European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/4979

23.9.2026

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entità soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2137, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/2138, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

(C/2026/4979)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' Abdul Baqi Basir Awal Shah (psewdonimu a) Abdul Baqi b) Abdul Baqi Haqqani); Hamidullah Akhund Sher Mohammad (psewdonimu (a) Janat Gul (b) Hamidullah Akhund (c) Saeed Hamidullah (d) Sher Mohammad); Mohammad Hassan Akhund; Mohammad Essa Akhund (psewdonimu Mohammad Eisa Sani); Azizirahman Abdul Ahad (psewdonimu Azizurahman Abdul Ahad); Abdul Ghani Baradar Abdul Ahmad Turk (psewdonimu (a) Mullah Baradar Akhund, (b) Abdul Ghani Baradar); Din Mohammad Hanif (psewdonimu (a) Qari Din Mohammad, (b) Iadena Mohammad (c) Iadenamohammad Nazri Mohammad); Khalil Ahmed Haqqani (psewdonimu (a) Khalil Al-Rahman Haqqani, (b) Khalil ur Rahman Haqqani, (c) Khaleel Haqqani); Sirajuddin Jallaloudine Haqqani (psewdonimu (a) Siraj Haqqani (b) Serajuddin Haqani (c) Siraj Haqani (d) Saraj Haqani (e) Abdul Satar Abdullah); Najibullah Haqqani Hidayatullah (psewdonimu (a) Najibullah Haqani (b) Najeebullah Hayat); Gul Agha Ishakzai (psewdonimu (a) Mullah Gul Agha, (b) Mullah Gul Agha Akhund (c) Hidayatullah Badri d) Hedayatullah Hedayat e) Hedayatullah Badri); Qudratullah Jamal (psewdonimu Haji Sahib); Khairullah Khairkhwah (psewdonimu (a) Mullah Khairullah Khairkhwah, (b) Khirullah Said Wali Khairkhwa (c) Khirullah Khairkhwa); Abdul Latif Mansur (psewdonimu (a) Abdul Latif Mansoor, (b) Wali Mohammad); Fazl Mohammad Mazloom (psewdonimu (a) Molah Fazl, (b) Fazel Mohammad Mazloom (c) Mohammas Fadel Aakhund); Abdul Kabir Mohammad Jan (psewdonimu (a) A. Kabir (b) Abdul Kabir Muhammad Jan); Amir Khan Motaqi (psewdonimu a) Amir Khan Muttaqi b) Amir Khan Mutaqi); Hamdullah Nomani (psewdonimu (a) Hamdullah Numani); Nooruddin Turabi Muhammad Qasim (psewdonimu (a) Noor ud Din Turabi, (b) Mullah Noordin Torabi); Abdul Salam Hanafi Ali Mardan Qul (psewdonimu (a) Abdussalam Hanifi, (b) Hanafi Saheb (c) Abdul Salam Hanafi; Noor Mohammad Saqib (psewdonimu: (a) Noor Mohammed Saqeb); Abdul-Haq Wassiq (psewdonimu: (a) Abdul-Haq Wasseq, (b) Abdul Haq Wasiq (c) Abdul Haq Waseeq); Malik Noorzai (psewdonimu: (a) Hajji Malik Noorzai, (b) Hajji Malak Noorzai, (c) Haji Malek Noorzai, (d) Haji Maluk, (e) Haji Aminullah, (f) Allah Muhammad); Ahmad Zia Agha (psewdonimu (a) Zia Agha, (b) Noor Ahmad, (c) Noor Ahmed, (d) Sia Agha Sayeed (e) Noor Ahmad Agha); Abdul Rauf Zakir (psewdonimu Qari Zakir); u Haji Khairullah Haji Sattar money exchange (psewdonimu (a) Haji Khairullah-Haji Sattar Sarafi, (b) Haji Khairullah and Abdul Sattar and Company, (c) Haji Khairullah Money Exchange, (d) Haji Khair Ullah Money Service, (e) Haji Salam Hawala, (f) Haji Hakim Hawala, (g) Haji Alim Hawala, (h) Sarafi-yi Haji Khairullah Haji Satar Haji Esmatullah), persuni u entità li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/2137 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/2138 (4), dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1988 (2011), li timponi miżuri restrittivi fir-rigward tal-individwi u l-entitajiet iddeżinjati, qabel id-data tal-adozzjoni ta' dik ir-Riżoluzzjoni, bħala t-Taliban, u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, kif speċifikat fit-Taqsima A (“Individwi assoċjati mat-Taliban”) u t-Taqsima B (“entitajiet u gruppi u impriżi oħrajn assoċjati mat-Taliban”) tal-Lista Konsolidata tal-Kumitat stabbilit skont ir-Riżoluzzjonijiet 1267 (1999) u 1333 (2000), kif ukoll individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati mat-Taliban.

Fl-10 ta' Marzu 2026, it-13 ta' April 2026, il-15 ta' April 2026 u t-28 ta' April 2026, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-KSNU, aġġorna l-informazzjoni relatata ma' 24 persuna u entità waħda soġġetti għal miżuri restrittivi. L-entrati aġġornati fil-lista tan-NU huma disponibbli fuq:

Security Council Sanctions Committee Established Pursuant to Resolution 1988 (2011) Amends 22 Names on Its Sanctions List | UN Meetings Coverage and Press Releases

Security Council Sanctions Committee Established Pursuant to Resolution 1988 (2011) Amends Four Names on Its Sanctions List | UN Meetings Coverage and Press Releases

Security Council Sanctions Committee Established Pursuant to Resolution 1988 (2011) Amends Three Entries on Its Sanctions List | UN Meetings Coverage and Press Releases

Security Council Sanctions Committee Established Pursuant to Resolution 1988 (2011) Amends 17 Names on Its Sanctions List | UN Meetings Coverage and Press Releases

Il-persuni u l-entità kkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-KSNU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' sostenn, biex jiġu kkunsidrati mill-ġdid id-deċiżjonijiet li jinkluduhom fil-lista tan-NU. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Focal Point for De-listing

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room DC2 2034

United Nations

New York, N.Y. 10017

United States of America

Tel.: +1 917 367 9448

Fax: +1 212 963 1300

Posta elettronika: delisting@un.org

Għal aktar informazzjoni, ara: https://main.un.org/securitycouncil/en/sanctions/1988

B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-entrati relatati mal-persuni u l-entità msemmija hawn fuq fil-listi ta' persuni, gruppi, impriżi u entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi, kif jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/486/PESK u fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 753/2011, għandhom jiġu aġġornati.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 753/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati biex jaqdu l-ħtiġijiet bażiċi jew isiru ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 5 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entità kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-attenzjoni tal-persuni u l-entità kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li d-deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57, http://data.europa.eu/eli/dec/2011/486/oj.

(2)   ĠU L, 2026/2137, 23.9.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/2137/oj.

(3)   ĠU L 199, 2.8.2011, p. 1, http://data.europa.eu/eli/reg/2011/753/oj.

(4)   ĠU L, 2026/2138, 23.9.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2138/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4979/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)