23.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 99/17


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10185 — Pierer Industrie/Palfinger/FSS/Jetfly)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 99/10)

1.   

Fil-15 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Pierer Industrie AG (“PIAG”, l-Awstrija),

—

Palfinger AG (“Palfinger”, l-Awstrija),

—

FSS Vermögensverwaltung GmbH (“FSS”, l-Awstrija),

—

Jetfly Airline GmbH (“Jetfly”, l-Awstrija).

PIAG, Palfinger u FSS jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab Jetfly.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

PIAG: grupp industrijali globali attiv fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ muturi, roti elettriċi u komponenti għal vetturi motorizzati b’żewġ roti; l-iżvilupp, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u d-distribuzzjoni ta’ sistemi mekkaniċi ta’ teknoloġija avvanzata għal komponenti dinamiċi għat-tlielaq, karozzi lussużi u aeronawtika; u l-produzzjoni ta’ brejkijiet, pompi u komponenti tal-magni effiċjenti fis-CO2;

—

Palfinger: manifatturi globali ta’ tagħmir idrawliku għall-irfigħ u t-tagħbija użat fuq vetturi kummerċjali, bastimenti u tagħmir stazzjonarju;

—

FSS: kumpanija globali tal-ġestjoni tal-assi attiva fil-produzzjoni ta’ għodod u parts tekniċi; ir-riċerka u l-iżvilupp ta’ sistemi awdjo, ta’ navigazzjoni u telematiċi għall-industrija tal-karozzi; ir-riċerka, l-iżvilupp u l-operat tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; u fil-qasam tas-Sinjalazzjoni Diġitali;

—

Jetfly: operatur globali ta’ linja tal-ajru li tipprovdi servizzi charter fuq bażi kummerċjali lil klijenti charter.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

Sache M.10185 — Pierer Industrie/Palfinger/FSS/Jetfly

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta, fejn għandhom jintużaw id-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

Europäische Kommission

Generaldirektion Wettbewerb

Registratur Fusionskontrolle

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24 tad-29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.