1997R2596 — MT — 01.01.2004 — 002.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2596/97 tat-18 ta’ Diċembru 1997 (ĠU L 351, 23.12.1997, p.12) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2703/1999 ta’ l-14 ta’ Diċembru 1999 |
L 327 |
11 |
21.12.1999 |
|
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1805/2003 tat-13 ta’ Ottubru 2003 |
L 265 |
5 |
16.10.2003 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2596/97
tat-18 ta’ Diċembru 1997
li jestendi l-perjodu previst fl-Artikolu 149(1) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Iżvezja
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ l-Adeżjoni ta’ l-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja, u b’mod partikolari l-Artikolu 149(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),
Billi l-Artikolu 149(1) ta’l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994 jipprovdi għal perjodu li matulu miżuri transitorji jistgħu jiġu adottati biex jiffaċilitaw it-transizzjoni mir-reġim esiżtenti fl-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja fiż-żmien ta’ l-Adeżjoni għal dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq taħt il-kondizzjonijiet stipulati fl-imsemmi Att u, b’mod partikolari biex ixxejnu d-diffikultajiet serji fl-applikazzjoni tar-reġim il-ġdid mid-data preskritta; billi dak l-perjodu jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 1997;
Billi, f’ċerti setturi, dawn id-diffikultajiet ma jistgħux jiġu riżolti sad-data preskritta; billi l-perjodu in kwisjoni għandhu għalhekk jittawwal, kif hemm previst fl-Att; billi l-imsemmi perjodi għandu jittawwal b’sena;
Billi fis-settur tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib il-ħtiġiet li jirrelataw mal-kontenut ta’ xaħam ta’ ħalib għall-konsum uman ikompli joħloq diffikultajiet għall-Finlandja u l-Isvezja; billi dawk id-diffikultajiet ma jistgħux jiġu riżolti sal-31 ta’ Diċembru 1998; billi l-perjodu in kwistjoni għandu għalhekk jittawwal, kif hemm provdut għalih fl-Att ta’l-Adeżjoni ta’ l-1994, b’sentejn f’dan il-każ speċifiku,
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-perjodu msemmi fl-Artikolu149 (1) ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1994 huwa b’dan imtwwal sal-31 ta’ Diċembru 1998.
Madankollu, dwar il-kriterji tal-kontenut ta’ xaħam fil-ħalib għall-konsum tal-bniedem li ġie prodott fil-Finlandja u l-Isvezja, il-perjodu hawnhekk qed jitwal sat-30 ta’ April 2009.
Il-Finlandja u l-Isvezja għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel il-31 ta’ Diċembru 2001 bil-miżuri adottati bil-ħsieb li jiġu adattati r-regoli tal-Komunità. Fuq dak il-bażi, il-Kummissjoni għandha tippresenta lill-Kunsill rapport dwar il-progress magħmul mill-Istati Membri konċernati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1998.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) ĠU C 352, ta’ l-20.11.1997, p. 11.
( 2 ) Opinjoni mogħtija fis-17 ta’ Diċembru 1997 (għadha mhux publikata fil-Ġurnal Uffiċjali).