ta’ żmien twil [3A.19] li r-rata ta’ imgħax tiegħu hija varjabbli.

21. Dejn b’maturità residwa sa sena [3A.21] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] b’maturità residwa ta’ sena jew inqas.

22. Dejn b’maturità residwa ta’ aktar minn sena sa ħames snin [3A.22] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] b’maturità residwa ta’ aktar minn sena sa ħames snin.

23. Dejn b’maturità residwa ta’ aktar minn sena sa ħames snin li għandu rata ta’ imgħax varjabbli [3A.23] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] b’maturità residwa ta’ aktar minn sena sa ħames snin [3A.22] li r-rata ta’ imgħax tiegħu hija varjabbli.

24. Dejn b’maturità residwa fuq ħames snin [3A.24] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] b’maturità residwa fuq ħames snin.

25. Dejn b’maturità residwa fuq ħames snin li għandu rata ta’ imgħax varjabbli [3A.25] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn b’maturità residwa fuq ħames snin [3A.24] li r-rata ta’ imgħax tiegħu hija varjabbli.

26. Komponent ta’ dejn tal-gvern ċentrali [3A.26] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1311, li mhumiex assi ta’ S.1311, nieqes l-assi ta’ S.1311 li huma passivi ta’ S.13 għajr S.1311 [3B.15].

27. Komponent ta’ dejn tal-gvern statali [3A.27] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1312, li mhumiex assi ta’ S.1312, nieqes l-assi ta’ S.1312 li huma passivi ta’ S.13 għajr S.1312 [3B.16].

28. Komponent ta’ dejn tal-gvern lokali [3A.28] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1313, li mhumiex assi ta’ S.1313, nieqes l-assi ta’ S.1313 li huma passivi ta’ S.13 għajr S.1313 [3B.17].

29. Komponent ta’ dejn tas-sigurtà soċjali [3A.29] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1314, li mhumiex assi ta’ S.1314, nieqes l-assi ta’ S.1314 li huma passivi ta’ S.13 għajr S.1314 [3B.18].

30. Maturità residwa medja ta’ dejn [3A.30] hija ugwali għall-maturità residwa medja peżata bl-ammonti pendenti, imfissra fi snin.

31. Dejn — bonds ta’ bla kupun [3A.31] hija ugwali għal dik il-parti tad-dejn [3A.1] fil-għamla ta’ bonds ta’ bla kupun, iġifieri bonds mingħajr ħlasijiet ta’ kupuni, li l-imgħax tagħhom huwa bbażat fuq id-differenza bejn il-prezzijiet tal-fidi u tal-ħruġ.

Tabella 3B

1. Dejn — mhux konsolidat [3B.1] hija ugwali għall-passivi ta’ S.13, inkluż dawk li huma assi ta’ S.13, fl-istess strumenti bħal tad-dejn [3A.1].

2. Elementi konsolidattivi [3B.2] hija ugwali għall-passivi ta’ S.13 li simultanjament huma assi ta’ S.13, fl-istess strumenti bħal tad-dejn [3A.1].

3. Elementi konsolidattivi — valuta u depożiti [3B.3] hija ugwali għal dik il-parti ta’ elementi konsolidattivi [3B.2] fl-istrument valuta u depożiti (F.2).

4. Elementi konsolidattivi — titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien qasir [3B.4] hija ugwali għal dik il-parti ta’ elementi konsolidattivi [3B.2] fl-istrument titoli (ta’ sigurtà) mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.33), li l-maturità oriġinali tagħhom hija sena jew inqas.

5. Elementi konsolidattivi — titoli (ta’ sigurtà) fuq perjodu ta’ żmien twil [3B.5] hija ugwali għal dik il-parti ta’ elementi konsolidattivi [3B.2] fl-istrument titoli (ta’ sigurtà) mhux ishma, għajr derivattivi finanzjarji (F.33), li l-maturità oriġinali tagħhom hija aktar minn sena.

6. Elementi konsolidattivi — self [3B.6] hija ugwali dik il-parti ta’ elementi konsolidattivi [3B.2] fl-istrument self (F.4).

