|
27.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 64/36 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9316 — Peab AB/YIT Oyj’s paving and mineral aggregates business)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 64/10)
1.
Fl-20 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Peab AB (“Peab”, l-Isvezja), |
|
— |
YIT Oyj (“IT”, il-Finlandja). |
Peab takkwista, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) rar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ partijiet ta’ YIT, jiġifieri l-ishma kollha ta’ YIT Danmark A/S (id-Danimarka), l-ishma kollha ta’ YIT Norge AS (in-Norveġja), l-ishma kollha ta’ YIT Teollisuus Oy (il-Finlandja) kif ukoll l-assi kollha ta’ YIT Sverige AB (l-Isvezja) li huma relatati mal-aggregati minerali tagħha, in-negozji tal-asfalt u l-pavimentar.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma u permezz ta’ xiri ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Peab hija attiva fil-kostruzzjoni, l-inġinerija ċivili u prodotti relatati u tħaddem in-negozju tiegħu prinċipalment fil-Finlanda, in-Norveġja u l-Isvezja. |
|
— |
YIT hija kumpanija tal-kostruzzjoni. It-tranżazzjoni tikkonċerna n-negozju tagħha fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ aggregati minerali fil-Finlandja, in-Norveġja u l-Isvezja kif ukoll il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ asfalt u operazzjonjiet tal-pavimentar fid-Danimarka, il-Finlandja, in-Norveġja u l-Isvezja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9316 Peab/YIT’s paving and mineral aggregates business
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).