Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Settembru 2011 – Il-Kummissjoni vs L-Irlanda
(Kawża C‑82/10)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 73/239/KEE – Artikoli 6, 8, 9, 13 u 15 sa 17 – Direttiva 92/49/KEE – Artikoli 22 u 23 – Assigurazzjoni diretta għajr l-assigurazzjoni għall-ħajja – Emenda tal-memoranda ta’ korp tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-kompetenza tiegħu – Nuqqas ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni għajr l-assigurazzjoni għall-ħajja”
1. Moviment liberu tal-persuni - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Assigurazzjoni diretta għajr l-assigurazzjoni għall-ħajja - Direttiva 73/239 - Obbligu għall-impriża tal-assigurazzjoni li tikseb awtorizzazzjoni - Eżenzjoni ta’ ċerti impriżi - Interpretazzjoni restrittiva (Direttiva tal-Kunsill 73/239, kif emendata bid-Direttiva 2005/68, Artikoli 4 u 6) (ara l-punti 42-44, 47, 48)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 57)
3. Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni tad-direttivi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern - Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 58)
Suġġett
| Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ksur tal-Artikoli 6, 8, 9, 13, 15, 16 u 17 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE, tal-24 ta’ Lulju 1973, dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 14) - Ksur tal-Artikoli 22 u 23 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (It-Tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 346). |
Dispożittiv
|
1) |
Billi naqset milli tapplika fl-intier tagħha, fir-rigward tal-impriżi ta’ assigurazzjoni kollha u mingħajr diskriminazzjoni, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 6, 8, 9, 13 u 15 sa 17 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE, tal-24 ta’ Lulju 1973, dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja, kif emendata bid-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2005, kif ukoll l-Artikoli 22 u 23 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (It-Tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja), kif emendata bid-Direttiva 2005/68, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt dawn id-direttivi. |
|
2) |
L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż. |