7. Dejn maħruġ mill-gvern ċentrali [3B.7] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1311, li mhumiex assi ta’ S.1311, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

8. Dejn maħruġ mill-gvern ċentrali li huwa miżmum minn sub-setturi oħra tal-gvern [3B.8] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1311 li huma assi ta’ S.1312, S.1313 jew S.1314, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

9. Dejn maħruġ mill-gvern statali [3B.9] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1312, li mhumiex assi ta’ S.1312, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

10. Dejn maħruġ mill-gvern statali li huwa miżmum minn sub-setturi oħra tal-gvern [3B.10] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1312 li huma assi ta’ S.1311, S.1313 jew S.1314, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

11. Dejn maħruġ mill-gvern lokali [3B.11] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1313, li mhumiex assi ta’ S.1313, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

12. Dejn maħruġ mill-gvern lokali li huwa miżmum minn sub-setturi oħra tal-gvern [3B.12] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1313 li huma assi ta’ S.1311, S.1312 jew S.1314, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

13. Dejn maħruġ mill-fondi tas-sigurtà soċjali [3B.13] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1314, li mhumiex assi ta’ S.1314, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

14. Dejn maħruġ mill-fondi tas-sigurtà soċjali li huwa miżmum minn sub-setturi oħra tal-gvern [3B.14] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1314 li huma assi ta’ S.1311, S.1312 jew S.1313, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

15. Pussess mill-gvern ċentrali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’sub-setturi oħra tal-gvern [3B.15] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1312, S.1313 jew S.1314 li huma assi ta’ S.1311, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

16. Pussess mill-gvern statali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’sub-setturi oħra tal-gvern [3B.16] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1311, S.1313 jew S.1314 li huma assi ta’ S.1312, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

17. Pussess mill-gvern lokali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’sub-setturi oħra tal-gvern [3B.17] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1311, S.1312 jew S.1314 li huma assi ta’ S.1313, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

18. Pussess mis-sigurtà soċjali ta’ dejn maħruġ mill-unitajiet f’sub-setturi oħra tal-gvern [3B.18] hija ugwali għall-passivi ta’ S.1311, S.1312 jew S.1313 li huma assi ta’ S.1314, fl-istess strumenti ta’ dejn [3A.1].

[1] [x.y] tirreferi għan-numru tal-kategorija y tat-Tabella x.

[2] Li jwasslu għall-klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ l-unità tad-debitur mis-subsettur S.11001 jew S.12x01 għas-subsettur S.11002/3 jew S.12x02/3 jew viċe-versa.

--------------------------------------------------

ANNESS III

STANDARDS FUQ IT-TRASMISSJONI U L-KODIFIKAR

Għat-trasmissjoni elettronika ta’ l-informazzjoni statistika kif deskritt fl-Artikoli 2 u 3, il-BĊN u l-BĊE għandhom jużaw il-faċilità pprovduta mis-SEBĊ, li hija bbażata fuq in-netwerk tat-telekomunikazzjoni "SEBĊ-Net". Il-format tal-messaġġ żviluppat għal dan l-iskambju ta’ informazzjoni statistika huwa l-format "GESMES/TS". Kull serje temporali għandha tiġi kkodifikata billi tintuża l-familja tal-kodiċi GFS murija taħt.

Familja tal-kodiċi GFS

Numru | Isem | Deskrizzjoni | Lista tal-Kodiċi |

1 | Frekwenza | Frekwenza tas-serje temporali rrapportata | CL_FREQ |

2 | Żona ta’ referenza | Kodiċi ISO tal-pajjiż li jkun qiegħed jirrapporta jew tat-total. Dan il-kodiċi huwa magħmul minn żewġ figuri u huwa alfanumeriku. | CL_AREA_EE |

3 | Indikatur ta’ l-aġġustament | Id-dimensjoni tindika jekk ikunx ġie applikat xi tip ta’ aġġustament għas-serje temporali, bħal aġġustamenti staġjonali u/jew tal-jum ta’ xogħol | CL_ADJUSTMENT |

4 | Settur ta’ l-użu jew kreditur/attività | Settur li għalih, il-kategorija hija użu/bidla fl-attività | CL_SECTOR_ESA |

