<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑346/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012TJ0346</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:638">EU:T:2015:638</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>21</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20150915">15.9.2015</DATE> – KAWŻA T‑346/12</P><P>L-UNGERIJA vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20150915">15 ta’ Settembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>Organizzazzjoni komuni tas-swieq</KEYWORD><KEYWORD>Settur tal-frott u l-ħaxix</KEYWORD><KEYWORD>Assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rimbors tal-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija mill-Ungerija lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi tagħha</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 103e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 97 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑346/12,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">L-Ungerija</HT>, irrappreżentata inizjalment minn M. Fehér u K. Szíjjártó, sussegwentement minn M. Fehér, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il‑Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn B. Béres, N. Donnelly u B. Schima, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 3324, tal-<DATE ISO="20120525">25 ta’ Mejju 2012</DATE>, dwar l-assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi;</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. E. Martins Ribeiro, President, S. Gervasoni u L. Madise (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: K. Andová, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20141111">11 ta’ Novembru 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament dwar OKS Unika</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-<DATE ISO="20071022">22 ta’ Ottubru 2007</DATE>, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament dwar OKS Unika) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU L 299, p. 1</REF.DOC.OJ>), jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-assistenza finanzjarja nazzjonali, kemm fil-livell tal-għoti tagħha kif ukoll tar-rimbors tagħha mill-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 103b tar-Regolament dwar OKS Unika jawtorizza lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi jikkostitwixxu fondi operattivi ffinanzjati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="103B.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-organizzazzjonijiet tal-produturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix jistgħu jistabbilixxu fond operattiv. Il-fond għandu jkun iffinanzjat permezz ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ membri jew ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi nnifisha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għajnuna finanzjarja [tal-Unjoni Ewropea] li tista’ tingħata lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 103d tar-Regolament dwar OKS Unika jirregola l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>assistenza finanzjarja [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> u jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="103D.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-għajnuna finanzjarja [tal-Unjoni] għandha tkun daqs l-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jissemmew fl-Artikolu 103b(1)(a) hekk kif tħallsu effettivament imma għandha tkun limitata għal 50 % tan-nefqa effettiva li saret.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="103D.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-assistenza finanzjarja [tal-Unjoni] għandha jkollha limitu massimu ta’ 4.1 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, dak il-persentaġġ jista’ jiġi miżjud għal 4.6 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata sakemm dak l-ammont li jeċċedi l-4.1 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata jintuża biss għal miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika jirregola l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>assistenza finanzjarja nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, l-unika kkonċernata mill-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Qabel l-emenda tiegħu permezz tal-punt 29 tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2009, tad-<DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE>, dwar modifiki għall-Politika Agrikola Komuni billi jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 320/2006, (KE) Nru 1405/2006, dwar OKS Unika, (KE) Nru 3/2008, u (KE) Nru 479/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 1883/78, (KEE) Nru 1254/89, (KEE) Nru 2247/89, (KEE) Nru 2055/93, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 2596/97, (KE)<?PAGE NO="3"?> Nru 1182/2005 u (KE) Nru 315/2007 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="030" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 30, p. 1</REF.DOC.OJ>), l-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika kien jipprovdi, fil-verżjoni tiegħu kif emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 361/2008, tal-<DATE ISO="20080414">14 ta’ April 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="121" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU L 121, p. 1</REF.DOC.OJ>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="103E.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>F’reġjuni ta’ l-Istati Membri fejn il-grad ta’ organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix ikun partikolarment baxx, l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni, fuq talba debitament sostanzjata, biex iħallsu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għajnuna finanzjarja nazzjonali ekwivalenti għal massimu ta’ 80 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jissemmew fl-Artikolu 103b(1)(a). Din l-assistenza għandha tkun addizzjonali għall-fond operattiv. F’reġjuni ta’ Stati Membri fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkummerċjalizzaw inqas minn 15 % mill-valur tal-produzzjoni tal-frott u tal-ħaxix u li l-produzzjoni tal-frott u tal-ħaxix tagħhom tirrappreżenta ta’ l-inqas 15 % tal-produzzjoni agrikola totali tagħhom, l-assistenza msemmija fl-ewwel subparagrafu tista’ tiġi rimborżata mill-[Unjoni] fuq talba ta’ l-Istat Membru konċernat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="103E.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Bħala deroga mill-Artikolu 180 ta’ dan ir-Regolament, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat m’għandhomx japplikaw għall-assistenza finanzjarja nazzjonali awtorizzata skond il-paragrafu 1.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 72/2009 ttrasferixxa l-paragrafu 2 iktar ’il fuq dwar l-applikabbiltà tal-Artikoli 87, 88 u 89 KE f’artikolu ġdid innumerat 180, ifformulat bil-mod kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni tal-prodotti u għall-kummerċ fil-prodotti msemmija fil-punti (a) sa (k) u l-punti (m) sa (u) tal-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat m’għandhomx japplikaw għal pagamenti li jsiru skont l-Artikoli 44, 45, 46, 47, 48, 102, 102a, 103, 103a, 103b, 103e, 103ga, 104, 105 u 182 ta’ dan ir-Regolament minn Stati Membri b’konformità ma’ dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessa 20 tar-Regolament Nru 72/2009 tiġġustifika din l-għażla kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, u sempliċità jixraq li jkunu ċċarati u armonizzati d-dispożizzjonijiet dwar in-non-applikazzjoni tal-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għal pagamenti li jsiru minn Stati Membri f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 […]. F’dan il-kuntest, id-dispożizzjonijiet ta’ dawk ir-Regolamenti li kieku, f’ċerti ċirkostanzi, ikunu jaqgħu jew jistgħu jaqgħu fi ħdan il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat għandhom jiġu esklużi mill-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat. Id-dispożizzjonijiet ikkonċernati fihom kondizzjonijiet adatti għall-għoti ta’ appoġġ biex tiġi evitata d-distorsjoni żejda tal-kompetizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 103g tar-Regolament dwar OKS Unika jirregola d-dispożizzjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-programmi operattivi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="103G.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-abbozzi tal-programmi operattivi għandhom ikunu ppreżentati lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li għandhom japprovawhom jew jiċħduhom jew jitolbu l-modifika tagħhom b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din is-subsezzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="103G.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-ammont stmat tal-fond operattiv għal kull sena u għalhekk għandhom iressqu raġunijiet xierqa ibbażati fuq stimi tal-programmi operattivi, fuq in-nefqa għas-sena attwali u possibbilment in-nefqa għas-snin preċedenti u, jekk ikun meħtieġ, fuq il-kwantitajiet ta’ produzzjoni stmati għas-sena ta’ wara.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="103G.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-organizzazzjoni tal-produtturi jew lill-assoċjazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi bl-ammont stmat ta’ assistenza finanzjarja [tal-Unjoni], b’mod konformi mal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 103d.</ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 103(h) tar-Regolament dwar OKS Unika jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ din is-sezzjoni, partikolarment:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-proporzjon ta’ u r-regoli dwar ir-rimborż tal-miżuri li jissemmew fl-Artikolu 103e(1);</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1580/2007</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007, tal-<DATE ISO="20071221">21 ta’ Diċembru 2007</DATE>, li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="350" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU L 350, p. 1</REF.DOC.OJ>), jistabbilixxi r-regoli ta’ implementazzjoni tar-Regolament dwar OKS Unika fis-settur tal-frott u l-ħaxix u jipprovdi, b’mod partikolari, il-modalitajiet tar-rimbors parzjali mill-Kummissjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 56 tar-Regolament Nru 1580/2007 jipprevedi l-komunikazzjoni mill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi lill-Istat Membru kkonċernat tal-istima tagħhom dwar l-ammont tal-fond operattiv:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jikkomunikaw l-ammonti stmati ta’ kontribuzzjoni [tal-Unjoni], u l-kontribuzzjoni tal-membri tagħha u ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi innifisha lil fondi ta’ operazzjoni [fondi operattivi] għas-sena ta’ wara lill-Istat Membru sal-15 ta’ Settembru bħala l-aħħar ċans, flimkien mal-programmi ta’ operazzjoni [programmi operattivi] jew talbiet għall-approvazzjoni ta’ l-emendi tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu data iktar tard mill-15 ta’ Settembru.