|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/1487 |
16.2.2024 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33
(C/2024/1487)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Heuvellandse wijn”
PDO-BE-A1426-AM04
Data tal-komunikazzjoni: 24.11.2023
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Deskrizzjoni tal-inbid
Id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi analitiċi u organolettiċi tal-inbejjed ġiet imtejba u emendata.
Raġuni: id-deskrizzjoni preċedenti nstabet li hija ġenerali wisq u mhux speċifika biżżejjed, u għalhekk ġiet emendata.
2. Prattika tal-produzzjoni tal-inbid
Il-formulazzjoni tad-deskrizzjoni ġiet emendata, iżda mhux il-kontenut tagħha.
Raġuni: l-ortografija tal-kelma oënologisch [enoloġiku] inbidlet fid-dokument kollu għal oenologisch. Tħassru wkoll l-elementi żejda.
3. Rendiment massimu għal kull ettaru
Ir-rendiment massimu ġie aġġornat skont l-istandards attwali, separatament għall-inbejjed bojod, rożè u ħomor.
Raġuni: ir-rendimenti massimi ġew aġġornati, fejn tqies il-potenzjal tad-diversi varjetajiet ta’ dwieli.
4. Definizzjoni taż-żona ġeografika
Emenda tal-formulazzjoni u żieda tal-kjarifika
Raġuni: l-ortografija tal-isem tal-muniċipalità ġiet ikkoreġuta minn “Nieuwkerken” għal “Nieuwkerke”. Barra minn hekk, ġie ddikjarat li l-irqajja’ li jinsabu fil-muniċipalitajiet ġirien, iżda li l-flanni tagħhom jibdew f’muniċipalità li tifforma parti miż-żona koperta mid-denominazzjoni, huma kkunsidrati wkoll bħala parti minn dik iż-żona.
5. Emenda tal-varjetà ta’ għeneb tal-inbid
Emenda tal-lista tal-varjetajiet
Tħassar għadd ta’ varjetajiet ta’ dwieli minħabba li ftit li xejn jintużaw jew lanqas biss jintużaw: Riesling, Cabernet Sauvignon u Muscat.
Il-varjetajiet li ġejjin ġew introdotti: Pinot Blanc, Phoenix, Sauvignon Blanc, Solaris, Souvignier Gris, Acolon, Cabernet Cortis, Cabernet Dorsa, Gamay, Pinot Meunier, Rondo, Syrah u Zweigelt.
Raġuni: il-ħtieġa li jiġu aġġornati u emendati l-varjetajiet iddefiniti għall-produzzjoni tal-inbejjed fiż-żona Heuvelland, inklużi varjetajiet ġodda rilevanti għall-karatterizzazzjoni tal-inbejjed fir-reġjun (ara “Rabta kawżali”).
6. Kundizzjonijiet ulterjuri
Il-kundizzjonijiet ġew issimplifikati. Tħassru l-elementi żejda.
Raġuni: it-tħassir tal-elementi żejda jagħmel it-test jinqara aħjar.
7. Informazzjoni dwar il-partijiet ikkonċernati – korpi ta’ spezzjoni u awtoritajiet superviżorji
Qed tiġi aġġornata l-informazzjoni.
Raġuni: id-dettalji ta’ kuntatt ma kinux għadhom tajbin u ġew aġġornati biex jirriflettu s-sitwazzjoni attwali. Dan kien neċessarju biex jiġi żgurat li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tikkonforma mal-leġiżlazzjoni applikabbli.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Heuvellandse wijn
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Proprjetajiet analitiċi
DESKRIZZJONI QASIRA
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum hija ta’ 9 %.
Il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum trid tkun mill-inqas 10 %.
Il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ma tridx tkun inqas minn 9 % vol. Jekk tiżdied il-qawwa alkoħolika naturali, il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ma tista’ fl-ebda każ tkun ogħla minn 13 % vol.
L-aċidità totali fi grammi (kontenut totali ta’ aċidu) trid tkun mill-inqas 5 grammi għal kull litru, espressa bħala aċidu tartariku.
Il-parametri analitiċi mhux inklużi f’din it-taqsima iridu jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
9 |
|
Aċidità totali minima |
5 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
2. Karatteristiċi organolettiċi
DESKRIZZJONI QASIRA
Inbejjed bojod: delikati, eleganti, b’togħma tal-frott u/jew tal-fjuri, kultant b’aroma minerali, raffinati jew robusti. Aċidità strutturata tajjeb u kkaratterizzata minn qawwa alkoħolika mhux eċċessivament għolja. It-tqaddim fi btieti tal-injam jista’ jtejjeb ċerti nbejjed.
Inbejjed rożè: delikati, eleganti, b’togħma tal-frott jew tal-fjuri, kultant b’aroma minerali, raffinati. Aċidità strutturata tajjeb.
