31985R2077



Official Journal L 196 , 26/07/1985 P. 0028 - 0029
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0050
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 36 P. 0163
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 19 P. 0050
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 36 P. 0163


Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2077/85

tal-25 ta’ Lulju 1985

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni ta’ ananas fil-bottijiet

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 525/77 tal-14 ta’ Marzu 1977 li jistabbilixxi sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni ta’ ananas fil-bottijiet [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1699/85 [2], u b’mod partikolari Artikolu 8 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1599/84 tal-5 ta’ Ġunju 1984 [3], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1455/85 [4], jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ għajnuna għall-produzzjoni għal ċerti prodotti proċessati mill-frott u l-ħxejjex; billi l-miżuri li hemm provduti b’dan ir-Regolament biex tkun assigurata applikazzjoni korretta tas-sistema ta’ produzzjoni l-għajnuna għandha wkoll kemm jista’ jkun tkun magħmula applikabbli għall-ananas fil-bottijiet; billi dawn il-miżuri għandhom ikunu kompletati biex ikopru d-differenzi bejn iż-żewġ sistemi ta’ għajnuna;

Billi ħlasijiet bil-quddiem ta’ għajnuna għall-produzzjoni ta’ ananas fil-bottijiet jistgħu jsiru; billi l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għal dak l-iskop għandhom ikunu stabbiliti;

Billi l-Kumitat ta’ Ġestjoni għal Prodotti Proċessati mill-Frott u l-Ħxejjex ma tax opinjoni fiż-żmien limitat iffissat mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Għall-iskopijiet tas-sistema ta’ għajnuna fuq il-produzzjoni li hemm provduta fir-Regolament (KEE) Nru 525/77 "ananas fil-bottijiet" tfisser ananas jew biċċiet ta’ ananas, bla qoxra u qalba, li għaddew minn trattament ta’ sħana, ippakkjati f’kontenituri siġillati ermetikament b’kisja ta’ likwidu ta’ ġulepp taz-zokkor, b’kontenut totali ta’ zokkor determinat wara omoġenizzazzjoni ta’ mhux anqas minn 14 %, u li huwa skond is-sottotitlu 20.06 B II a) 5 jew 20.06 B II b) 5 tat-Tariffi Komuni Doganali.

2. Flimkien mad- dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, Artikoli 2, 3, 5, 6, 8 sa 10, 11 (1), 12, 13 u 14 tar-Regolament (KEE) Nru 1599/84 għandhom japplikaw għall-għoti ta’ għajnuna fuq il-produzzjoni ta’ l-ananas fil-bottijiet.

Artikolu 2

Proċessuri li jixtiequ jibbenefikaw mill-għajnuna għall-produzzjoni għandhom, mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu, kull sena jikkomunikaw lill-aġenzija nominata mill-Istati Membri il-kwantità ta’ ananas fil-bottijiet li kellhom fil-ħażniet fl-1 ta’ Marzu ta’ dik is-sena.

Artikolu 3

Il-proċessuri għandhom jibagħtu żewġ applikazzjonijiet għall-għajnuna kull sena.

(a) l-ewwel waħda tkopri ananas fil-bottijiet magħmula minn frott ta’ l-ewwel ġbir tas-sena tal-marketing; u

(b) it-tieni tkopri ananas fil-bottijiet magħmula minn frott mit-tieni qtugħ tas-sena tal-marketing.

L-ewwel applikazzjoni għall-għajnuna għandha tintbagħat mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar tas-sena tal-marketing kurrenti u t-tieni mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tas-sena tal-marketing ta’ wara.

Artikolu 4

1. Ħlas bil-quddiem fuq għajnuna għall-produzzjoni għandu wara applikazzjoni mill-proċessur isir meta l-kopja tal-kuntratt tal-ipproċessar tkun waslet għand l-awtoritajiet kompetenti u garanzija ugwali għall-ammont ta’ ħlas bil-quddiem mitlub b’ 10 % aktar tkun intbagħtet.

2. L-applikazzjoni għall-ħlas bil-quddiem imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tindika ta’ l-anqas dan li ġej:

(a) l-isem u l-indirizz ta’ l-applikant;

(b) il-kwantità ta’ ananas koperta minn kuntratti ta’ proċessar konklużi;

(ċ) il-kwantità ta’ ananas fil-bottijiet maħduma jew li għandha tinħadem mill-kwantità ta’ ananas koperta mill-kuntratti ta’ proċessar imsemmija f’ (b);

3. Il-ħlas bil-quddiem ma jistax jeċċedi t-80 % ta’ l-għajnuna li tista’ tingħata fir-rigward tal-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 (ċ).

4. Il-garanzija għandha tikkonsisti, b’għażla ta’ l-applikant jew f’depożitu ta’ flus jew f’garanzija magħmula minn istituzzjoni li tissodisfa l-ħtiġijiet stabbiliti mill-Istat Membr li minnu l-ħlas huwa mitlub.

Artikolu 5

1. Il-garanzija msemmija f’Artikolu 4 għandha tkun rilaxxjata malli l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru nteressat ikun irrikonoxxa d-dritt għall-għajnuna fir-rigward ta’ għall-anqas il-kwantità ta’ ananas fil-bottijiet indikata fl-applikazzjoni msemmija f’Artikolu 4(2).

2. Meta l-kundizzjonijiet li jagħtu d-dritt għall-għajnuna ma jkunux ġew osservati, il-ħlas bil-quddiem fuq il-kwantità konċernata b’ 10 % iktar għandha titħallas lura. Jekk dan l-ammont ma jitħallasx lura, dik il-parti mill-garanzija ekwivalenti għall-ħlas lura li għandu jingħata tintilef.

Artikolu 6

Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni:

1. Mhux aktar tard mill-1 t’April ta’ kull sena:

(a) il-kwantità, mogħtija bħala piż nett, ta’ ananas fil-bottijiet maħduma jew mistennija li tkun maħduma matul is-sena tal-marketing kurrenti;

(b) il-kwantità ta’ materja prima użata jew mistennija li tkun użata għall-ipproċessar tal-prodotti msemmija f’ (a);

(ċ) il-kwnatità, mogħtija f’piż nett, ta’ ananas fil-bottijiet fil-ħażniet fl-1 ta’ Marzu ta’ dik is-sena.

2. Mhux aktar tard mill-1 t’ Ottubru kull sena ta’:

(a) l-kwantità, mogħtija bħala piż nett, ta’ ananas fil-bottijiet maħduma matul is-sena tal-marketing ta’ qabel;

(b) il-kwantità ta’ materja prima wżata għall-ipproċessar tal-prodotti msemmija f’ (a).

Artikolu 7

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1627/76 tal-5 ta’ Lulju 1976 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ miżuri għall-għoti ta’ għajnuna għall-produzzjoni għal ananas fil-bottijiet [5], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1965/79 [6], huwa hawnhekk imħassar.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-publikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika b’effett mill-1 ta’ Ġunju 1985.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta’ Lulju 1985.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Vici-President

[1] ĠU L 73, tal-21.3.1977, p. 46.

[2] ĠU L 163, tat-22.6.1985, p. 12.

[3] ĠU L 152, tat-8.6.1984, p. 16.

[4] ĠU L 144, ta’ l-1.6.1985, p. 69.

[5] ĠU L 180, tas-6.7.1976, p. 16.

[6] ĠU L 227, tas-7.9.1979, p. 15.

--------------------------------------------------