</ALINEA><ALINEA>Il-kalkolu ta’ l-ammont stmat tal-fondi ta’ operazzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-programmi ta’ operazzjoni u l-valur ta’ produzzjoni mqiegħda fis-suq. Il-kalkolu għandu jkun maqsum bejn nefqa għal miżuri ta’ prevenzjoni u ġestjoni ta’ kriżijiet u miżuri oħra.”</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 64 tar-Regolament Nru 1580/2007 jipprevedi l-preżentazzjoni tal-programmi operattivi u jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Il-programmi ta’ operazzjoni [programmi operattivi] għandhom ikunu sottomessi għal approvazzjoni mill-organizzazzjoni tal-produtturi lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li fih l-organizzazzjoni tal-produtturi jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha sal-15 ta’ Settembru bħala l-aħħar ċans tas-sena ta’ qabel dik li fiha għandhom ikunu implimentati. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippostponu dik id-data.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 65 tar-Regolament Nru 1580/2007 jirregola l-approvazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali tal-programmi operattivi</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="065.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha, kif xieraq:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>tapprova ammonti ta’ fondi u programmi li jilħqu r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007 u dawk ta’ dan il-Kapitolu;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>tapprova l-programmi, fuq il-kundizzjoni li ċertu emendi jkunu aċċettati mill-organizzazzjoni tal-produtturi; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>tiċħad il-programmi jew parti mill-programmi.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="065.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tieħu deċiżjonijiet dwar programmi u fondi sal-15 ta’ Diċembru bħala l-aħħar ċans tas-sena li fiha kienu sottomessi.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi b’dawk id-deċiżjonijiet sal-15 ta’ Diċembru bħala l-aħħar ċans.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, għal-raġunijiet iġġustifikati kif xieraq, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tieħu deċiżjoni fuq programmi u fondi ta’ operazzjoni [programmi u fondi operattivi] sa l-20 ta’ Jannar bħala l-aħħar ċans wara d-data ta’ l-applikazzjoni. Id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tista’ tistipula li n-nefqa tkun eliġibbli mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara l-applikazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(8) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1327/2008, tad‑<DATE ISO="20081219">19 ta’ Diċembru 2008</DATE>, li jemenda r-Regolament Nru 1580/2007 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="345" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2008">ĠU L 345, p. 24</REF.DOC.OJ>), jintroduċi madankollu dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward tas-sena 2009. Dawn id-dispożizzjonijiet jinqraw kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.008"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>(8)</NO.PARAG><ALINEA><P>Fl-Artikolu 152, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:</P><QUOT.S LEVEL="2"><PARAG IDENTIFIER="152.009"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>9.</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 65(2) ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet iġġustifikati kif jixraq, jieħdu deċiżjoni dwar l-operazzjoni tal-programmi u l-fondi fl‑2009 sa mhux aktar tard mill-<DATE ISO="20090301">1 ta’ Marzu 2009</DATE>. Id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tista’ tistipula li n-nefqa tkun eliġibbli mill-<DATE ISO="20090101">1 ta’ Jannar 2009</DATE> ’il quddiem.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 99 tar-Regolament Nru 1580/2007 jirregola l-komunikazzjoni tad-data mitluba mill-Istati Membri fir-rigward tal-programmi operattivi. Il-paragrafu 2 ta’ din id-dispożizzjoni jipprovdi iktar partikolarment li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>[l-]Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar l-ammont totali tal-fond ta’ operazzjoni [fond operattiv] approvat dik is-sena għall-programmi ta’ operazzjoni [programmi operattivi] kollha<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>[d]in il-komunikazzjoni għandha tagħmel ċar kemm l-ammont totali tal-fond ta’ operazzjoni u kif ukoll l-ammont totali ta’ finanzjar [mill-Unjoni] ta’ dak il-fond ta’ operazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> u li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>[d]awn il-figuri għandhom jerġgħu jinqasmu bejn ammonti għal miżuri tal-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kriżijiet u miżuri oħra<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 67 tar-Regolament Nru 1580/2007 jirregola l-emenda tal-programmi operattivi matul is-sena:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="067.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Stati Membri jistgħu jawtorizzaw emendi tal-programmi ta’ operazzjoni [programmi operattivi] matul is-sena, skond kundizzjonijiet li għandhom ikunu determinati minnhom.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="067.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jkunu awtorizzati mill-awtorità nazzjonali kompetenti, matul is-sena sabiex:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jimplimentaw il-programmi ta’ operazzjoni parzjalment biss;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jibdlu l-kontenut tal-programm ta’ operazzjoni, inkluż jekk neċessarju l-estensjoni tad-dewmien tiegħu sa dewmien totali ta’ ħames snin;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>iżidu l-ammont tal-fond ta’ operazzjoni [fond operattiv] b’massimu ta’ 25 %, u jnaqqsuh b’persentaġġ li għandu jkun stabbilit mill-Istati Membri, ta’ l-ammont inizjalment approvat sakemm l-għanijiet ġenerali tal-progamm ta’ operazzjoni huma miżmuma. Stati Membri jistgħu jżidu dan il-persentaġġ f’każ ta’ għaqdiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi kif imsemmija fl-Artikolu 31(1) u f’każ ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 94a.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="067.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Stati Membri għandhom jiddeterminaw il-kundizzjonijiet skond liema programmi ta’ operazzjoni jistgħu jkunu emendati matul is-sena mingħajr approvazzjoni minn qabel ta’ l-awtorità nazzjonali kompetenti. Dawn il-bidliet huma eliġibbli biss għal għajnuna jekk ikunu kkomunikati mill-organizzazzjoni tal-produtturi lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kapitolu IV tat-Titolu III tar-Regolament Nru 1580/2007 jinkludi, fost oħrajn, id-dispożizzjonijiet speċifiċi segwenti fir-rigward tal-assistenza finanzjarja nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 93 tar-Regolament Nru 1580/2007 jispeċifika r-rekwiżit magħmul fl-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika li huwa intiż għan-natura <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>partikolarment baxxa<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> tal-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi ta’ reġjun partikolari, li jiġġustifika l-għoti ta’ assistenza finanzjarja nazzjonali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Għall-finijiet ta’ [l-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika], il-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi f’reġjun ta’ Stat Membru għandu jkun ikkunsidrat bħala partikolarment baxx fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-assoċjazzjonijiet ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u gruppi ta’ produtturi qiegħdu fis-suq inqas minn 20 % tal-valur medju ta’ produzzjoni ta’ frott u ħxejjex fit-tliet snin l-iktar riċenti li għalihom id-dejta hija disponibbli.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 94 tar-Regolament Nru 1580/2007 kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 590/2008, tat-<DATE ISO="20080623">23 ta’ Ġunju 2008</DATE>, li jemenda r-Regolament Nru 1580/2007 u li jidderoga minn dak ir-Regolament (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="163" PAGE.FIRST="24" DATE.PUB="2008">ĠU L 163, p.24</REF.DOC.OJ>), jirregola r-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni, mill-Kummissjoni, tal-ħlas ta’ assistenza finanzjarja nazzjonali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="094.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jippreżentaw talba lill-Kummissjoni għal awtorizzazzjoni li jħallsu assistenza finanzjarja nazzjonali skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007 għal programmi ta’ operazzjoni [programmi operattivi] implimentati fi kwalunkwe sena kalendarja partikolari sal-31 ta’ Jannar ta’ dik is-sena.</ALINEA><ALINEA>It-talba għandha tkun akkompanjata minn evidenza li turi li l-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi fir-reġjun ikkonċernat huwa partikolarment baxx, kif definit fl-Artikolu 93 ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll id-dettalji ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernati, l-ammont ta’ assistenza kkonċernata u l-proporzjon ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula skond [l-Artikolu 103b(1)(a) tar-Regolament dwar OKS Unika].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="094.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha tapprova jew tiċħad ir-rikjesta fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tagħha. Jekk il-Kummissjoni ma tirrispondix matul dan il-perjodu it-talba għandha tkun meqjusa li kienet approvata.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 94a tar-Regolament Nru 1580/2007, kif introdott bir-Regolament Nru 590/2008, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Organizzazzjoni tal-produtturi li tixtieq tapplika għal assistenza finanzjarja nazzjonali għandha, jekk hu neċessarju, temenda l-programm ta’ operazzjoni [programme operattiv] tagħha skond l-Artikolu 67.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 96 tar-Regolament Nru 1580/2007 jiddefinixxi l-perċentwali massimu ta’ rimbors mill-Unjoni Ewropea tal-assistenza finanzjarja nazzjonali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Il-proporzjon ta’ rimbors [tal-Unjoni] ta’ l-assistenza finanzjarja nazzjonali għandu jkun ta’ 60 % ta’ l-assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija lill-organizzazzjoni tal-produtturi.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu 97 tar-Regolament Nru 1580/2007 kif emendat bir-Regolament Nru 590/2008 jorganizza l-proċedura tar-rimbors tal-assistenza finanzjarja nazzjonali u jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="097.