|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2102 |
31.7.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2102
tat-30 ta’ Lulju 2024
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid 2'-Fukosillattożju u fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel ġdid 2'-Fukosillattożju prodott b’razza derivattiva ta’ Escherichia coli BL-21
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel il-ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid biss jista’ jiġi introdott fis-suq fl-Unjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat. |
|
(3) |
Il-lista tal-Unjoni stipulata fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 tinkludi t-2'-Fukosillattożju (“2′-FL”) kemm sintetizzat kimikament kif ukoll prodott b’mod mikrobijoloġiku bħala ikel ġdid awtorizzat. Il-kundizzjonijiet tal-użu, il-livelli massimi u r-rekwiżiti speċifiċi tat-tikkettar stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness ta’ dak ir-Regolament huma komuni kemm għat-2′-FL prodott b’mod sintetiku kif ukoll għal dak prodott b’mod mikrobijoloġiku. Fl-istess ħin, fit-Tabella 2 tal-Anness ta’ dak ir-Regolament, huma stabbiliti speċifikazzjonijiet separati għat-2′-FL (“2'-Fukosillattożju (sintetiku)”) sintetizzat kimikament u għat-2′-FL (“2'-Fukosillattożju (sors mikrobjali)”) prodott b’mod mikrobijoloġiku. |
|
(4) |
Fit-30 ta’ Ġunju 2021, il-kumpanija Chr. Hansen A/S (“l-applikant”) issottomettiet applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex jinbidlu l-kundizzjonijiet tal-użu tat-2'-FL. L-applikant talab li l-livelli massimi awtorizzati tat-2'-FL fil-formuli tat-trabi u fil-formuli tal-prosegwiment kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jiżdiedu mill-1,2 g/L awtorizzati bħalissa kemm fil-formuli tat-trabi kif ukoll fil-formuli tal-prosegwiment għal 3,0 g/L fil-formuli tat-trabi u għal 3,64 g/L fil-formuli tal-prosegwiment. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283, fit-28 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), u talbitha tagħti opinjoni xjentifika dwar iż-żieda proposta fil-livelli massimi awtorizzati tat-2'-FL fil-formuli tat-trabi u fil-formuli tal-prosegwiment. |
|
(6) |
Fis-26 ta’ Settembru 2023, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika tagħha “Safety of the extension of use of 2′-fucosyllactose (2′-FL) as a novel food pursuant to Regulation (UE) 2015/2283” (4) f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(7) |
Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li t-2′-FL huwa sikur meta jintuża fil-formuli tat-trabi u fil-formuli tal-prosegwiment fil-livelli massimi proposti ta’ 3,0 g/L u 3,64 g/L rispettivament, u għalhekk jixraq li jiġu emendati l-kundizzjonijiet tal-użu tat-2′-FL. |
|
(8) |
L-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni u fl-opinjoni xjentifika tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-bidliet fil-kundizzjonijiet tal-użu tat-2′-FL huma f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(9) |
Fis-27 ta’ Ottubru 2023, l-applikant issottometta applikazzjoni oħra lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex jinbidlu l-ispeċifikazzjonijiet tat-2′-FL prodott bil-fermentazzjoni bl-użu ta’ razza derivattiva tal-Escherichia coli BL-21. L-applikant talab iż-żieda fil-livelli massimi awtorizzati tal-endotossini residwi minn dawk awtorizzati bħalissa, jiġifieri ≤ 100 Unitajiet ta’ Endotossini (“EU”)/g (jew ≤ 0,1 EU/mg) ta’ ikel ġdid għall-forma ta’ trab jew ≤ 100 EU/ml (jew ≤ 0,1 EU/μl) ta’ ikel ġdid għall-forma likwida għal ≤ 10 EU/mg ta’ ikel ġdid għall-forma ta’ trab jew ≤ 10 EU/μl ta’ ikel ġdid għall-forma likwida. |
|
(10) |
L-applikant talab li jiżdiedu l-endotossini residwi għat-2'-FL prodott bil-fermentazzjoni bl-użu ta’ razza derivattiva tal-Escherichia coli BL-21 biex jiġu allinjati mal-limitu diġà awtorizzat tat-2'-FL prodott b’razza derivattiva tal-Escherichia coli K-12, li huwa awtorizzat taħt l-istess kundizzjonijiet tal-użu, u ma’ dak ta’ oligosakkaridi tal-ħalib awtorizzati oħra identiċi għal dawk tal-bniedem li huma awtorizzati wkoll f’livelli identiċi jew simili endotossini residwi fil-formuli tat-trabi u fil-formoli tal-prosegwiment. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-aġġornament mitlub tal-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid biex jiżdiedu l-endotossini residwi fl-ispeċifikazzjonijiet tat-2'-FL prodott b’razza derivattiv tal-Escherichia coli BL-21 mhuwiex mistenni li jkollu effett fuq is-saħħa tal-bniedem, u li mhijiex meħtieġa evalwazzjoni tas-sikurezza mill-Awtorità f’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283. L-opinjonijiet tal-Awtorità (5) , (6) , (7) dwar oligosakkaridi tal-ħalib awtorizzati oħra identiċi għal dawk tal-bniedem b’livelli ta’ endotossini residwi ta’ ≤ 10 EU/mg ta’ ikel ġdid u bl-istess kundizzjonijiet tal-użu jew kundizzjonijiet tal-użu simili għal dawk tat-2'-FL prodott b’razza derivattiva tal-Escherichia coli BL-21, ikkonkludew li dawn il-livelli massimi tal-endotossini residwi huma sikuri. |
|
(12) |
L-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjonijiet u l-opinjonijiet eżistenti tal-Awtorità jagħtu biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-bidliet fil-kundizzjonijiet tal-użu tat-2'-FL biex jiżdiedu l-livelli massimi tal-użu tiegħu fil-formuli tat-trabi u fil-formuli tal-prosegwiment u l-bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet tat-2'-FL prodott bil-fermentazzjoni bl-użu ta’ razza derivattiva tal-Escherichia coli BL-21 biex jiġu modifikati l-livelli tal-endotossini residwi, huma f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2015/2283 u jenħtieġ li jiġu approvati. |
|
(13) |
Għalhekk, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/2283/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2470/oj.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35). ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/609/oj.
(4) EFSA Journal 2023;21(11):8334.
(5) EFSA Journal 2019;17(6):5717.
(6) EFSA Journal 2022;20(5):7329.
(7) EFSA Journal 2023;21(6):8026.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat), l-entrata għat-2'-Fukosillattożju hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet) l-entrata għat-2′-Fukosillattożju (sors mikrobjali) hija sostitwita b’dan li ġej:
|
|||||||||||||||||||||
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2102/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)