5 | Partita | Kategorija tas-serje temporali | CL_GOVNT_ITEM_ESA |

6 | Settur tar-riżorsi jew jew debitur/passività | Settur li għalih, il-kategorija hija riżorsa/bidla fil-passività u fil-valur nett | CL_SECTOR_ESA |

7 | Valutazzjoni | Metodu ta’ valutazzjoni wżat | CL_GOVNT_VALUATION |

8 | Unità tas-serje | Unità tal-kategorija rrapportata u karatteristiċi oħra | CL_GOVNT_ST_SUFFIX |

--------------------------------------------------

ANNESS IV

DEROGI LI GĦANDHOM X’JAQSMU MAS-SERJE TEMPORALI ELENKATI FL-ANNESS I, TABELLI 1A SA 3B

1. Data Kurrenti [1]

Tabella/ringiela | Deskrizzjoni tas-serje temporali | L-ewwel data tat-trasmissjoni |

IL-BELĠJU

3A.20 | Dejn fit-tul li għandu rata ta’ imgħax varjabbli | Settembru 2006 |

3A.23,25 | Dejn, analiżi skond il-maturità residwa li għandu rata ta’ imgħax varjabbli |

3A.30 | Maturità residwa medja ta’ dejn |

IL-ĠERMANJA

2A.7,19 | Transazzjonijiet f’assi u passivi finanzjarji li huma transazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji | Settembru 2006 |

2A.13,22 | Transazzjonijiet f’assi finanzjarji u passivi oħra |

2A.30 | Profitt u telf mill-kambju ta' investimenti |

3A.13,14 | Dejn miżmum minn mhux residenti, analiżi |

3A.23,25 | Dejn, analiżi skond il-maturità residwa li għandu rata ta’ imgħax varjabbli |

IL-GREĊJA

1A.11,12 | Taxxi diretti, analiżi | Settembru 2006 |

2A.14 | Transazzjonijiet f’assi finanzjarji oħra li huma taxxi dovuti nieqes id-dħul f’kontanti mit-taxxi |

3A.13,14 | Dejn miżmum minn mhux residenti, analiżi |

3A.30 | Maturità residwa medja ta’ dejn |

SPANJA

2A.7,19 | Transazzjonijiet f’assi u passivi finanzjarji li huma transazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji | Settembru 2006 |

FRANZA

2A.14 | Transazzjonijiet f’assi finanzjarji oħra li huma taxxi dovuti nieqes id-dħul f’kontanti mit-taxxi | Settembru 2006 |

3A.13,14 | Dejn miżmum minn mhux residenti, analiżi |

3A.16 | Dejn, analiżi skond il-valuta barranija parteċipanti li fiha huwa denominat |

3A.20 | Dejn fit-tul li għandu rata ta’ imgħax varjabbli |

3A.21,22,23,24,25 | Dejn, analiżi skond il-maturità residwa |

3B.8,12,14 | Dejn maħruġ minn sub-settur tal-gvern u miżmum minn ħaddieħor |

3B.15,17,18 | Ishma ta’ dejn maħruġin mis-sub-setturi tal-gvern, analiżi |

L-IRLANDA

2A.7,19 | Transazzjonijiet f’assi u passivi finanzjarji li huma transazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji | Settembru 2006 |

2A.14 | Transazzjonijiet f’assi finanzjarji oħra li huma taxxi dovuti nieqes id-dħul f’kontanti mit-taxxi |

2A.13,22 | Transazzjonijiet f’assi u f’passivi finanzjarji oħra |

2A.32 | Bidliet oħra fil-volum ta’ dejn |

2B.1,2,3,4,5,6 | Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn — mhux konsolidat u analiżi skond l-istrument |

2B.7,8,9,10,11 | Transazzjonijiet konsolidattivi u analiżi skond l-istrument |

3A.13,14 | Dejn miżmum minn mhux residenti, analiżi |

3A.20 | Dejn fit-tul li għandu rata ta’ imgħax varjabbli |

3A.23,25 | Dejn, analiżi skond il-maturità residwa li għandu rata ta’ imgħax varjabbli |

