<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-231/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0231</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:103">EU:C:2019:103</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20190207">7.2.2019</DATE> – Kawża C‑231/18</HT></P><P>NK</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20190207">7 ta’ Frar 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il‑Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trasport</KEYWORD><KEYWORD>Trasport bit-triq</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 561/2006</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 165/2014</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ użu ta’ takografu</KEYWORD><KEYWORD>Deroga għall-vetturi użati għat-trasport ta’ annimali ħajjin mill-irziezet lejn is-swieq lokali u viċe versa jew mis-swieq lejn il-biċċeriji lokali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑231/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberlandesgericht Oldenburg (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Oldenburg, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20180305">5 ta’ Marzu 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20180403">3 ta’ April 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">NK,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Staatsanwaltschaft Oldenburg,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Staatliches Gewerbeaufsichtsamt Oldenburg,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn F. Biltgen, President tal-Awla, C. G. Fernlund u L. S. Rossi (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Wahl,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Norveġiż, minn E. Sawkins Eikeland, K. H. Aarvik u C. Anker, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B. Eggers u J. Hottiaux, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1)(p) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE> dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="102" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 102, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="195" PAGE.FIRST="83" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 195, p. 83</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20140204">4 ta’ Frar 2014</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="060" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 60, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Regolament Nru 561/2006<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċedura mibdija kontra NK, negozjant tal-bhejjem bl-ingrossa stabbilit fin-Niedersachsen (il-Ġermanja), minħabba li awtorizza wieħed mix-xufiera tiegħu sabiex jittrasporta l-bhejjem ta’ azjenda agrikola direttament lejn biċċerija, mingħajr kard tas-sewwieq.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 561/2006 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-ħinijiet ta’ sewqan, il-pawżi u l-perijodi ta’ mistrieħ għax-xufiera li jaħdmu fit-trasport ta’ merkanzija u passiġġieri bit-triq sabiex ikunu armonizzati l-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn il-modi ta’ trasport fuq l-art, speċjalment fir-rigward tas-settur tat-triq, u sabiex jittejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol u s-sigurtà fit-triq. […]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(a) ta’ dan ir-regolament jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport bit-triq:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ta’ merkanzija fejn il-massa massima permessa tal-vetturi, inkluż kwalunkwe karru, jew nofs-karru, taqbeż it‑3,5 tunnellati, […]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(1) tal-imsemmi regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Sakemm ma jkunux preġudikati l-għanijiet ta’ l-Artikolu 1, kull Stat Membru jista’ jagħti eċċezzjonijiet għall-Artikoli 5 sa 9 u jagħmel tali eċċezzjonijiet soġġetti għal kondizzjonijiet individwali fit-territorju tiegħu stess […], li jkunu applikabbli għat-trasport b’dawn li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(p)</NO.P><TXT>vetturi wżati għat-trasport ta’ annimali ħajjin mill-irziezet lejn is-swieq lokali u viċi-versa jew mis-swieq lejn il-biċċeriji lokali f’distanza ta’ mhux aktar minn 100 km.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 165/2014 jistabbilixxi, b’mod partikolari, l-obbligi u r-rekwiżiti fir-rigward tal-kostruzzjoni, tal-installazzjoni, tal-użu, tal-ittestjar u tal-kontroll tat-takografi użati fil-qasam tat-trasport bit-triq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-premessa 3 ta’ dan ir-regolament tistipula:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Ċerti vetturi huma soġġetti għal eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament […] Nru 561/2006 […]. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza, għandu jkun possibbli li vetturi bħal dawn jiġu eżentati mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 165/2014 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>B’żieda mad-definizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>takografu<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> jew <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>apparat ta’ reġistrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser l-apparat intenzjonat għall-istallazzjoni f’vetturi tat-triq sabiex juri, jirreġistra, jistampa, jaħżen u joħroġ, awtomatikament jew semiawtomatikament dettalji tal-moviment, inkluż il-veloċità, ta’ tali vetturi, f’konformità mal-Artikolu 4(3) u dettalji ta’ ċerti perijodi ta’ attività tas-sewwieqa tagħhom;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>kard tat-takografu<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser kard intelliġenti, intenzjonata għall-użu mat-takografu, li tippermetti l-identifikazzjoni permezz tat-takografu tar-rwol tad-detentur tal-kard u tippermetti t-trasferiment u l-ħżin tad-data;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>kard tas-sewwieq<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser kard tat-takografu, maħruġa mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru lil xufier partikolari, li tidentifika s-sewwieq u tippermetti l-ħżin tad-data tal-attività tas-sewwieq;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-regolament jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament il-vetturi msemmija fl-Artikolu 13(1) u (3) tar-Regolament […] Nru 561/2006.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-Fahrpersonalgesetz (il-Liġi dwar l-Ekwipaġġ ta’ Trasport bit-Triq) jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>(1).</NO.PARAG><ALINEA><P>Persuna twettaq reat meta tikser intenzjonalment jew b’negliġenza,</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>bħala kummerċjant,</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>dispożizzjoni […] tar-Regolament […] Nru 165/2014 […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>(2).</NO.PARAG><ALINEA>Ir-reat jista’ jiġi ssanzjonat fil-każ tal-punti 1 u 3 tal-paragrafu 1, permezz ta’ multa ta’ mhux iktar minn EUR <FT TYPE="NUMBER">30000</FT> […]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-punt 16 tal-Artikolu 18(1) tal-Fahrpersonalverordnung (ir-Regolament dwar l-Ekwipaġġ ta’ Trasport bit-Triq) jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="018.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament […] Nru 561/2006 u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament […] Nru 165/2014, il-kategoriji ta’ vetturi segwenti huma esklużi […] mill-applikazzjoni tal-Artikoli 5 sa 9 tar-Regolament […] Nru 561/2006 u mill-applikazzjoni tar-Regolament […] Nru 165/2014:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-vetturi użati, f’distanza ta’ mhux iktar minn 100 km mis-sede tal-impriża, għat-trasport ta’ annimali ħajjin mill-azjendi agrikoli lejn is-swieq lokali u viċe versa, jew mis-swieq lejn il-biċċeriji lokali.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-punt 2 tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament dwar l-Ekwipaġġ ta’ Trasport bit-Triq jippreċiża:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Persuna twettaq reat fis-sens tal-punt 1(b) tal-Artikolu 8(1) tal-Liġi dwar l-Ekwipaġġ ta’ Trasport bit-Triq, meta tikser, bħala kummerċjant, intenzjonalment jew b’negliġenza, ir-Regolament […] Nru 165/2014 […], billi</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>ma tiżgurax il-funzjonament tajjeb tat-takografu jew l-użu korrett tat-takografi, tal-kard tas-sewwieq jew tal-folja ta’ reġistrazzjoni […]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>NK huwa negozjant tal-bhejjem bl-ingrossa, stabbilit fin-Niedersachsen, li jixtri annimali mingħand il-bdiewa, imbagħad jittrasportahom lejn il-biċċeriji, u jerġa’ jbigħ dawn l-annimali lil dawn il-biċċeriji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Novembru 2016, NK xtara l-majjali tas-simna minn bidwi tad-distrett ta’ Cloppenburg, fin-Niedersachsen, u ttrasportahom, f’waħda mill-vetturi għall-ġarr tal-bhejjem tiegħu, mill-azjenda agrikola lejn il-biċċerija. Waqt kontroll fil-ġenb tat-triq, instab li x-xufier tal-vettura ma kienx daħħal il-kard tas-sewwieq tiegħu. B’applikazzjoni tal-Liġi u tar-Regolament dwar l-Ekwipaġġ ta’ Trasport bit-Triq, NK ġie kkundannat iħallas multa ta’ EUR 750 talli awtorizza u ordna vjaġġ mingħajr kard tas-sewwieq, li ġiet ikkonfermata b’deċiżjoni tal-Amtsgericht Oldenburg (il-Qorti Distrettwali ta’ Oldenburg, il-Ġermanja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>NK ippreżenta rikors minn din id-deċiżjoni quddiem l-Oberlandesgericht Oldenburg (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Oldenburg, il-Ġermanja), billi invoka l-applikazzjoni tad-deroga prevista fl-Artikolu 13(1)(p) tar-Regolament Nru 561/2006 li għalih jirreferi l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 165/2014, u li huwa traspost fid-dritt Ġermaniż permezz tal-punt 16 tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament dwar