9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 18/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standard, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 6/2006 tas-27 ta' Jannar 2006 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/340/KE tat-8 ta' Mejju 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2001/171/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-iskop li tiġġedded il-validità tal-kundizzjonijiet għal deroga dwar l-ippakkjar tal-ħġieġ relatat mal-livelli għoljin ta' konċentrazzjoni ta' metall stabbiliti fid-Direttiva 94/62/KE (2) għandha tkun integrata fil-Ftehim,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 7d (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/171/KE) tal-Kapitolu XVII ta' l-Anness II għall-Ftehim:

“, kif emendat b'li ġej:

—

32006 D 0340: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/340/KE tat-8 ta' Mejju 2006 (ĠU L 125, tat-12 ta' Mejju 2006, p. 43).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2006/340/KE fil-lingwa Iżlandiż u dik norveġija, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġunrnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta' Ġunju 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 92, tat-30.3.2006, p. 26.

(2)   ĠU L 125, 12.5.2006, p. 43.

(*1)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.