3A.31 | Dejn — bonds ta’ bla kupun |

3B.3,4,5,6 | Elementi konsolidattivi, analiżi skond l-istrument |

3B.15,17,18 | Ishma ta’ dejn maħruġin mis-sub-setturi tal-gvern, analiżi |

L-ITALJA

1A.23 | Ħlasijiet soċjali | Settembru 2006 |

2A.7,19 | Transazzjonijiet f’assi u f’passivi finanzjarji li huma transazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji |

2A.13,22 | Transazzjonijiet f’assi u f’passivi finanzjarji oħra |

3A.13,14 | Dejn miżmum minn mhux residenti, analiżi |

IL-LUSSEMBURGU

2A.2 | Aġġustament bejn kontijiet finanzjarji u mhux finanzjarji | Settembru 2006 |

2A.3 | Transazzjonijiet netti f’assi u f’passivi finanzjarji |

2A.11,12 | Transazzjonijiet f’ishma u f’ishma azzjonarji oħra, analiżi, analiżi |

2A.7,19 | Transazzjonijiet f’assi u f’passivi finanzjarji li huma transazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji |

2A.14 | Transazzjonijiet f’assi finanzjarji oħra li huma taxxi dovuti nieqes id-dħul f’kontanti mit-taxxi |

2A.13,22 | Transazzjonijiet f’assi u f’passivi finanzjarji oħra |

2A.29,30,31 | Effetti tal-valutazzjoni fuq id-dejn u l-analiżi |

2A.32 | Bidliet oħra fil-volum ta’ dejn |

3A.7,9,10,11 | Dejn miżmum minn residenti, analiżi |

3A.12,13,14 | Dejn miżmum minn mhux residenti, analiżi |

3A.21,22,23,24,25 | Dejn, analiżi skond il-maturità residwa |

3A.30 | Maturità residwa medja ta’ dejn |

3A.31 | Dejn — bonds ta’ bla kupun |

L-OLANDA

3A.13,14 | Dejn miżmum minn mhux residenti, analiżi | Settembru 2006 |

L-AWSTRIJA

2A.10,11,12 | Transazzjonijiet f’ishma u f’ishma azzjonarji oħra, analiżi | Settembru 2006 |

2A.14 | Transazzjonijiet f’assi finanzjarji oħra li huma taxxi dovuti nieqes id-dħul f’kontanti mit-taxxi |

2A.25,26,27 | Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn, analiżi skond il-valuta li fiha huma denominati |

2A.29,30,31 | Effetti tal-valutazzjoni fuq id-dejn u l-analiżi |

2A.32 | Bidliet oħra fil-volum ta’ dejn |

3A.13,14 | Dejn miżmum minn mhux residenti, analiżi |

3A.15,16,17 | Dejn, analiżi skond il-valuta li fiha huwa denominat |

3A.20 | Dejn fit-tul li għandu rata ta’ imgħax varjabbli |

3A.21,22,23,24,25 | Dejn, analiżi skond il-maturità residwa |

3A.30 | Maturità residwa medja ta’ dejn |

3A.31 | Dejn — bonds ta’ bla kupun |

3B.3,4,5,6 | Elementi konsolidattivi, analiżi skond l-istrument |

IL-PORTUGALL

1Ċ/2,3 | Ħruġ fuq konsum individwali u kollettiv | Settembru 2006 |

3A.20 | Dejn fit-tul li għandu rata ta’ imgħax varjabbli |

3A.21,22,23,24,25 | Dejn, analiżi skond il-maturità residwa |

3A.30 | Maturità residwa medja ta’ dejn |

IL-FINLANDJA

3A.13,14 | Dejn miżmum minn mhux residenti, analiżi | Settembru 2006 |

2. Data antika [2]

Tabella/ringiela | Deskrizzjoni tas-serje temporali | Medda tad-data | L-ewwel data tat-trasmissjoni |

IL-BELĠJU

2A.26, 27 | Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn, analiżi skond il-valuta barranija li fiha huma denominati | 1991-1996 | Settembru 2006 |

3A.13,14 | Dejn miżmum minn mhux residenti, analiżi | 1991-1997 | Settembru 2006 |