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jitolbu rimbors [mill-Unjoni] ta’ l-assistenza finanzjarja nazzjonali approvata li fil-fatt tkun imħallsa lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, qabel l-1 ta’ Jannar tat-tieni sena wara s-sena ta’ l-implimentazzjoni tal-programm ta’ operazzjoni [programm operattiv].</ALINEA><ALINEA>It-talba għandha tkun akkompanjata minn evidenza li turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007 kienu milħuqa fi tlett snin ta’ l-erba’ snin ta’ qabel, kif ukoll id-dettalji ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi konċernati, l-ammont ta’ assistenza attwalment imħallsa u spjegazzjoni tal-fond ta’ operazzjoni [fond operattiv] maqsum bejn l-ammont totali, il-kontribuzzjonijiet mill-[Unjoni], l-Istat Membru (assistenza finanzjarja nazzjonali) u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-membri.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="097.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni sabiex tapprova jew tiċħad it-talba.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="097.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn ir-rimbors [tal-Unjoni] ta’ l-assistenza ikun ġie approvat, in-nefqa eliġibbli għandha tkun iddikjarata lill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ Implimentazzjoni Nru 543/2011</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20110607">7 ta’ Ġunju 2011</DATE>, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament dwar OKS Unika għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="157" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU L 157, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Dan ir-regolament iħassar ir-Regolament Nru 1580/2007. Huwa jistabbilixxi, kif jagħmel ir-Regolament Nru 1580/2007, ir-regoli ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar OKS Unika fis-settur tal-frott u l-ħaxix.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 543/2011, bħar-Regolament Nru 1580/2007, jibbaża l-istima tar-rimbors mill-Unjoni fuq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>l-assistenza approvata li fil-fatt tkun imħallsa<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> (Artikolu 95(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 543/2011 u Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 1580/2007). L-Artikolu 95(2) tal-imsemmi regolament jispeċifika li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>[i]t-talba [għal rimbors] għandha tiġi miċħuda jekk l-Istat Membru li jkun qed jitlob ir-rimborż ma jkunx ħares ir-regoli dwar l-awtorizzazzjoni u r-rimborż tal-għajnuna finanzjarja nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20080915">15 ta’ Settembru 2008</DATE>, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li xtaqu jibbenefikaw mill-assistenza finanzjarja Ungeriża ressqu t-talbiet għall-approvazzjoni tal-programmi operattivi tagħhom lill-Vidékfejletési Minisztérium (Ministeru tal-Iżvilupp Rurali Ungeriż, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>VM<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20081115">15 ta’ Novembru 2008</DATE>, huma nnotifikaw l-istimi tagħhom dwar l-ammont tal-fond operattiv maħsubin li jiffinanzjaw il-programmi operattivi. Dawn il-programmi kif ukoll dawn l-istimi ġew approvati, fil-livell nazzjonali, bejn nofs Jannar u l-bidu ta’ Marzu 2009.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20090130">30 ta’ Jannar 2009</DATE>, il-VM ressaq quddiem il-Kummissjoni, konformement mal-Artikolu 94 tar-Regolament Nru 1580/2007, talba għall-awtorizzazzjoni li jħallas assistenza finanzjarja nazzjonali lil 29 organizzazzjoni ta’ produtturi li stabbilixxew programmi operattivi, approvati fl-2009. Il-VM indika li l-ammont massimu stmat tal-assistenza finanzjarja nazzjonali għandu jammonta, fit-total, sa EUR <FT TYPE="NUMBER">3487518</FT>.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20090311">11 ta’ Marzu 2009</DATE>, il-VM għamel korrezzjonijiet għall-ittra preċedenti tiegħu, tat-<DATE ISO="20090130">30 ta’ Jannar 2009</DATE>. Il-VM spjega li kien fil-pussess biss ta’ stimi fuq il-fondi operattivi fid-data tat-<DATE ISO="20090130">30 ta’ Jannar 2009</DATE>, filwaqt li issa kien jiddisponi minn data approvata definittivament fuq il-bażi tal-approvazzjoni mogħtija fil-frattemp għall-programmi u għall-fondi operattivi. Il-VM kompla din l-ittra b’emendi fir-rigward tar-reġjuni benefiċjarji tal-assistenza u r-reġjuni tal-Lvant u Punent ġew indikati bħala benefiċjarji ġodda tal-assistenza finanzjarja nazzjonali. Il-VM indika li kellu l-intenzjoni li jħallas l-assistenza finanzjarja nazzjonali lil 27 organizzazzjoni ta’ produtturi fir-reġjun tal-Lvant u lil 3 organizzazzjonijiet ta’ produtturi fir-reġjun tal-Punent. Huwa tenna, kif għamel fl-ittra preċedenti tiegħu, li l-ammont massimu stmat tal-assistenza finanzjarja nazzjonali li għandu jitħallas ma għandux ikun ta’ iktar minn, fit-total, EUR <FT TYPE="NUMBER">3487518</FT>. Il-VM wettaq analiżi ta’ din id-data fl-Anness għall-ittra tiegħu billi ppreżenta, minn naħa, l-ammont approvat tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-membri tal-organizzazzjoni ta’ produtturi u, min-naħa l-oħra, l-ammont approvat tal-fond operattiv. Huwa spjega dawn il-figuri billi indika fl-ittra tiegħu: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Aħna qed nippreżentaw id-data dettaljata tal-fondi operattivi fl-Anness. Aħna approvajna l-ammonti li kien ġie previst li jiġi ffinanzjat mill- assistenza nazzjonali possibbli fil-kuntest tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Wara din l-ittra tal-<DATE ISO="20090311">11 ta’ Marzu 2009</DATE>, il-Kummissjoni kkuntatjat bit-telefon lill-awtoritajiet Ungeriżi biex tikseb data iktar preċiża fuq l-ammont ta’ assistenza finanzjarja nazzjonali kkomunikat, billi talbet analiżi tal-assistenza mill-organizzazzjoni ta’ produtturi.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20090312">12 ta’ Marzu 2009</DATE>, il-VM ipprovda din id-data (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>ammonti ta’ assistenza nnotifikati<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>). Il-VM indika li dawn kienu biss stimi għal dak li jirrigwarda l-assistenza finanzjarja nazzjonali li għandha tingħata, ibbażati fuq l-ipoteżi li EUR 3.5 miljun huma disponibbli fil-baġit tal-Istat biex jiġu ffinanzjati dawn il-miżuri. Il-VM speċifika f’dan ir-rigward li ebda deċiżjoni ma kienet ittieħdet, f’dan l-istadju, fuq il-baġit tal-Istat disponibbli għall-assistenza finanzjarja nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20090403">3 ta’ April 2009</DATE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>ittra ta’ awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>), il-Kummissjoni informat lil VM li, fir-reġjuni kkonċernati (reġjun tal-Punent u reġjun tal-Lvant), il-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għandu jkun ikklassifikat bħala partikolarment baxx, li l-għajnuna tal-Istat ikkunsidrata ma kinitx taqbeż it-80 % tal-kontribuzzjoni tal-membri jew tal-organizzazzjoni ta’ produtturi riprodotta fit-talba għall-awtorizzazzjoni tal-għoti tal-assistenza finanzjarja nazzjonali, u li l-Kummissjoni ma kellhiex ebda kummenti oħra x’tagħmel, peress li t-talba għall-awtorizzazzjoni li titħallas l-assistenza finanzjarja nazzjonali lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi kkonċernati kienet debitament iġġustifikata.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tal-ittra tas-<DATE ISO="20101207">7 ta’ Diċembru 2010</DATE>, il-VM ressaq talba quddiem il-Kummissjoni li kienet intiża għar-rimbors parzjali mill-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali effettivament imħallsa fir-reġjun tal-Lvant, fl-2009. Fit-talba tiegħu, il-VM indika li kien ħallas fl-2009 assistenza finanzjarja nazzjonali ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">891847925</FT> (jiġifieri EUR 3.2 miljun) lill-produtturi tar-reġjun tal-Lvant u talab ir-rimbors mill-Unjoni ta’ 60 % ta’ dan l-ammont (jiġifieri HUF <FT TYPE="NUMBER">535108755</FT> jew EUR 1.9 miljun).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20110627">27 ta’ Ġunju 2011</DATE>, il-Kummissjoni talbet lill-VM jikkomunikalha d-data supplimentari billi ehmżet mal-ittra tagħha sitt tabelli biex jiġu mimlija, fost oħrajn b’data analizzata mill-organizzazzjoni ta’ produtturi li tirrikapitola d-differenzi bejn l-ammonti ta’ assistenza finanzjarja nazzjonali kkomunikati lill-Kummissjoni fit-talba għall-awtorizzazzjoni u l-ammonti ta’ assistenza finanzjarja nazzjonali effettivament imħallsa.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE>, il-VM ikkomunika d-data mitluba, permezz ta’ ittra.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20111121">21 ta’ Novembru 2011</DATE>, il-Kummissjoni staqsiet lill-VM fuq il-kawża tad-differenza bejn, minn naħa, l-ammont tal-assistenza finanzjarja nazzjonali msemmija fit-talba għall-awtorizzazzjoni tal-2009 u, min-naħa l-oħra, l-ammont tal-assistenza finanzjarja nazzjonali effettivament imħallsa, peress li tal-ewwel kien iktar baxx mill-ammont effettivament imħallas, għal ċertu numru ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20111129">29 ta’ Novembru 2011</DATE>, il-VM irrisponda fuq dan il-punt billi indika li d-differenza bejn l-ammonti ta’ assistenza finanzjarja nazzjonali kkomunikati u l-ammonti ta’ assistenza finanzjarja nazzjonali effettivament imħallsa kienu jirriżultaw mill-fatt li d-data ppreżentata fit-talba għall-awtorizzazzjoni kienet ibbażata fuq stimi pprovduti mill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi f’Novembru 2008. Il-VM enfasizza li l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi kellhom il-possibbiltà li jemendaw matul is-sena l-programmi operattivi tagħhom, fost oħrajn fil-każ fejn id-dħul reali qabeż l-istimi. F’dan ir-rigward, il-VM spjega li, fil-maġġoranza tal-każijiet, il-livell tal-kontribuzzjoni tal-membri għall-fondi operattivi kien perċentwali definit mid-dħul u li, b’hekk, il-kontribuzzjonijiet effettivi tal-membri setgħu jkunu differenti mill-kontribuzzjonijiet stmati, ikkomunikati mill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi lill‑VM is-sena ta’ qabel. Il-VM kien indika b’hekk li l-approvazzjoni u l-pagament tal-assistenza finanzjarja nazzjonali kienu jsiru b’teħid inkunsiderazzjoni ta’ din il-kontribuzzjoni effettiva, sa limitu ta’ 80 %, li kien meħtieġ madankollu fil-każijiet kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20120309">9 ta’ Marzu 2012</DATE>, il-Kummissjoni indikat li kellha l-intenzjoni tirrimborsa parzjalment l-ammont imħallas abbażi tal-assistenza finanzjarja nazzjonali, minn organizzazzjoni ta’ produtturi, sal-limitu tal-ammonti nnotifikati mill-Ungerija fit-talba tagħha għall-awtorizzazzjoni, li kienet laqgħet permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20090403">3 ta’ April 2009</DATE>. Il-Kummissjoni speċifikat li l-assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija li taqbeż dawn l-ammonti ma kinitx koperta mill-eċċezzjoni għall-applikazzjoni tar-regoli fuq l-għajnuna mill-Istat li saret fl-Artikolu 180 tar-Regolament dwar OKS Unika. Il-Kummissjoni kkonkludiet li s-somom imħallsa lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi li jaqbżu s-somom innotifikati u awtorizzati mill-Kummissjoni, għal kull organizzazzjoni ta’ produtturi, setgħu jitqiesu bħala għajnuna illegali li l-kumpatibbiltà tagħhom mas-suq intern jista’ jkollha tiġi analizzata fid-dawl tal-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE. Il-Kummissjoni fakkret, f’dan ir-rigward, li setgħet tordna l-irkupru tal-għajnuna illegali.