31998R0692



Official Journal L 096 , 28/03/1998 P. 0016 - 0016


REGOLAMENT TAL-KUMMISSIJONI (KE) Nru 692/98

tas-27 ta' Marzu 1998

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2050/97 li jistabilixxi t-tnaqqis li għandu jiġi applikat f'ċerti Stati Membri għall-ħlas ta' kumpens taħt l-iskema ta' għajnuna għall-produtturi tar-ross

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross[1], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 192/98[2], u b'mod partikolari t-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 6(5) tiegħu,

Billi l-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95 jistabilixxi illi fejn il-postijiet li jingħataw lir-ross f'sena partikolari jaqbżu area ta' bażi speċifika, għandu jiġi applikat tnaqqis fil-ħlas ta' kumpens lill-produtturi kollha fl-area ta' bażi inkwistjoni għall-istess sena ta' produzzjoni;

Billi l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 613/97 tat-8 ta' April 1997 li jistabilixxi regolamenti għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3072/95 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kundizzjonijiet għall-għoti ta' ħlas ta' kumpens taħt l-iskema ta' għajnuna għall-produtturi tar-ross[3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1305/97[4], jistabilixxi illi l-avviżi mill-Istati Membri jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jiġu korretti u li, wara li tiċċekkja l-informazzjoni korretta, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, terġa' tikkalkula d-daqs tat-tnaqqis stabbilit skond Arikolu 6(5) tar-Regolament (KE) Nru 3072/95;

Billi Spanja ssottomettiet avviż korrett dwar l-area mogħtija lir-ross fl-1997; billi dik l-area hija inferjuri għall-area ta' bażi nazzjonali stabbilita għal dak l-Istat Membru; billi, wara li ġiet analizzata l-informazzjoni, it-tnaqqis fil-ħlas ta' kumpens stabbilit għal Spanja mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2050/97[5] għandu jitħassar;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Immaniġġjar taċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fit-tabella li hemm fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2050/97, ir-referenza lil Spanja u l-figura 27,75 jiġu mħassra.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jibda jseħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Marzu 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 329, tat-30.12.1995, p. 18.

[2] ĠU L 20, tas-27.1.1998, p. 16.

[3] ĠU L 94, tad-9.4.1997, p. 1.

[4] ĠU L 177, tal-5.7.1997, p. 11.

[5] ĠU L 287, tal-21.10.1997, p. 12.