IL-ĠERMANJA

3A.30 | Maturità residwa medja ta’ dejn | 1991-1998 | Settembru 2006 |

IL-GREĊJA

1A.16,17 | Kontribuzzjonijiet soċjali, analiżi | 1991-1994 | Settembru 2006 |

1A.40 | Kontribuzzjonijiet soċjali attwali |

1A.41 | Benefiċċji soċjali għajr trasferimenti soċjali mhux fi flus |

1Ċ/2,3 | Infiq għall-konsum individwali u kollettiv |

1Ċ/6 | Trasferimenti soċjali mhux fi flus fornuti permezz tal-produtturi tas-suq |

2A.7,19 | Transazzjonijiet f’assi u passivi finanzjarji li huma transazzjonijiet f’derivattivi finanzjarji | 1991-1994 | Settembru 2006 |

2A.13,22 | Transazzjonijiet f’assi u f’passivi finanzjarji oħra |

2A.26,27 | Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn, analiżi skond il-valuta barranija li fiha huma denominati | 1991-2000 | Settembru 2006 |

3A.20 | Dejn fit-tul li għandu rata ta’ imgħax varjabbli | 1991-1997 | Settembru 2006 |

3A.21,22,23,24,25 | Dejn, analiżi skond il-maturità residwa |

FRANZA

2A.2 | Aġġustament bejn kontijiet finanzjarji u mhux finanzjarji | 1991-1994 | Settembru 2006 |

2A.3 | Transazzjonijiet netti f’assi u f’passivi finanzjarji |

2A.4,5,6,7,8,9,10,11,12,13 | Transazzjonijiet f’assi finanzjarji u analiżi skond l-istrument |

2A.15,16,17,18,19,20,21,22 | Transazzjonijiet f’passivi u analiżi skond l-istrument |

2A.23 | Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn |

2A.24 | Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn fit-tul |

2A.25,26,27 | Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn, analiżi skond il-valuta li fiha huma denominati |

2A.29,30,31 | Effetti tal-valutazzjoni fuq id-dejn u l-analiżi |

2A.32 | Bidliet oħra fil-volum ta’ dejn |

2A.33 | Bidla fid-dejn |

2B.1,2,3,4,5,6 | Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn — mhux konsolidat u analiżi skond l-istrument |

2B.7,8,9,10,11 | Transazzjonijiet konsolidattivi, analiżi skond l-istrument |

3A.1,2,3,4,5,6 | Dejn u analiżi skond l-istrument |

3A.7,8,9,10,11 | Dejn miżmum minn residenti u analiżi |

3A.12 | Dejn miżmum minn mhux residenti |

3A.15,17 | Transazzjonijiet f’dejn, analiżi skond il-valuta nazzjonali u l-valuta barranija mhux parteċipanti li fiha huma denominati | 1991-2002 | Settembru 2006 |

3A.18,19 | Dejn, analiżi skond il-maturità oriġinali | 1991-1994 | Settembru 2006 |

3A.26,27,28,29 | Dejn (konsolidat), analiżi skond min ħarġu |

3A.30 | Maturità residwa medja ta’ dejn |

3A.31 | Dejn — bonds ta’ bla kupun |

3B.1 | Dejn (mhux konsolidat) |

3B.2,3,4,5,6 | Elementi konsolidattivi, analiżi skond l-istrument |

3B.7,11,13 | Dejn maħruġ minn sub-setturi tal-gvern |

L-IRLANDA

2A.4,5,6,7,8,9,10,11,12 | Transazzjonijiet f’assi finanzjarji u analiżi skond l-istrument | 1991-1997 | Settembru 2006 |

3B.1,2 | Dejn (mhux konsolidat) u elementi konsolidattivi | 1991-1992 | Settembru 2006 |

3B.8 | Dejn maħruġ mill-gvern ċentrali li huwa miżmum minn sub-setturi oħra tal-gvern |

3B.12 | Dejn maħruġ mill-gvern lokali li huwa miżmum minn sub-setturi oħra tal-gvern |

L-ITALJA

2A.14 | Transazzjonijiet f’assi finanzjarji oħra li huma taxxi dovuti nieqes id-dħul f’kontanti mit-taxxi | 1991-1994 | Settembru 2006 |