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20120416">16 ta’ April 2012</DATE>, il-VM indika li ma kienx japprova d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-livell tal-assistenza rimborsabbli fuq il-bażi tal-ammonti ta’ assistenza finanzjarja nazzjonali kkomunikati fit-talba għall-awtorizzazzjoni. Il-VM kien qed jirreferi għall-fatt li l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi kellhom il-possibbiltà li jemendaw il-programm operattiv għas-sena kurrenti kif ukoll għall-ammonti tal-kontribuzzjonijiet tal-membri. Minħabba f’hekk, l-ammont effettiv tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji seta’ jkun differenti minn dak li l-Istat Membru kien ikkomunika lill-Kummissjoni fit-talba għall-awtorizzazzjoni, fuq il-bażi tal-istimi tal-organizzazzjonijiet ta’ produtturi. Il-VM fakkar li r-Regolament dwar OKS Unika ma kienx jorbot l-għoti tal-assistenza finanzjarja nazzjonali mal-ammont ta’ assistenza nnotifikata fuq il-bażi tad-data kkomunikata mill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi, iżda mal-limitu ta’ 80 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-membri jew tal-organizzazzjoni ta’ produtturi. Madankollu, dan il-limitu ma nqabiżx fid-dawl tal-kontenut tal-ittra għall-awtorizzazzjoni, peress li din awtorizzat l-għoti tal-assistenza finanzjarja nazzjonali u mhux ammont ta’ assistenza finanzjarja preċiża (ammont ta’ assistenza li ma kienx jidher, barra minn hekk, fl-imsemmija deċiżjoni). Il-VM talab lill-Kummissjoni li terġa’ tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha, minn naħa, billi tilqa’ r-rikors tiegħu għar-rimbors parzjali tal-assistenza effettivament imħallsa li taqbeż l-assistenza nnotifikata u, min-naħa l-oħra, billi teżentah minn eżami tal-kumpatibbiltà tal-assistenza mogħtija fid-dawl tar-regoli applikabbli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20120420">20 ta’ April 2012</DATE>, ġiet organizzata konsultazzjoni ta’ esperti mill-Kummissjoni fi Brussell (il-Belġju).</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20120525">25 ta’ Mejju 2012</DATE>, il-Kummissjoni, konformement mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, adottat id-Deċiżjoni C (2012) 3324 dwar l-assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni indikat, billi qieset b’mod partikolari l-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika fil-kunsiderazzjonijiet legali tad-deċiżjoni kkontestata:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>fil-premessa 13, li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>[k]onformement mal-Artikolu 95(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 543/2011, it-talba għandha tiġi miċħuda peress li r-regoli applikabbli għall-awtorizzazzjoni u għar-rimbors tal-assistenza finanzjarja nazzjonali ma ġewx osservati<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali];</P></ITEM><ITEM><P>fil-premessa 14, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>[l-]ammonti tal-assistenza finanzjarja nazzjonali mħallsa mill-Ungerija lil ċerti organizzazzjonijiet ta’ produtturi għall-programmi operattivi implementati fl-2009 kienu superjuri għall-ammonti indikati fit-talba għall-awtorizzazzjoni u approvati mill-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>[d]awn l-ammonti, għall-parti li taqbeż l-ammonti approvati mill-Kummissjoni, ma humiex ammessi għar-rimbors<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> u li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>[m]in-naħa l-oħra, fir-rigward tal-ammonti mħallsa lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi sal-limitu ddikjarat fit-talba għall-awtorizzazzjoni, it-talba għar-rimbors hija kkunsidrata bħala ammissibbli<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali];</P></ITEM><ITEM><P>fil-premessa 15, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>[g]ħandha konsegwentement tiġi rrimborsata parzjalment l-assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija mill-Ungerija lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi tagħha, sal-limitu ta’ 60 % tal-ammonti kkomunikati fit-talba għall-awtorizzazzjoni għal kull programm operattiv implementat fl-2009<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni kkonkludiet, fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni kkontestata:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>L-Unjoni tirrimborsa l-assistenza finanzjarja nazzjonali effettivament imħallsa mill-Ungerija lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi tagħha għall-programmi operattivi implementati fl-2009 sa EUR <FT TYPE="NUMBER">1190927</FT> konformement mal-Artikolu 103e(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni waslet għand ir-Rappreżentazzjoni Permanenti tal-Ungerija mingħand l-Unjoni Ewropea fid-<DATE ISO="20120529">29 ta’ Mejju 2012</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20120801">1 ta’ Awwissu 2012</DATE>, l-Ungerija bdiet din l-azzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>L-Ungerija titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-Deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>L-Ungerija tqajjem, essenzjalment, żewġ motivi, l-ewwel wieħed, meħud minn applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ultra vires</HT> tal-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika u tal-Artikolu 97 tar-Regolament Nru 1580/2007 u, it-tieni wieħed, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 97 tar-Regolament Nru 1580/2007.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, meħud minn applikazzjoni ultra vires tal-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika u tal-Artikolu 97 tar-Regolament Nru 1580/2007</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>L-ewwel motiv tal-Ungerija huwa maqsum f’żewġ partijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>L-Ungerija targumenta, fl-ewwel parti, li l-Kummissjoni ma setgħetx, fl-assenza ta’ bażi legali li tawtorizzaha, tistabbilixxi limitu għar-rimbors tal-assistenza finanzjarja nazzjonali li tikkorrispondi għall-ammonti ta’ assistenza finanzjarja nazzjonali nnotifikati għal kull organizzazzjoni ta’ produtturi.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>L-Ungerija żżid tgħid, fit-tieni parti, li l-Kummissjoni, billi tillimita r-rimbors tagħha għall-ammonti ta’ assistenza nnotifikati, kisret id-dispożizzjonijiet li jippermettu t-teħid inkunsiderazzjoni, abbażi tar-rimbors mill-Unjoni, tal-iżvilupp tal-assistenza finanzjarja nazzjonali matul is-sena.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel parti tal-ewwel motiv, meħuda mill-assenza ta’ bażi legali li tippermetti lill-Kummissjoni li tillimita r-rimbors mill-Unjoni tal-ammonti ta’ assistenza nnotifikati</P></TI></TITLE><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>L-Ungerija ssostni, prinċipalment, li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li torbot l-ammont tar-rimbors tagħha mal-ammonti ta’ assistenza nnotifikati ma tibbaża fuq ebda bażi legali.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-Ungerija tinvoka l-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika. F’dan ir-rigward, minn naħa, l-Ungerija tindika li dan it-test sempliċement jipprovdi bħala l-uniku limitu għall-ammont tal-assistenza finanzjarja nazzjonali li din ma tistax taqbeż 80 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-fondi operattivi tal-membri jew l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi. Dan l-artikolu ma jipprovdix għalhekk limitu marbut mal-ammonti ta’ assistenza nnotifikati, fil-limitu ta’ 80 % matul il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-assistenza.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Ungerija tindika li, konformement mal-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika, l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni għall-għoti tal-assistenza finanzjarja nazzjonali għandha tillimita ruħha li teżamina li r-rekwiżiti magħmula mill-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika huma ssodisfatti, b’mod partikolari l-fatt li, fl-ewwel lok, fir-reġjun ikkonċernat, il-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi huwa partikolarment baxx u li, fit-tieni lok, l-assistenza finanzjarja nazzjonali li l-għoti tagħha huwa mixtieq ma jaqbiżx 80 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-fondi operattivi tal-membri jew l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi. Jekk dawn ir-rekwiżiti huma ssodisfatti, il-Kummissjoni għandha tawtorizza l-għoti tal-assistenza finanzjarja nazzjonali. Din l-awtorizzazzjoni ma tinvolvix madankollu l-istabbiliment ta’ ammont wieħed preċiż jew ta’ diversi ammonti preċiżi, iżda biss l-għoti tal-assistenza.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-Ungerija żżid tgħid li din l-interpretazzjoni hija kkorroborata mill-Artikolu 94(2) tar-Regolament Nru 1580/2007, li jipprovdi li l-Kummissjoni għandha biss bħala l-unika alternattiva li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>tapprova jew tiċħad ir-rikjesta<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> għall-awtorizzazzjoni ta’ ħlas ta’ assistenza finanzjarja nazzjonali, mingħajr ma dan l-artikolu jippermettilha li tistabbilixxi limitu superjuri f’dak li jirrigwarda l-ammont. L-Ungerija tosserva, f’dan ir-rigward, li, f’dak li jirrigwarda l-paragrafu 1 tal-istess artikolu, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw talba għal awtorizzazzjoni li jħallsu assistenza finanzjarja nazzjonali u mhux awtorizzazzjoni li tirrigwarda ammont effettiv tal-assistenza.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>It-tielet nett, l-Ungerija tikkonkludi li r-rimbors mill-Unjoni ma jistax jirrigwarda l-ammonti ta’ assistenza nnotifikati. Huwa l-obbligu tal-Kummissjoni, ladarba l-assistenza finanzjarja nazzjonali tkun ngħatat, li tirrimborsa s-somom li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>tħallsu effettivament<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> fis-sens tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 1580/2007, sal-limitu ta’ 60 % tal-assistenza finanzjarja nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, l-Ungerija żżid tgħid, b’mod inċidentali, fl-istadju tar-replika, li l-Artikolu 94 tal-verżjoni Ungeriża tar-Regolament Nru 1580/2007, fis-seħħ fiż-żmien tat-talba għar-rimbors, kien jeżiġi l-komunikazzjoni tal-proporzjon tal-assistenza finanzjarja nazzjonali (b’konnessjoni mal-limitu ta’ 80 %), iżda mhux tal-ammont tagħha, li kien jikkonferma li r-rimbors mill-Unjoni huwa marbut mal-osservanza tal-limitu ta’ 80 % u mhux mal-ammont iddikjarat tal-assistenza maħsuba.