32004D0057



Official Journal L 012 , 17/01/2004 P. 0049 - 0049
Official Journal L 277 , 26/08/2004 P. 0028 - 0028


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-23 ta’ Diċembru 2003

dwar il-kontinwazzjoni fis-sena 2004 tal-provi komparattivi u testijiet tal-Komunità fuq materjal ta’ propagazzjoni ta’ gramineae, Triticum aestivum, Brassica napus u Allium ascalonicum taħt id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 92/33/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE u 2002/57/KE mibdija fl-2003

(2004/57/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing ta’ żerriegħa ta’pjanti ta’ l-għalf [1],

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing ta’ żerriegħa taċ-ċereali [2],

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE l-4 ta’ April 1968 dwar il-marketing ta’ materjal għall-propagazzjoni veġitattiva tad-dwieli [3],

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE tat-28 ta’ April 1992 dwar il-marketing ta’ materjal veġetali ta’ propagazzjoni u żriegħ minbarra żerriegħa [4],

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żerriegħa tal-pitravi [5],

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żerriegħa tal-ħaxix [6],

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żerriegħa tal-patata [7],

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u fibri [8],

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/756/KE tas-16 ta’ Settembru 2002 li tistipula l-arranġamenti għal provi komparattivi u testijiet tal-Komunità fuq iż-żrieragħ u l-materjalta’propagazzjoni ta’ ċerti pjanti taħt id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 92/33/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KEC u 2002/57/KE [9], u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1) D-Deċiżjoni 2002/756/KE tistipula l-arranġamenti għall-provi komparattivi u t-testijiet li għandhom jitwettqu taħt id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 92/33/KEE, 2002/54/KE, 2002/55/KE, 2002/56/KE u 2002/57/KE mill-2003 sa l-2004.

(2) It-testijiet u l-provi mwettqa fl-2003 għandhom jitkomplew fl-2004,

IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ:

Artikolu uniku

Il-provi komparattivi u t-testijiet tal-Komunità li bdew fl-2003 dwar materjal ta’ propagazzjoni u żriegħ ta’ gramineae, Triticum aestivum, Brassica napus u Allium ascalonicum għandu jitkompla fl-2004 skond id-Deċiżjoni 2002/756/KE.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Diċembru 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2298/66. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/61/KE (ĠU L 165, tat-3.7.2003, p. 23).

[2] ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2309/66. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/61/KE.

[3] ĠU L 93, tas-17.4.1968, p. 15. Direettiva kif l-aħħar emendata bidDirettiva 2003/61/KE.

[4] ĠU L 157, ta’ l-10.6.1992, p. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/61/KE.

[5] ĠU L 193, ta’ l-20.7.2002, p. 12. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2003/61/KE.

[6] ĠU L 193, ta’ l-20.7.2002, p. 33. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2003/61/KE.

[7] ĠU L 193, ta’ l-20.7.2002, p. 60. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/61/KE.

[8] ĠU L 193, ta’ l-20.7.2002, p. 74. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/61/KE.

[9] ĠU L 252, ta’ l-20.9.2002, p. 33.

--------------------------------------------------