2A.26,27 | Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn, analiżi skond il-valuta barranija li fiha huma denominati | 1991-1998 | Settembru 2006 |

IL-LUSSEMBURGU

2A.25,26,27 | Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn, analiżi skond il-valuta li fiha huma denominati | 1991-1995 | Settembru 2006 |

L-OLANDA

3A.21 | Dejn b’maturità residwa sa sena | 1991-1994 | Settembru 2006 |

3A.22 | Dejn b’maturità residwa ta’ aktar minn sena u sa mhux aktar minn 5 snin |

L-AWSTRIJA

2A.2 | Aġġustament bejn kontijiet finanzjarji u mhux finanzjarji | 1991-1999 | Settembru 2006 |

2A.3 | Transazzjonijiet netti f’assi u f’passivi finanzjarji |

2A.4,5,6,7,8,9,13 | Transazzjonijiet f’assi finanzjarji u analiżi skond l-istrument |

2A.15,16,17,18,19,20,21,22 | Transazzjonijiet f’passivi u analiżi skond l-istrument |

2A.23 | Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn (konsolidat) |

2A.24 | Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn fit-tul |

2A.32 | Bidliet oħra fil-volum ta’ dejn |

2B.1,2,3,4,5,6 | Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn — mhux konsolidat u analiżi skond l-istrument |

2B.7,8,9,10,11 | Transazzjonijiet konsolidattivi u analiżi skond l-istrument |

3A.7,8,9,10,11 | Dejn miżmum minn residenti u analiżi | 1991-1994 | Settembru 2006 |

3A.12 | Dejn miżmum minn mhux residenti |

3A.18,19 | Dejn, analiżi skond il-maturità oriġinali |

IL-PORTUGALL

2A.2 | Aġġustament bejn kontijiet finanzjarji u mhux finanzjarji | 1991-1994 | Settembru 2006 |

2A.3 | Transazzjonijiet netti f’assi u f’passivi finanzjarji |

2A.4,5,6,7,8,9,10,11,12,13,14 | Transazzjonijiet f’assi finanzjarji u analiżi skond l-istrument |

2A.15,16,17,18,19,20,21,22 | Transazzjonijiet f’passivi u analiżi skond l-istrument |

2A.23 | Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn |

2A.24 | Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn fit-tul |

2A.25,27 | Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn, analiżi skond il-valuta nazzjonali u l-valuta barranija mhux parteċipanti li fiha huma denominati |

2A.26 | Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn, analiżi skond il-valuta barranija parteċipanti li fiha huma denominati | 1991-1998 | Settembru 2006 |

2A.29,30,31 | Effetti tal-valutazzjoni fuq id-dejn u l-analiżi | 1991-1994 | Settembru 2006 |

2A.32 | Bidliet oħra fil-volum ta’ dejn |

2A.33 | Bidla fid-dejn | 1991-1993 | Settembru 2006 |

2B.1,2,3,4,5,6 | Transazzjonijiet fi strumenti ta’ dejn — mhux konsolidat u analiżi skond l-istrument | 1991-1994 | Settembru 2006 |

2B.7,8,9,10,11 | Transazzjonijiet konsolidattivi u analiżi skond l-istrument |

3A.13,14 | Dejn miżmum minn mhux residenti, analiżi | 1991-1995 | Settembru 2006 |

3A.15,16,17 | Dejn, analiżi skond il-valuta li fiha huwa denominat |

3B.1 | Dejn (mhux konsolidat) | 1991-1994 | Settembru 2006 |

3B.2,3,4,5,6 | Elementi konsolidattivi u analiżi skond l-istrument |

3B.7,11,13 | Dejn maħruġ mis-sub-setturi tal-gvern, analiżi |

3B.8,12,14 | Dejn maħruġ minn sub-settur tal-gvern u miżmum minn ieħor |

3B.15,17,18 | Ishma ta’ dejn maħruġa mis-sub-setturi tal-gvern, analiżi |

[1] Derogi għal data kurrenti u data antika, fejn id-data kurrenti ma tkunx disponibbli.

[2] Derogi għal data antika, fejn id-data kurrenti tkun disponibbli.

--------------------------------------------------