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni t-termini tagħha biss iżda għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni li minnha tkun tagħmel parti (ara s-sentenzi tas‑<DATE ISO="20050607">7 ta’ Ġunju 2005</DATE>, VEMW <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑17/03, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:362">EU:C:2005:362</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tas-<DATE ISO="20101026">26 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Il-Ġermanja vs Il‑Kummissjoni, T‑236/07, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:451">EU:T:2010:451</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata). Għalhekk l-għan tar-regoli tal-Unjoni għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex dawn jingħataw interpretazzjoni li tiżgura l-effettività tagħhom (sentenza tat-<DATE ISO="20040713">13 ta’ Lulju 2004</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Il‑Kunsill, C‑27/04, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:436">EU:C:2004:436</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 74).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Konsegwentement, sabiex tingħata risposta għall-argument tal-Ungerija li jgħid li d-deċiżjoni kkontestata ma tibbaża fuq ebda bażi legali, konformement mal-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq fil-punt 58, għandu jiġi eżaminat, minn naħa, jekk il-kliem tal-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika u tal-Artikoli 94 u 97 tar-Regolament Nru 1580/2007 setgħux jagħtu lill-Kummissjoni id-dritt li tillimita r-rimbors tagħha għall-ammonti ta’ assistenza nnotifikati u, min-naħa l-oħra, jekk l-interpretazzjoni mogħtija mill-Ungerija lit-testi ta’ hawn fuq hijiex kumpatibbli mal-għanijiet tagħhom u l-oġġettivi li jsegwu.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>L-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika jagħti marġni diskrezzjonali lill-Kummissjoni, biex tawtorizza lill-Istati Membri li jħallsu l-assistenza finanzjarja nazzjonali lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi eliġibbli. F’dan ir-rigward, huwa jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni, fuq talba debitament sostanzjata, biex iħallsu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għajnuna finanzjarja nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Dan il-marġni diskrezzjonali fl-għoti tal-assistenza, ikkaratterizzat mill-użu tal-verb <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>seta’<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> jinstab fl-istadju tar-rimbors mill-Unjoni, li huwa s-suġġett ta’ din il-kawża. L-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika b’hekk jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>l-assistenza […] tista’ tiġi rimborżata mill-[Unjoni] fuq talba ta’ l-Istat Membru konċernat<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-regoli dettaljati tar-rimbors mill-Unjoni, konformement mal-Artikolu 103h tar-Regolament dwar OKS Unika, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea awtorizza lill-Kummissjoni tistabbilixxi r-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>regoli dettaljati […] [tar-]rimborż<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Għas-settur tal-frott u l-ħaxix, il-Kummissjoni stabbilixxiet dawn ir-regoli dettaljati fil-kuntest tar-Regolament Nru 1580/2007 billi tipprovdi fl-Artikolu 97(1) tiegħu li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>[l]-Istati Membri għandhom jitolbu rimbors [mill-Unjoni] ta’ l-assistenza finanzjarja nazzjonali approvata li fil-fatt tkun imħallsa […]<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Il-kontenut tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>assistenza […] approvata<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> imsemmija fl-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 1580/2007 huwa stabbilit permezz tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 94(1) tal-istess regolament, li jirregola l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>awtorizzazzjoni […] li titħallas assistenza finanzjarja nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>. Dan l-artikolu jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>[i]t-talba għandha tkun akkompanjata minn evidenza li turi [fost oħrajn] l-ammont ta’ assistenza<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>B’hekk mill-formulazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 1580/2007, u b’mod partikolari mill-użu tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>l-ammont<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, jirriżulta li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>assistenza […] approvata<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> tinkludi neċessarjament l-ammont tal-assistenza finanzjarja nazzjonali ddikjarat.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Ungerija, l-approvazzjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali għandha bħala suġġett l-ammonti nnotifikati għal kull organizzazzjoni ta’ produtturi benefiċjarji tal-assistenza finanzjarja nazzjonali, u mhux l-ammont totali tal-assistenza finanzjarja nazzjonali (l-organizzazzjonijiet kollha tal-produtturi flimkien). Fil-fatt, skont l-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika, l-assistenza ma għandhiex taqbeż 80 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-organizzazzjoni ta’ produtturi kkonċernata, liema fatt jimplika li, konformement mal-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 1580/2007, l-ammont tal-assistenza u l-osservanza tal-limitu ta’ 80 % jkunu vverifikati għal kull organizzazzjoni ta’ produtturi u li, għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni tindirizza l-assistenza kif analizzata mill-organizzazzjoni ta’ produtturi.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Mill-argumenti preċedenti jirriżulta li l-Kummissjoni kienet tiddisponi minn bażi legali biex tillimita r-rimbors mill-Unjoni għall-ammonti ta’ assistenza nnotifikati fil-kuntest tal-proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-Artikolu 94 tar-Regolament Nru 1580/2007, kemm fuq il-bażi tal-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika, kif ukoll fuq il-bażi tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 1580/2007.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>L-argumentazzjoni mressqa mill-Ungerija ma tistax tinvalida din il-konklużjoni li tirriżulta minn interpretazzjoni litterali tat-testi.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>L-ewwel nett, l-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika ma jistax jiġi interpretat fis-sens li, essenzjalment, il-Kummissjoni hija obbligata tirrimborsa kull assistenza inferjuri għal-limitu ta’ 80 % tal-kontribuzzjonijiet tal-membri jew tal-organizzazzjoni ta’ produtturi stess, ikun xi jkun l-ammont tal-imsemmija assistenza, peress li l-livell ta’ organizzazzjoni tal-produtturi fir-reġjun inkwistjoni, ikun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>partikolarment baxx<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni proposta mill-Ungerija intiża li tikkunsidra li Stat Membru jkun fondat, fuq il-bażi tal-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika, li jħallas <HT TYPE="ITALIC">ex post</HT> ammont superjuri għall-ammont innotifikat <HT TYPE="ITALIC">ex ante</HT> u li jikseb, sussegwentement, rimbors tal-ammont mhux innotifikat tirrendi superfluwa (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<DATE ISO="20011004">4 ta’ Ottubru 2001</DATE>, L-Italja vs Il‑Kummissjoni, C‑403/99, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:507">EU:C:2001:507</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28) u trendi ineffettiva l-proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<DATE ISO="20140410">10 ta’ April 2014</DATE>, Maatschap T. van Oosterom en A. van Oosterom-Boelhouwer, C‑485/12, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:250">EU:C:2014:250</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 61). F’dan ir-rigward, kif targumenta l-Kummissjoni, għandu jiġi kkonstatat li, għalkemm il-leġiżlatur Ewropew kien xtaq jiddispensa lill-Istati Membri minn proċedura formali għall-awtorizzazzjoni tal-assistenza, li timplika neċessarjament evalwazzjoni tal-ammonti nnotifikati, seta’ jirrikorri għal proċedura simili għal dik prevista mill-Artikolu 182(6) tar-Regolament dwar OKS Unika, li tawtorizza, bil-kundizzjoni li ċerti kundizzjonijiet ta’ qabel ikunu ssodisfatti, lill-Istati Membri jħallsu għajnuna mill-Istat lill-produtturi mhux membri ta’ organizzazzjoni rikonoxxuta.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali interpretazzjoni hija inkoerenti mal-għan tal-eżami tal-assistenza finanzjarja nazzjonali fid-dawl tad-dritt tal-għajnuna mill-Istat, sa fejn timplika li l-Kummissjoni tista’ tkun obbligata tirrimborsa somom li, peress li tħallsu flimkien mas-somom innotifikati, ma setgħux jiġu approvati u, għaldaqstant, koperti mill-awtorizzazzjoni mogħtija fuq il-bażi tal-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika u tal-Artikolu 97 tar-Regolament Nru 1580/2007. Madankollu, għandu jitfakkar li l-assistenza finanzjarja nazzjonali prevista mill-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika hija msemmija fl-Artikolu 180 tar-Regolament dwar OKS Unika bħala deroga għar-rekwiżiti tat-Trattat fuq l-għajnuna mill-Istat li huwa permess biss, fil-kuntest tal-premessa 20 tar-Regolament Nru 72/2009, sa fejn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>[i]d-dispożizzjonijiet ikkonċernati fihom kondizzjonijiet adatti għall-għoti ta’ appoġġ [għajnuna] biex tiġi evitata d-distorsjoni żejda tal-kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, liema fatt<?PAGE NO="14"?