Inbejjed ħomor: stil tal-frott, frisk jew sempliċement robust. Dawn l-inbejjed juru l-karatteristiċi tal-inbejjed ħomor “kollha” tat-Tramuntana. Skont il-varjetà tad-dwieli u l-vendemmji użati, madankollu, jista’ jkollhom struttura tannika. It-tqaddim fi btieti tal-injam jista’ jtejjeb ċerti nbejjed.
L-ittestjar organolettiku jitwettaq mill-kumitat ta’ akkreditazzjoni u huwa relatat mal-kulur, iċ-ċarezza, l-aroma u t-togħma. L-iskeda tal-valutazzjoni (dewqan) żdiedet mar-regoli tal-proċedura tal-kumitat tal-akkreditazzjoni.
L-inbejjed li juru l-proprjetajiet analitiċi meħtieġa biss huma ttestjati għall-karatteristiċi organolettiċi.
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
1. Arrikkiment
Prattika enoloġika speċifika
Fil-każ ta’ għeneb frisk, most tal-għeneb parzjalment iffermentat jew inbid ġdid li jkun għadu qiegħed jiffermenta, il-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum tista’ tiżdied, fil-vinja biss, biż-żieda ta’ sukrożju, most tal-għeneb ikkonċentrat jew most tal-għeneb ikkonċentrat u rettifikat.
L-inbid jista’ jkun parzjalment deaċidifikat. Id-deaċidifikazzjoni tal-inbejjed tista’ sseħħ biss sal-limitu ta’ 1 g/l espress bħala aċidu tartariku, jew 13,3-il milliekwivalent għal kull litru.
2. Deaċidifikazzjoni
Prattika enoloġika speċifika
L-inbid jista’ jkun parzjalment deaċidifikat. Id-deaċidifikazzjoni tal-inbejjed tista’ sseħħ biss sal-limitu ta’ 1 g/l espress bħala aċidu tartariku, jew 13,3-il milliekwivalent għal kull litru.
6. Rendimenti massimi għal kull ettaru
1. Massimu medju mkejjel fuq perjodu ta’ 3 snin, għall-inbejjed bojod u ħomor għal: Chardonnay, Chenin Blanc, Johanniter
65 ettolitru għal kull ettaru
2. Massimu medju mkejjel fuq perjodu ta’ 3 snin, għall-inbejjed bojod u ħomor għal: Kerner, Müller-Thurgau, Pinot Blanc
65 ettolitru għal kull ettaru
3. Massimu medju mkejjel fuq perjodu ta’ 3 snin, għall-inbejjed bojod u ħomor għal: Phoenix, Sauvignon Blanc, Siegerrebe
65 ettolitru għal kull ettaru
4. Massimu medju mkejjel fuq perjodu ta’ 3 snin, għall-inbejjed bojod u ħomor għal: Solaris, Cabernet Cortis, Cabernet Dorsa
65 ettolitru għal kull ettaru
5. Massimu medju mkejjel fuq perjodu ta’ 3 snin, għall-inbejjed bojod u ħomor għal: Gamay, Pinot Meunier, Regent, Rondo, Syrah
65 ettolitru għal kull ettaru
6. Massimu medju mkejjel fuq perjodu ta’ 3 snin, għall-inbejjed bojod u ħomor għal: Pinot Gris, Pinot Noir
55 ettolitru għal kull ettaru
7. Massimu medju mkejjel fuq perjodu ta’ 3 snin, għall-inbejjed rożè għal: Cabernet Cortis, Cabernet Dorsa, Gamay
75 ettolitru għal kull ettaru
8. Massimu medju mkejjel fuq perjodu ta’ 3 snin, għall-inbejjed rożè għal: Pinot Meunier, Pinot Noir, Regent, Rondo, Syrah
75 ettolitru għal kull ettaru
9. Massimu medju mkejjel fuq perjodu ta’ 3 snin, għal: Acolon, Auxerrois, Dornfelder, Souvignier Gris, Zweigelt
80 ettolitru għal kull ettaru
7. Definizzjoni taż-żona demarkata
Iż-żona demarkata għall-produzzjoni tal-Heuvellandse wijn tinsab fiż-żona tal-vitikultura A f’Heuvelland, li tinkludi l-muniċipalitajiet ta’ De Klijte, Dranouter, Kemmel, Loker, Nieuwkerke, Reningelst, Westouter, Wijtschate u Wulvergem.
L-irqajja’ li jinsabu fil-muniċipalitajiet ġirien, iżda li l-flanni tagħhom jibdew f’muniċipalità li tifforma parti miż-żona koperta mid-denominazzjoni, huma kkunsidrati wkoll bħala parti minn dik iż-żona.
8. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
Acolon
Auxerrois B
Cabernet Cortis
Cabernet Dorsa
Chardonnay B
Dornfelder N
Gamay N
Johanniter B
Kerner B
Müller Thurgau B
Phoenix
Pinot Blanc B
Pinot Gris G
Pinot Meunier N
Pinot Noir N – Vroege Loonse
Regent N
Rondo
Sauvignon Blanc
Siegerrebe Rs – Sieger
Solaris
Souvignier Gris
Syrah
Zweigelt
9. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
9.1. Post
Heuvelland għandha klima friska bi ljieli kesħin, li tiffavorixxi l-vitikultura.
Il-prossimità tal-Baħar tat-Tramuntana tirriżulta fi xtiewi aktar moderati u tipprevjeni temperaturi eċċessivament baxxi li jkunu ta’ detriment għad-dwieli.
L-irqajja’ jinsabu prinċipalment fuq l-inklinazzjonijiet u l-għoljiet li jħarsu lejn in-Nofsinhar u li għandhom skular tajjeb, jiġifieri fuq l-uċuħ tan-Nofsinhar tal-għoljiet Monteberg, Kemmelberg, Baneberg, Vidaigneberg, Rodeberg, Zwarteberg u Scherpenberg.
Heuvelland għandha trab ġulġlieni ramli dgħajjef u aċiduż bi skular tajjeb ħafna, minħabba l-blat tal-ħadid fil-ħamrija u l-wiċċ tal-ilma ta’ taħt l-art fond.
9.2. Dettalji tal-prodott
L-inbejjed ta’ Heuvelland għandhom karattru aromatiku, minerali u frisk, li jvarja minn pjuttost ħafif sa moderatament robust. L-inbejjed normalment ikollhom fwieħa erbali u tal-fjuri oriġinali, minħabba t-taħlita tal-varjetà tad-dwieli u l-ħamrija speċifika.
Skont il-vendemmja u l-varjetà ta’ dwieli, l-inbejjed Heuvelland jistgħu jżommu minn sentejn sa aktar minn 5 snin.
L-inbejjed spumanti huma pjuttost robusti, eleganti u kumplessi.
9.3. Rabta kawżali
Il-perjodu ta’ sarjan huwa twil minħabba l-klima friska u l-iljieli kesħin. Dan jippermetti li jiżviluppaw aktar aromi mingħajr ma jiġi prodott wisq zokkor, li jirriżulta fi nbejjed aromatiċi li dejjem iżommu l-freskezza tagħhom. Il-qawwa alkoħolika għalhekk normalment tibqa’ baxxa, jiġifieri 12,5 %.
Il-blat tal-ħadid fil-wiċċ jipprovdi mikroklima aktar sħuna li tippermetti li l-għeneb isir ftit aħjar kull darba, u eventwalment jipproduċi nbid b’bilanċ uniformi bejn il-ħlewwa u l-aċidità.
Il-ħamrija niexfa u dgħajfa tippreċipita d-dħul tad-dwieli fil-fażi ta’ tkabbir deċellerat jew imwaqqaf. Din hija l-fażi li fiha l-fotosintesi ssir aktar effiċjenti u jiġu prodotti aktar polifenoli u metaboliti sekondarji. Dan jagħti lill-inbejjed aktar struttura, jagħmilhom aromatiċi u jippermettilhom iżommu aktar fit-tul.
Il-klima friska u l-kundizzjonijiet favorevoli deskritti hawn fuq jippermettulna nagħmlu nbejjed bojod u ħomor, għalkemm il-produzzjoni tagħhom hija aktar faċli f’xi snin milli f’oħrajn. Barra minn hekk, l-għeneb imkabbar fi klima bħal din ma jipproduċix daqshekk zokkor u dejjem iżomm biżżejjed aċidità. Dan jippermetti li jsiru xi nbejjed spumanti fini ħafna f’Heuvelland.
10. Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
L-ipproċessar tal-għeneb fi nbid fil-viċinanza immedjata taż-żona ġeografika
Qafas legali
Regoli tal-UE
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali :
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika ddefinita
Deskrizzjoni tar-rekwiżit :
Sabiex tinkiseb id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Heuvellandse wijn”, għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni lis-segretarjat tal-kumitat ta’ akkreditazzjoni. Il-produtturi kollha miż-żona ta’ produzzjoni ddefinita jistgħu japplikaw għall-akkreditazzjoni billi jissottomettu fajl komplut. Huma jridu jipproduċu minimu ta’ 60 litru għal kull lott sabiex ikunu jistgħu japplikaw.
L-ipproċessar tal-għeneb f’most tal-għeneb u tal-most fi nbid irid isir fiż-żona ġeografika fejn inħasad l-għeneb, jew, soġġett għal awtorizzazzjoni espliċita minn qabel mill-kumitat tal-akkreditazzjoni, fil-viċinanza immedjata taż-żona ġeografika.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
http://lv.vlaanderen.be/nl/landbouwbeleid/kwaliteitssystemen/beschermde-oorsprongsbenamingen-bob-en-beschermde-geografische
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1487/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)