l-Ekwipaġġ ta’ Trasport bit-Triq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Billi qieset li l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>suq<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens tar-Regolament Nru 561/2006, ma kinitx ċara, l-Oberlandesgericht Oldenburg (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Oldenburg) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Negozjant tal-bhejjem bl-ingrossa, li jixtri annimali ħajjin mingħand bidwi u li jittrasportahom lejn biċċerija u jbigħhom lil din il-biċċerija li tinsab iktar minn 100 km ’il bogħod, jista’ jagħmel użu mill-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 13(1)(p) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 […] – <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>vetturi wżati għat-trasport ta’ annimali ħajjin mill-irziezet lejn is-swieq lokali u viċi-versa jew mis-swieq lejn il-biċċeriji lokali f’distanza ta’ mhux aktar minn 100 km<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> – minħabba li x-xiri minn bidwi jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>suq<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni jew minħabba li l-impriża tal-kummerċ tal-bhejjem għandha titqies li hija <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>suq<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/>?</P><P>Fil-każ li dan ma huwiex <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>suq<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/> fis-sens tat-tifsira ta’ din id-dispożizzjoni:</P><P>In-negozjant tal-bhejjem bl-ingrossa, li jixtri annimali ħajjin mingħand bidwi u li jittrasportahom lejn biċċerija u jbigħhom lil din il-biċċerija li tinsab f’distanza ta’ mhux iktar minn 100 km, jista’ jinvoka l-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT> ta’ din l-eċċezzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>suq<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, li jidher fl-Artikolu 13(1)(p) tar-Regolament Nru 561/2006, għandux jiġi interpretat fis-sens li jitqies li huwa jew it-tranżazzjoni imwettqa bejn negozjant tal-bhejjem bl-ingrossa u bidwi, jew in-negozjant tal-bhejjem bl-ingrossa nnifsu, jew inkella jekk huwiex possibbli li tiġi estiża d-deroga prevista f’din id-dispożizzjoni għall-vetturi li jittrasportaw annimali ħajjin mill-irziezet lejn il-biċċeriji lokali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, konformement, b’mod partikolari, mal-Artikolu 1 tiegħu, ir-Regolament Nru 561/2006 għandu bħala għan li jarmonizza l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fir-rigward tas-settur tat-trasport bit-triq u li jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll tas-sigurtà fit-triq u dawn l-għanijiet jirriżultaw b’mod partikolari mill-obbligu li, bħala prinċipju, il-vetturi tat-trasport bit-triq jiġu mgħammra b’takografu approvat li jippermetti l-verifika tal-osservanza tal-ħinijiet ta’ sewqan u ta’ mistrieħ tas-sewwieqa (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140313">13 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>A. Karuse</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑222/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:142">EU:C:2014:142</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>B’mod partikolari, skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 165/2014, l-Istati Membri huma madankollu awtorizzati li jeżentaw, mill-istallazzjoni u/jew l-użu ta’ takografu, il-vetturi msemmija, b’mod partikolari, fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 561/2006, fost dawk elenkati fil-punt (p) ta’ din id-dispożizzjoni, jiġifieri l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>vetturi wżati għat-trasport ta’ annimali ħajjin mill-irziezet lejn is-swieq lokali u viċi-versa jew mis-swieq lejn il-biċċeriji lokali f’distanza ta’ mhux aktar minn 100 km<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Peress li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja eżerċitat il-possibbiltà mogħtija mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 165/2014, għaldaqstant, għandha tiġi ddeterminata l-portata tad-deroga prevista fl-Artikolu 13(1)(p) tar-Regolament Nru 561/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li, bħala deroga mill-Artikoli 5 sa 9 tar-Regolament Nru 561/2006, il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13(1)(p) ta’ dan ir-regolament għandhom jiġu interpretati b’mod strett (ara, b’analoġija, fir-rigward tal-Artikolu 13(1)(d) tal-imsemmi regolament, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Seeger</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑554/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:523">EU:C:2011:523</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, il-portata ta’ din id-deroga għandha tiġi ddeterminata billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-iskopijiet tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140313">13 ta’ Marzu 