> jiġġustifika interpretazzjoni stretta tal-possibbiltà li tingħata l-imsemmija għajnuna (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<DATE ISO="19850227">27 ta’ Frar 1985</DATE>, L-Italja vs Il‑Kummissjoni, 56/83, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:85">EU:C:1985:85</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-interpretazzjoni difiża mill-Ungerija li tipprovdi li l-Kummissjoni hija obbligata tirrimborsa kull assistenza inferjuri għal-limitu ta’ 80 % irrispettivament mill-ammont tagħha, mingħajr ma tkun tista’ teżerċita l-marġni diskrezzjonali li tiddisponi minnu skont l-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika matul il-fażi ta’ awtorizzazzjoni tirrendi superfluwu l-Artikolu 180 tar-Regolament dwar OKS Unika, moqri fid-dawl tal-premessa 20 tar-Regolament Nru 72/2009, u l-oġġettivi li jsegwi fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni u, fost oħrajn, tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>It-tieni nett, sa fejn l-Ungerija tinvoka, fl-istadju tar-replika, il-formulazzjoni tal-Artikolu 94 tar-Regolament Nru 1580/2007 fil-verżjoni Ungeriża tiegħu, fil-mument tat-talba għall-awtorizzazzjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali, biex issaħħaħ l-interpretazzjoni tagħha li tipprovdi li r-rimbors mill-Unjoni huwa marbut mal-osservanza tal-limitu ta’ 80 % u mhux mal-ammont iddikjarat tal-assistenza maħsuba, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, imfakkra mill-Kummissjoni fl-atti tagħha, fil-każ ta’ diverġenza bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi ta’ test tad-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata skont l-istruttura ġenerali u l-għan tal-leġiżlazzjoni li tifforma parti minnha (ara s-sentenzi tad-<DATE ISO="20070419">19 ta’ April 2007</DATE>, Profisa, C‑63/06, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:233">EU:C:2007:233</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 14 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal‑<DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE>, Møller, C‑585/10, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:847">EU:C:2011:847</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 26 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li l-ħtieġa ta’ interpretazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni teskludi, li test jiġi kkunsidrat waħdu u teżiġi f’każ ta’ dubju li jiġi interpretat u applikat fid-dawl tal-verżjonijiet stabbiliti fil-lingwi uffiċjali l-oħra [ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="19961017">17 ta’ Ottubru 1996</DATE>, Lubella, C‑64/95, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:388">EU:C:1996:388</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 17 u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal-<DATE ISO="20080131">31 ta’ Jannar 2008</DATE>, Federación de Cooperativas Agrarias de la Comunidad Valenciana vs OCVV – Nador Cott Protection (Nadorcott), T‑95/06, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:25">EU:T:2008:25</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33 u l-ġurisprudenza ċċitata].</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, l-Ungerija ma tallegax li l-verżjonijiet fil-lingwi uffiċjali l-oħra ma kinux isemmu l-obbligu li jiġu kkomunikati l-ammonti tal-assistenza maħsuba, liema fatt, barra minn hekk, ma huwiex il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jiġi kkonstatat, kif tfakkar il-Kummissjoni, li l-Ungerija, fil-korrispondenza kollha tagħha mal-Kummissjoni, fl-istadju tal-awtorizzazzjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali, ikkomunikat l-ammont tal-assistenza maħsub.</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>L-ammont ta’ assistenza finanzjarja nazzjonali maħsub ġie qabelxejn ikkomunikat b’mod ġenerali permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20090130">30 ta’ Jannar 2009</DATE>, imbagħad permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20090311">11 ta’ Marzu 2009</DATE>, qabel ma ġie kkomunikat b’mod maqsum skont kull organizzazzjoni ta’ produtturi, fit-<DATE ISO="20090312">12 ta’ Marzu 2009</DATE>, fuq talba espressa tal-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>L-Ungerija ma tistax għaldaqstant ssostni b’mod raġonevoli li l-Artikolu 94 tar-Regolament Nru 1580/2007, fit-tfassil tiegħu fil-lingwa Ungeriża fiż-żmien tat-talba għall-awtorizzazzjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali, ma setax jiġi interpretat bħala li jeżiġi l-komunikazzjoni tal-ammont tal-assistenza finanzjarja nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi rrilevat li l-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>összeg<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> [<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>ammont<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>] bl-Ungeriż, iddaħħlet fil-verżjoni Ungeriża tar-Regolament Nru 1580/2007 wara l-ittra ta’ awtorizzazzjoni, fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 441/2009, tas-<DATE ISO="20090527">27 ta’ Mejju 2009</DATE>, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="129" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2009">ĠU L 129, p. 10</REF.DOC.OJ>), fit-<DATE ISO="20090528">28 ta’ Mejju 2009</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="15"?><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, kien għaldaqstant korrett li l-Kummissjoni qieset li hija kellha bażi legali biex tissottometti l-ammont tar-rimbors mill-Unjoni għall-ammonti ta’ assistenza nnotifikati matul il-proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Finalment, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni tirreferi fl-atti tagħha għar-Regolament Nru 1580/2007 u mhux għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 543/2011, minkejja li hija ssemmi madankollu dan ir-regolament tal-aħħar fid-Deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 543/2011 jistabbilixxi regoli sostantivi fil-qasam tar-rimbors, b’mod partikolari, fl-Artikolu 95 tiegħu, li ma jistgħux japplikaw b’mod retroattiv għas-sitwazzjoni legali li kienet teżisti fil-mument tat-talba għar-rimbors (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<DATE ISO="19811112">12 ta’ Novembru 1981</DATE>, Meridionale Industria Salumi <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, 212/80 sa 217/80, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:270">EU:C:1981:270</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 9).</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat, ukoll, li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 543/2011 ma jipprevedix l-applikazzjoni retroattiva tiegħu għal talbiet ta’ rimbors li nħolqu taħt l-influwenza tar-regolament antik (ara, b’analoġija, is-sentenzi tad-<DATE ISO="19850129">29 ta’ Jannar 1985</DATE>, Gesamthochschule Duisburg, 234/83, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:30">EU:C:1985:30</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 20; tal-<DATE ISO="19930715">15 ta’ Lulju 1993</DATE>, GruSa Fleisch, C‑34/92, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:317">EU:C:1993:317</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 22, u tal-<DATE ISO="20020924">24 ta’ Settembru 2002</DATE>, Falck u Acciaierie di Bolzano vs Il‑Kummissjoni, C‑74/00 P u C‑75/00 P, Ġabra <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:524">EU:C:2002:524</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 119).</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa ġust li l-partijiet rriferew fl-atti tagħhom għar-Regolament Nru 1580/2007.</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkunsidrat li, sa fejn iż-żewġ regolamenti għandhom l-istess għanijiet u jistabbilixxu regoli identiċi fir-rigward tal-istima tar-rimbors mill-Unjoni (ara punt 25 iktar ’il fuq), il-fatt li l-Kummissjoni semmiet ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 543/2011 fid-Deċiżjoni kkontestata, minflok ir-Regolament Nru 1580/2007, huwa mingħajr effett fuq il-legalità tiegħu, peress li r-riżultat jibqa’ ma jinbidilx ikun li jkun ir-regolament meqjus (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19960605">5 ta’ Ġunju 1996</DATE>, Günzler Aluminium vs Il‑Kummissjoni, T‑75/95, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1996:74">EU:T:1996:74</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 55, u tas-<DATE ISO="19970227">27 ta’ Frar 1997</DATE>, FFSA <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni, T‑106/95, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1997:23">EU:T:1997:23</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 199).</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>L-ewwel parti tal-ewwel motiv, meħuda mill-assenza ta’ bażi legali tal-Kummissjoni biex tissottometti r-rimbors tagħha għall-ammonti nnotifikati matul il-proċedura għall-awtorizzazzjoni, għandha għaldaqstant tiġi eskluża.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni parti tal-ewwel motiv, meħuda mill-ksur tad-dispożizzjonijiet li jippermettu t-teħid inkunsiderazzjoni tal-iżvilupp tal-ammont tal-assistenza nazzjonali matul is-sena finanzjarja.</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq il-ksur tal-Artikoli 67 u 94a tar-Regolament Nru 1580/2007</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>L-Ungerija ssostni li l-Artikoli 67 u 94a tar-Regolament Nru 1580/2007 joffru l-possibbiltà lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi li jemendaw l-ammont tal-fond operattiv matul is-sena. Skont l-Ungerija, il-Kummissjoni għaldaqstant ma tistax tistabbilixxi limitu definittiv għar-rimbors tagħha marbut mal-ammonti nnotifikati fil-kuntest tal-proċedura għall-awtorizzazzjoni, mingħajr ma tikser l-Artikoli 67 u 94a tar-Regolament Nru 1580/2007.</TXT></NP><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Qabelxejn, fir-rigward tal-Artikolu 67 tar-Regolament Nru 1580/2007, li joffri fost oħrajn il-possibbiltà lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi li [j]żidu l-ammont tal-fond ta’ operazzjoni [fond operattiv] b’massimu ta’ 25 % […] tal-ammont inizjalment approvat”, għandu jiġi kkonstatat li din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli għall-assistenza finanzjarja nazzjonali msemmija fl-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika.</TXT></NP><?PAGE NO="16"?><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif targumenta l-Kummissjoni, l-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika jipprovdi li l-assistenza finanzjarja nazzjonali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>tkun addizzjonali għall-fond operattiv<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, liema fatt ifisser li żieda ulterjuri tal-fond operattiv, bħal dik imsemmija fl-Artikolu 67 tar-Regolament Nru 1580/2007, ma hijiex maħsuba biex twassal għal żieda korrispondenti tal-assistenza finanzjarja nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Din id-distinzjoni bejn iż-żewġ sistemi ta’ assistenza hija riflessa fl-istruttura tar-Regolament Nru 1580/2007.