|
5.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
271 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-10 ta’ Ottubru 2006
li jaġġusta l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta' Awwissu 2005, l-1 ta' Settembru 2005, l-1 ta' Ottubru 2005, l-1 ta' Novembru 2005, l-1 ta' Diċembru 2005 u l-1 ta' Jannar 2006 li jaffettwaw il-pagi ta' l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej issekondatai fil-pajjiżi terzi
(2006/681/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolamenti ta' l-Istaff ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u r-reġim applikabbli għall-aġenti oħra tal-Komunitajiet, iffissati bir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), kif emendati l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2104/2005 (2), u notevolment it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13, ta' l-Anness X tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 351/2006 (3) kienu ffissati, b'applikazzjoni ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 13, ta' l-Anness X tar-Regolamenti, ta’ l-Istaff il-koeffiċjenti korrettivi li jaffettwaw il-pagi, mill-1 ta' Lulju 2004, fil-valuta tal-pajjiż fejn huma ssekondati, ta' l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej issekondati fil-pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Huwa meħtieġ li jkunu adattati, b'konformità mat-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 13, ta' l-Anness X ta' l-Istatut, mill-1 ta' Awissu 2005, l-1 ta' Settembru 2005, l-1 ta' Ottubru 2005, l-1 ta' Novembru 2005, l-1 ta' Diċembru 2005 u l-1 ta' Jannar 2006, uħud minn dawn il-koeffiċjenti korrettivi, minħabba li fl-istatistiki għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, il-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja, ikkalkulata skond il-koeffiċjent korrettiv u r-rata tal-kambju korrispondenti, tidher li hi, għal ċerti pajjiżi terzi, superjuri għal 5 % mill-aħħar iffissar jew adattament, |
IDDEĊIDIET:
Artikolu uniku
B'effett mill-1 ta' Awissu 2005, l-1 ta' Settembru 2005, l-1 ta' Ottubru 2005, l-1 ta' Novembru 2005, l-1 ta' Diċembru 2005 u l-1 ta' Jannar 2006, il-koeffiċjenti korrettivi, applikabbli għall-pagi ta' l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej issekondati f'pajjiżi terzi imħallsa bil-valuta tal-pajjiż fejn huma ssekondati, huma adattati kif indikat fl-Anness.
Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta' dawn ir-rimunerazzjonijiet huma stabbiliti b'konformità mal-modalitajiet ta' eżekuzzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-data indikata fl-ewwel paragrafu.
Magħmul fi Brussell, nhar il-10 ta' Ottubru 2006.
Għall-Kummissjoni
Benita FERRERO WALDNER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 56, 04.03.1968, p. 1.
ANNESS
|
Pajjiżi ta' ssekondar |
Koeffiċjenti korrettivi Awwissu 2005 |
|
Il-Gujana |
60,6 |
|
In-Niġer |
97,1 |
|
Ir-Rumanija |
60,9 |
|
Yemen |
72,5 |
|
Iż-Żimbabwe |
56,4 |
|
Pajjiżi ta' ssekondar |
Koeffiċjenti korrettivi Settembru 2005 |
|
Il-Ginea |
61,6 |
|
Sierra Leone |
78,2 |
|
Iż-Żimbabwe |
43,5 |
|
Pajjiżi ta' ssekondar |
Koeffiċjenti korrettivi Ottubru 2005 |
|
Il-Barbados |
134,5 |
|
Il-Lesoto |
74,0 |
|
In-Niġerja |
93,2 |
|
Iż-Żimbabwe |
55,2 |
|
Pajjiżi ta' ssekondar |
Koeffiċjenti korrettivi Novembru 2005 |
|
Il-Benin |
97,5 |
|
Il-Kambodja |
70,6 |
|
Il-Gambja |
56,6 |
|
Il-Ginea |
63,7 |
|
L-Indonesja |
82,8 |
|
In-Nikaragwa |
70,0 |
|
Ir-Repubblika Domenikana |
78,1 |
|
Is-Senegal |
82,2 |
|
Is-Serbja u l-Montenegro |
65,0 |
|
It-Turkija |
97,9 |
|
L-Ukraina |
107,8 |
|
Il-Vjetnam |
56,7 |
|
Iż-Żimbabwe |
28,9 |
|
Pajjiżi ta' ssekondar |
Koeffiċjenti korrettivi Diċembru 2005 |
|
Il-Kosta Rika |
75,7 |
|
Il-Ħaïti |
102,0 |
|
Il-Ġamajka |
96,1 |
|
Il-Możambik |
69,4 |
|
Is-Sirja |
70,4 |
|
Iż-Żimbabwe |
32,5 |
|
Pajjiżi ta' ssekondar |
Koeffiċjenti korrettivi Jannar 2006 |
|
L-Arġentina |
64,4 |
|
L-Etjopja |
86,0 |
|
Il-Ġordan |
82,1 |
|
Ir-Rumanija |
61,1 |
|
Is-Sudan |
50,1 |
|
Is-Sirja |
72,2 |
|
Il-Veneżwela |
70,6 |
|
Iż-Żambja |
82,6 |
|
Iż-Żimbabwe |
34,0 |