2014</DATE>, <NAME.CASE>A. Karuse</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑222/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:142">EU:C:2014:142</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-formulazzjoni tal-Artikolu 13(1)(p) tar-Regolament Nru 561/2006, għandu jiġi osservat li din id-dispożizzjoni ma ssemmix it-terminu ġeneriku ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>swieq<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, iżda l-espressjoni iktar speċifika ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>swieq lokali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. Issa, din l-espressjoni ma tħalli l-ebda dubju fuq il-fatt li d-deroga msemmija fl-imsemmija dispożizzjoni hija limitata skont il-post ta’ tluq u l-post ta’ destinazzjoni tat-trasport ta’ annimali ħajjin, peress li l-irziezet bl-ebda mod ma jistgħu jiġu konfużi mas-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>swieq lokali<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> tal-bhejjem. Bl-istess mod, l-aġġettiv <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>lokali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> neċessarjament jimplika li s-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>swieq<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> hawnhekk ma jitqisux bħala t-twettiq materjali ta’ tranżazzjonijiet li għandhom l-iskop li jittrasportaw annimali ħajjin, irrispettivament minn fejn dawn it-tranżazzjonijiet joriġinaw, iżda bħala postijiet preċiżament determinati, li huma distinti kemm, minn naħa, mill-irziezet jew mill-azjendi agrikoli kif ukoll, min-naħa l-oħra, mill-biċċeriji lokali, kollha fl-ambitu ġeografiku msemmi fl-Artikolu 13(1)(p) tar-Regolament Nru 561/2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għalhekk, kuntrarjament għal dak li jsostni l-Gvern Norveġiż fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 13(1)(p) tar-Regolament Nru 561/2006 jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>suq lokali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> ma jistax jitħallat mal-post tal-istabbiliment ta’ razzett jew ta’ azjenda agrikola, li jeskludi li annimali ħajjin jistgħu jiġu ttrasportati direttament minn negozjant tal-bhejjem bl-ingrossa minn dan ir-razzett jew din l-azjenda agrikola sal-biċċerija lokali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Interpretazzjoni bil-kontra tad-deroga li tinsab fl-Artikolu 13(1)(p) tar-Regolament Nru 561/2006 tmur ukoll kontra l-iskopijiet ta’ din id-dispożizzjoni kif ukoll dawk tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, kif diġà ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tad-deroga mill-obbligu li jintuża t-takografu, prevista fl-Artikolu 14a(2)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 543/69 tal‑<DATE ISO="19690325">25 ta’ Marzu 1969</DATE> dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali fil-qasam tat-trasport bit-triq (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="077" PAGE.FIRST="49" DATE.PUB="1969">ĠU 1969, L 77, p. 49</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2827/77 tat‑<DATE ISO="19771212">12 ta’ Diċembru 1977</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="334" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1977">ĠU 1977, L 334, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Regolament Nru 543/69<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>), ifformulata f’termini sostanzjalment simili għal dawk tad-deroga stabbilita fl-Artikolu 13(1)(p) tar-Regolament Nru 561/2006, din id-deroga hija intiża sabiex tippromwovi l-attivitajiet ta’ natura kummerċjali li jipprevalu fuq it-trasport innifsu u li jistgħu jikkonċernaw biss trasport fuq distanza qasira mwettqa fl-interess ta’ azjendi agrikoli individwali, li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet normali tal-provvista ta’ tali azjendi jew tal-bejgħ tal-produzzjoni tagħhom (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19850328">28 ta’ Marzu 1985</DATE>, <NAME.CASE>Hackett <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>91/84 u 92/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:153">EU:C:1985:153</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dan l-iskop li l-Qorti tal-Ġustizzja eskludiet li jkun kopert mid-deroga stabbilita fl-Artikolu 14a(2)(c) tar-Regolament Nru 543/69 kull tip ta’ trasport li preċiżament jinkludi, fir-rigward tad-distanzi koperti, fir-rigward tas-saħħa tal-vetturi użati u fir-rigward tal-intensità tal-użu tagħhom, il-karatteristiċi li ġġustifikaw l-użu mifrux tat-takografu, jiġifieri r-riskju tal-isfruttament żejjed tal-vetturi u tas-sewwieqa tagħhom, bil-konsegwenzi kollha mhux mixtieqa għall-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema tat-trasport, għas-sigurtà fit-toroq u sabiex jinżammu l-kundizzjonijiet tajbin tal-kompetizzjoni fis-settur ikkonċernat (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19850328">28 ta’ Marzu 1985</DATE>, <NAME.CASE>Hackett <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>91/84 