</TXT></NP><NP><NO.P>91</NO.P><TXT>Fil-fatt, it-Titolu III tar-Regolament Nru 1580/2007 jinkludi fost oħrajn, minn naħa, Kapitolu II intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>Fondi ta’ operazzjoni [Fondi Operattivi] u programmi ta’ operazzjoni [Programmi Operattivi]<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, li fih jinsab l-Artikolu 67 u li jinkludi dispożizzjonijiet fuq l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni, u, min-naħa l-oħra, Kapitolu IV intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>Assistenza Finanzjarja Nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> li fih jinsabu l-Artikoli 96 u 97 fuq ir-rimbors tal-assistenza finanzjarja nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>92</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tal-Artikolu 94a tar-Regolament Nru 1580/2007 invokat mill-Ungerija, li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>[o]rganizzazzjoni tal-produtturi li tixtieq tapplika għal assistenza finanzjarja nazzjonali għandha, jekk hu neċessarju, temenda l-programm ta’ operazzjoni [programm operattiv] tagħha skond l-Artikolu 67<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, għandu jiġi kkonstatat li din id-dispożizzjoni ma hijiex iktar applikabbli għal dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>93</NO.P><TXT>Fil-fatt, mill-kliem tal-Artikolu 94a tar-Regolament Nru 1580/2007 jirriżulta li dan ma jsemmix din is-sitwazzjoni preżenti ta’ ammont ta’ assistenza finanzjarja nazzjonali approvata mill-Kummissjoni u wara miżjuda, iżda l-kontenut ta’ programm operattiv li huwa emendat qabel l-approvazzjoni tiegħu mill-awtorità nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>94</NO.P><TXT>Għaldaqstant għandu jiġi eskluż l-argument tal-Ungerija intiż li jikkonstata ksur tal-Artikoli 67 u 94a tar-Regolament Nru 1580/2007.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq il-ksur tal-Artikolu 103d tar-Regolament dwar OKS Unika u tal-Artikoli 53 u 99 tar-Regolament Nru 1580/2007</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>95</NO.P><TXT>L-Ungerija ssostni li d-dispożizzjonijiet fuq ir-rimbors tal-assistenza finanzjarja nazzjonali għandhom jiġu interpretati fid-dawl tad-dispożizzjonijiet fuq l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni (b’mod partikolari l-Artikolu 103d tar-Regolament dwar OKS Unika u l-Artikolu 99 tar-Regolament Nru 1580/2007), li jippermettu adattament tal-assistenza abbażi tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata.</TXT></NP><NP><NO.P>96</NO.P><TXT>Madankollu, minn naħa, l-Artikolu 103d tar-Regolament dwar OKS Unika ma jipprevedix proċedura għall-awtorizzazzjoni tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni quddiem il-Kummissjoni, b’differenza mal-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika.</TXT></NP><NP><NO.P>97</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 103d tar-Regolament dwar OKS Unika jipprovdi li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni hija l-istess bħall-ammont ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>tħallsu effettivament<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>, minkejja li l-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 1580/2007 jibbaża r-rimbors mill-Unjoni fuq l-assistenza finanzjarja nazzjonali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>approvata li fil-fatt tkun imħallsa<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>98</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argument tal-Ungerija għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>99</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, għandu jiġi kkonstatat li l-artikoli msemmija iktar ’il fuq, li jaqgħu taħt l-assistenza finanzjarja nazzjonali jew taħt l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni, ma kinux jostakolaw li l-Kummissjoni tawtorizza r-rimbors mitlub mill-Ungerija sa limitu tal-uniċi somom innotifikati u effettivament imħallsa lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi.</TXT></NP><?PAGE NO="17"?><NP><NO.P>100</NO.P><TXT>It-tieni parti tal-ewwel motiv, ibbażata fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet li jippermettu t-teħid inkunsiderazzjoni tal-iżvilupp tal-ammont tal-assistenza matul is-sena finanzjarja għandu għaldaqstant jiġi miċħud kif ukoll, għaldaqstant, l-ewwel motiv fl-intier tiegħu.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, meħud minn żball ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 97 tar-Regolament Nru 1580/2007</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>101</NO.P><TXT>L-Ungerija ssostni li, anki jekk wieħed jassumi li l-Kummissjoni setgħet tillimita r-rimbors tagħha għall-ammonti ta’ assistenza nnotifikati, skont l-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 1580/2007, hija setgħet tagħmel dan biss billi tapprova minn qabel dawn l-ammonti, fl-ittra ta’ awtorizzazzjoni, li ma għamlitx f’dan il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>102</NO.P><TXT>Insostenn ta’ dan il-motiv, fl-ewwel lok, l-Ungerija ssostni li ebda ammont ta’ assistenza ma ġie espressament imsemmi mill-Kummissjoni fl-ittra ta’ awtorizzazzjoni, kuntrarjament għall-prattika osservata fid-deċiżjonijiet tagħha ta’ wara, għall-kampanji 2010 u 2011, fejn il-Kummissjoni semmiet l-ammont globali tal-assistenza mogħtija.</TXT></NP><NP><NO.P>103</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-Ungerija ssostni li l-ittra ta’ awtorizzazzjoni ma kellhiex il-forma ta’ deċiżjoni ta’ approvazzjoni impliċita, fis-sens tal-Artikolu 94(2) tar-Regolament Nru 1580/2007, li hija biss kienet tippermetti, permezz ta’ effett reċiproku, approvazzjoni impliċita tal-ammonti ta’ assistenza nnotifikati.</TXT></NP><NP><NO.P>104</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-Ungerija targumenta li l-Kummissjoni ma kinitx tista’ tapprova ammonti ta’ assistenza mid-data ppreżentata bħala sempliċi stima.</TXT></NP><NP><NO.P>105</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, l-Ungerija tqis li, għalkemm il-Kummissjoni setgħet tistabbilixxi limitu għar-rimbors tal-assistenza finanzjarja nazzjonali mill-ammonti ta’ assistenza li ma humiex imsemmija fid-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni, din <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>tqajjem tħassib fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP><NP><NO.P>106</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, fil-premessa 14 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>[l-]ammonti tal-assistenza finanzjarja nazzjonali mħallsa mill-Ungerija lil ċerti organizzazzjonijiet ta’ produtturi għall-programmi operattivi implementati fl-2009 kienu superjuri għall-ammonti indikati fit-talba għall-awtorizzazzjoni u approvati mill-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>. Hija tikkonkludi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>[d]awn l-ammonti, għall-parti [li qabżet] l-ammonti approvati mill-Kummissjoni, [ma kinux] ammessi għar-rimbors<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] bid-differenza tal-ammonti mħallsa lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi sal-limitu tal-livell ddikjarat fit-talba għall-awtorizzazzjoni. Fuq il-bażi tal-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita r-rimbors tagħha għal dawn l-ammonti tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>107</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mid-deċiżjoni kkontestata jirriżulta li l-Kummissjoni llimitat l-ammonti ammissibbli għar-rimbors għall-ammonti nnotifikati matul il-proċedura għall-awtorizzazzjoni, sa fejn qieset li l-ammonti mħallsa flimkien mal-ammonti ta’ assistenza nnotifikati ma kinux jikkostitwixxu ammonti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>approvati<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> fis-sens tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 1580/2007.</TXT></NP><NP><NO.P>108</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa rilevanti f’dan il-każ, li jiġi stabbilit jekk huwiex ġust li l-Kummissjoni setgħet tillimita l-ammonti ammissibbli għar-rimbors billi kkunsidrat li l-ammonti mħallsa flimkien mal-ammonti ta’ assistenza nnotifikati ma kinux ġew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>approvati<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> fl-ittra ta’ awtorizzazzjoni, konformement mal-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 1580/2007, fid-dawl tal-fatt, fost oħrajn, li l-ammonti ta’ assistenza nnotifikati ma kinux espressament imsemmija fl-imsemmija ittra u li din ma kinitx tirreferi, mill-inqas b’mod espress, għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>approvazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> tagħhom.</TXT></NP><?PAGE NO="18"?><NP><NO.P>109</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, għandu jiġi kkonstatat li ebda dispożizzjoni, fir-Regolament dwar OKS Unika jew fir-Regolament Nru 1580/2007, ma tobbliga lill-Kummissjoni ssemmi speċifikament l-ammont ta’ assistenza nnotifikat fid-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni tagħha. Barra minn hekk, mill-Artikolu 103h tar-Regolament dwar OKS Unika jirriżulta li l-Kummissjoni għandha l-kompetenza kollha biex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>tistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> tar-rimbors. Għaldaqstant ebda dispożizzjoni ma kienet tobbligaha espressament, fl-assenza ta’ stipulazzjoni f’dan is-sens, li ssemmi l-ammonti ta’ assistenza nnotifikati fl-ittra ta’ awtorizzazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>110</NO.P><TXT>It-tieni nett, kif dan ġie indikat fil-punti 63 sa 66 iktar ’il fuq, mill-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 1580/2007 jirriżulta li r-rimbors mill-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali għandha bħala stima <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>l-assistenza finanzjarja nazzjonali approvata li fil-fatt tkun imħallsa<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>. Madankollu, l-assistenza finanzjarja nazzjonali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>approvata<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> tinkludi neċessarjament l-ammont tagħha maqsum skont kull organizzazzjoni ta’ produtturi, ikkomunikat għall-finijiet tal-awtorizzazzjoni tal-assistenza, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 1580/2007. L-assenza ta’ riferiment espress għall-ammonti ta’ assistenza nnotifikati fid-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni għaldaqstant ma tistax twassal għall-assenza ta’ limitu għall-ammonti ta’ assistenza li l-ħlas tagħhom huwa permess fil-limitu tal-livell ta’ 80 %, sa fejn l-awtorizzazzjoni tal-ħlas tal-assistenza tibbaża, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 1580/2007, fuq it-teħid inkunsiderazzjoni tal-imsemmija ammonti.