u 92/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:153">EU:C:1985:153</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Ċertament, id-deroga stabbilita fl-Artikolu 13(1)(p) tar-Regolament Nru 561/2006, kuntrarjament għal dak li kien previst fl-Artikolu 14a(2)(c) tar-Regolament Nru 543/69, tinkludi kundizzjoni supplimentari dwar iż-żona ġeografika li fiha din tapplika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Xorta jibqa’ l-fatt li interpretazzjoni b’mod wiesa’ tal-imsemmija deroga b’tali mod li din tippermetti li l-vetturi li jittrasportaw annimali ħajjin direttament mir-razzett lejn il-biċċeriji lokali jiġu eżentati mill-użu ta’ takografu għandha r-riskju li tħajjar lill-operaturi ekonomiċi, bħalma huma n-negozjanti tal-bhejjem bl-ingrossa, li jisfruttaw b’mod eċċessiv il-vetturi ta’ saħħa għolja li jittrasportaw kuljum, għal diversi sigħat u mingħajr interruzzjoni, annimali ħajjin li ġejjin minn irziezet differenti lejn il-biċċeriji lokali, bi ksur, b’mod partikolari, tal-għanijiet ta’ protezzjoni soċjali tas-sewwieq u tas-sigurtà fit-toroq imfittxija mir-Regolament Nru 561/2006. Kif sostniet il-Kummissjoni Ewropea, barra minn hekk, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, il-materjalizzazzjoni ta’ tali riskju hija iktar plawżibbli meta ż-żona kkonċernata għandha, bħal fil-kawża prinċipali, densità għolja ta’ rziezet ta’ annimali tat-trobbija u ta’ ċentri għall-ipproċessar ta’ prodotti mill-annimali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni ma tistax tiġi invalidata mill-argumenti sostnuti mill-Gvern Norveġiż, ibbażati, minn naħa, fuq il-fatt li hemm tnaqqis kostanti fin-numru ta’ swieq lokali tal-bhejjem fl-Istati Membri, li jirrikjedi l-adozzjoni ta’ qari iktar flessibbli tad-deroga msemmija fl-Artikolu 13(1)(p) tar-Regolament Nru 561/2006, u, min-naħa l-oħra, fuq ir-rispett tas-saħħa u tal-benesseri tal-annimali, li jkun iktar żgurat kieku dawn tal-aħħar jkunu jistgħu jiġu direttament ittrasportati mill-irziezet lejn il-biċċeriji lokali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel punt, anki jekk jitqies li huwa minnu li n-numru ta’ swieq lokali tal-bhejjem fl-Istati Membri ċkien, anki b’mod sinjifikattiv, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat, bħalma tagħmel il-Kummissjoni, li l-leġiżlatur tal-Unjoni madankollu espressament ċaħad proposta ta’ din tal-aħħar sabiex il-portata tad-deroga li tinsab fl-Artikolu 13(1)(p) tar-Regolament Nru 561/2006 issir iktar flessibbli. Sussegwentement, barra minn hekk, bl-adozzjoni tar-Regolament Nru 165/2014, il-leġiżlatur tal-Unjoni llimita ruħu b’żona ġeografika ta’ minn 50 km sa 100 km, mingħajr, għaldaqstant, ma neħħa l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>swieq lokali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni punt, għalkemm ir-rispett tas-saħħa u tal-benesseri tal-annimali ma huwiex inkluż fl-għanijiet imfittxija mir-Regolament Nru 561/2006, dan, fi kwalunkwe każ, bl-ebda mod ma jeskludi, kuntrarjament għal dak li jissuġġerixxi l-Gvern Norveġiż, li dan ir-rekwiżit jista’ jiġi kkonċiljat ma’<?PAGE NO="7"?> dawn tal-aħħar. Fil-fatt, l-isfruttament żejjed tal-vetturi li jittrasportaw kuljum u mingħajr interruzzjoni annimali ħajjin direttament bejn diversi azjendi agrikoli u biċċerija lokali waħda jew diversi biċċeriji lokali mhux biss jista’ jaffettwa l-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-sewwieqa u jipperikola s-sigurtà fit-toroq, li jiġġustifika li tali vetturi jużaw it-takografu, iżda jista’ jkollu wkoll effetti negattivi fuq is-saħħa u l-benesseri ta’ dawn l-annimali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li hemm lok li r-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>swieq lokali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, li tidher fl-Artikolu 13(1)(p) tar-Regolament Nru 561/2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tistax titqies la bħala t-tranżazzjoni imwettqa bejn negozjant tal-bhejjem bl-ingrossa u bidwi, u lanqas bħala n-negozjant tal-bhejjem bl-ingrossa nnifsu, b’tali mod li d-deroga prevista f’din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi estiża għall-vetturi li jittrasportaw annimali ħajjin direttament mill-irziezet lejn il-biċċeriji lokali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>swieq lokali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, li tidher fl-Artikolu 13(1)(p) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE> dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20140204">4 ta’ Frar 2014</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tistax titqies la bħala t-tranżazzjoni imwettqa bejn negozjant tal-bhejjem bl-ingrossa u bidwi, u lanqas bħala n-negozjant tal-bhejjem bl-ingrossa nnifsu, b’tali mod li d-deroga prevista f’din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi estiża għall-vetturi li jittrasportaw annimali ħajjin direttament mill-irziezet lejn il-biċċeriji lokali.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>