</TXT></NP><NP><NO.P>111</NO.P><TXT>It-tielet nett, għandu jiġi rrilevat li l-Kummissjoni tat il-kunsens tagħha għall-assistenza nnotifikata biss wara li kienet talbet u kisbet, permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20090312">12 ta’ Marzu 2009</DATE>, l-ammont ta’ assistenza finanzjarja nazzjonali maqsum skont kull organizzazzjoni ta’ produtturi (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Kahla Thüringen Porzellan vs Il‑Kummissjoni, C‑537/08 P, Ġabra, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:769">EU:C:2010:769</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45). L-ammont ta’ assistenza finanzjarja nazzjonali maqsum skont kull organizzazzjoni ta’ produtturi, li fuqu bbażat ruħha l-Kummissjoni biex tistabbilixxi r-rimbors tagħha, għaldaqstant ġie approvat minnha fil-kuntest tal-proċedura għall-awtorizzazzjoni, fid-dawl tal-kontenut tan-notifika li twettqet mill-Ungerija (ara, b’analoġija, id-digriet tat-<DATE ISO="20120322">22 ta’ Marzu 2012</DATE>, L-Italja vs Il‑Kummissjoni, C‑200/11 P, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:165">EU:C:2012:165</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>112</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, l-ittra ta’ awtorizzazzjoni ssemmi espressament l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>ammont tal-assistenza kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>, skont il-punti tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 1580/2007 meħud inkunsiderazzjoni biex tibbaża fuqu, u tindika li l-assistenza hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0070" ID="QS0070"/>debitament iġġustifikata<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. L-Ungerija ma setgħetx għaldaqstant raġonevolment tinjora li l-ammonti ta’ assistenza nnotifikati kienu s-suġġett ta’ approvazzjoni mill-Kummissjoni fis-sens tal-Artikolu 97(1) tar-Regolament Nru 1580/2007 u jservu ta’ bażi għar-rimbors tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>113</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi u għar-raġunijiet esposti iktar ’il fuq fid-dawl, fost oħrajn, tal-istruttura tal-Artikolu 97 tar-Regolament Nru 1580/2007, tal-kontenut tan-notifika tal-Ungerija u tal-kontenut tal-ittra tal-awtorizzazzjoni, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata li wettqet żball ta’ evalwazzjoni ta’ natura li twassal għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, għar-raġunijiet imsemmija fil-punti 109 sa 112 iktar ’il fuq, l-ittra ta’ awtorizzazzjoni għandha titqies li approvat l-ammonti ta’ assistenza nnotifikati, jiġifieri l-ammont maqsum skont kull organizzazzjoni ta’ produtturi, mitlub mill-Kummissjoni u riċevut permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20090312">12 ta’ Marzu 2009</DATE>, u mhux ammonti mħallsa flimkien ma’ dan.</TXT></NP><NP><NO.P>114</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi invalidata mill-argumenti mqajma mill-Ungerija.</TXT></NP><NP><NO.P>115</NO.P><TXT>L-ewwel nett, huwa mingħajr effett il-fatt li l-Kummissjoni, fid-deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni sussegwenti tagħha, emendat il-prattika tagħha billi speċifikat l-ammont globali tal-assistenza finanzjarja nazzjonali nnotifikat. Għandu jiġi nnotat f’dan ir-rigward li l-ammont li ttieħed inkunsiderazzjoni fir-rigward ta’ somom li jiġu rrimborsati kien l-ammont tal-assistenza finanzjarja nazzjonali kif maqsum skont kull organizzazzjoni ta’ produtturi benefiċjarji (ara punt 66 iktar ’il fuq).</TXT></NP><?PAGE NO="19"?><NP><NO.P>116</NO.P><TXT>It-tieni nett, b’risposta għall-argument tal-Ungerija li jipprovdi li l-ittra ta’ awtorizzazzjoni ma kellhiex il-forma ta’ deċiżjoni ta’ approvazzjoni impliċita, fis-sens tal-Artikolu 94(2) tar-Regolament Nru 1580/2007, li hija biss kienet tippermetti, permezz ta’ effett reċiproku, approvazzjoni impliċita tal-ammonti ta’ assistenza nnotifikati, huwa suffiċjenti li jiġi kkonstatat li, għalkemm is-silenzju tal-Kummissjoni jista’ jġib approvazzjoni impliċita tal-ammonti tal-assistenza fis-sens tal-Artikolu 94(2) tar-Regolament Nru 1580/2007, dan japplika <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> anki għal ittra ta’ awtorizzazzjoni fejn isir riferiment espress għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0071" ID="QS0071"/>ammont ta’ assistenza kkonċernata<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> u għan-natura <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0072" ID="QS0072"/>debitament ġustifikata<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] tat-talba. Minbarra dan, għandu jiġi osservat li l-Artikolu 94(2) tar-Regolament Nru 1580/2007 invokat mill-Ungerija jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0073" ID="QS0073"/>[i]l-Kummissjoni għandha tapprova jew tiċħad ir-rikjesta<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/>, liema fatt juri li l-approvazzjoni tal-assistenza tirrigwarda neċessarjament, u għaldaqstant impliċitament, il-kontenut tat-talba, li jintegra neċessarjament l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0074" ID="QS0074"/>ammont ta’ assistenza<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/> mitlub imsemmi fil-paragrafu 1 tal-istess artikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>117</NO.P><TXT>It-tielet nett, fir-rigward tan-natura ta’ stima tal-ammonti ppreżentati mill-Ungerija li ma setgħetx tippermetti lill-Kummissjoni tapprova l-imsemmija ammonti, jidher li l-komunikazzjoni tal-istimi huwa fin-natura stess tal-proċedura għall-awtorizzazzjoni, għaliex l-assistenza finanzjarja nazzjonali hija funzjoni tal-kontribuzzjoni tal-membri lill-fond operattiv. Madankollu, din il-kontribuzzjoni tiddependi fuq il-produzzjoni agrikola tagħhom, li hija magħrufa biss fl-aħħar tas-sena finanzjarja. Konsegwentement, in-natura ta’ stima tal-ammonti nnotifikati ma hijiex tali li tipprekludi l-Kummissjoni milli tirrifjuta li tirrimborsa l-ammonti mħallsa flimkien mal-ammonti nnotifikati, tant li dawn l-istimi għandhom jiġu debitament ġustifikati fis-sens tal-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika. Il-komunikazzjoni tal-ammonti ta’ natura ta’ stima għaldaqstant ma tipprojbixxix lill-Kummissjoni li tittratta dawn l-ammonti bħala bażi ta’ awtorizzazzjoni tal-assistenza nnotifikata u bħala element kostituttiv tal-kunsens tagħha għall-imsemmija awtorizzazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>118</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, l-argument tal-Ungerija li jipprovdi li kieku l-Kummissjoni kienet tista’ tistabbilixxi limitu għar-rimbors tal-assistenza finanzjarja nazzjonali mill-ammonti ta’ assistenza li ma humiex imsemmija fl-ittra ta’ awtorizzazzjoni, din <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0075" ID="QS0075"/>tqajjem tħassib fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], ma huwa sostnut b’ebda punt ta’ fatt jew ta’ dritt.</TXT></NP><NP><NO.P>119</NO.P><TXT>L-Ungerija ma tispeċifikax fost oħrajn min huwa l-vittma tal-ksur allegat tal-prinċipju ta’ ċertezza legali (l-Istat Membru jew l-organizzazzjonijiet ta’ produtturi benefiċjarji tal-assistenza).</TXT></NP><NP><NO.P>120</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ speċifikazzjoni f’dan ir-rigward, għandu jiġi kkunsidrat li l-allegat ksur kien jikkonċerna, primarjament, l-Ungerija, parti f’din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>121</NO.P><TXT>Madankollu, kif tenfasizza l-Kummissjoni, peress li l-ammonti meqjusa fl-ittra ta’ awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni kienu ġew ikkomunikati mill-awtoritajiet Ungeriżi stess, il-prinċipju ta’ ċertezza legali ma seta’ bl-ebda mod jiġi affettwat mill-fatt li dawn l-ammonti kkostitwixxew il-bażi tal-awtorizzazzjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali, imbagħad l-istima tar-rimbors. Fil-fatt, l-Ungerija ma setgħetx għaldaqstant raġonevolment tinjora li l-ammonti maqsuma skont kull organizzazzjoni ta’ produtturi, ikkomunikati fuq talba espressa tal-Kummissjoni, jikkostitwixxu l-bażi tal-awtorizzazzjoni (ara punt 112 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>122</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-assenza ta’ riferiment espress fl-ittra ta’ awtorizzazzjoni għall-ammonti massimi nnotifikati mill-Ungerija ma setgħetx tiġi interpretata bħala rinunzja mill-Kummissjoni li tagħmel l-awtorizzazzjoni u r-rimbors tagħha tal-assistenza finanzjarja nazzjonali fir-rigward tal-ammonti ta’ assistenza nnotifikati.</TXT></NP><NP><NO.P>123</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tieni motiv, meħud minn żball ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 97 tar-Regolament Nru 1580/2007, għandu jiġi miċħud.</TXT></NP><NP><NO.P>124</NO.P><TXT>B’hekk ir-rikors għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu, minħabba li l-ebda wieħed miż-żewġ motivi ma huwa fondat.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="20"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>125</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu intalbu. Peress li l-Ungerija tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni kif mitlub minn din tal-aħħar.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tieni Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Ungerija għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Martins Ribeiro</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Gervasoni</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Madise</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fil-<DATE ISO="20150915">15 ta’ Settembru 2015</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE><?PAGE NO="21"?><TOC><TITLE><TI><P>Werrej</P></TI></TITLE><TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-kuntest ġuridiku</ITEM.CONT><ITEM.REF>1</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Ir-Regolament dwar OKS Unika</ITEM.CONT><ITEM.REF>1</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Ir-Regolament Nru 1580/2007</ITEM.CONT><ITEM.REF>4</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 543/2011</ITEM.CONT><ITEM.REF>7</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-fatti li wasslu għall-kawża</ITEM.CONT><ITEM.REF>7</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</ITEM.CONT><ITEM.REF>10</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Id-dritt</ITEM.CONT><ITEM.REF>11</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel motiv, meħud minn applikazzjoni ultra vires tal-Artikolu 103e tar-Regolament dwar OKS Unika u tal-Artikolu 97 tar-Regolament Nru 1580/2007</ITEM.CONT><ITEM.REF>11</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ewwel parti tal-ewwel motiv, meħuda mill-assenza ta’ bażi legali li tippermetti lill-Kummissjoni li tillimita r-rimbors mill-Unjoni tal-ammonti ta’ assistenza nnotifikati</ITEM.CONT><ITEM.REF>11</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tieni parti tal-ewwel motiv, meħuda mill-ksur tad-dispożizzjonijiet li jippermettu t-teħid inkunsiderazzjoni tal-iżvilupp tal-ammont tal-assistenza nazzjonali matul is-sena finanzjarja.</ITEM.CONT><ITEM.REF>15</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.BLK><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-ksur tal-Artikoli 67 u 94a tar-Regolament Nru 1580/2007</ITEM.CONT><ITEM.REF>15</ITEM.REF></TOC.ITEM><TOC.ITEM><NO.ITEM>–</NO.ITEM><ITEM.CONT>Fuq il-ksur tal-Artikolu 103d tar-Regolament dwar OKS Unika u tal-Artikoli 53 u 99 tar-Regolament Nru 1580/2007</ITEM.CONT><ITEM.REF>16</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq it-tieni motiv, meħud minn żball ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 97 tar-Regolament Nru 1580/2007</ITEM.CONT><ITEM.REF>17</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK><TOC.BLK><TOC.ITEM><ITEM.CONT>Fuq l-ispejjeż</ITEM.CONT><ITEM.REF>20</ITEM.REF></TOC.ITEM></TOC.BLK></TOC.BLK></TOC></JUDGMENT>