Official Journal L 189 , 22/07/1999 P. 0019 - 0025
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1600/1999 tat-12 ta' Lulju 1999 li jimponi dazji definitivi kontra id-dumping u jiġbor definittivament dazji provisorji fuq l-importazzjoni ta' wajers tal-azzar li ma jissaddadx b'dijametru ta' 1 mm jew iżjed li oriġina fl-Indja u jitermina il-proċediment li jikkonċerna l-importazzjoni ta' wajers ta' l-azzar li ma jissaddadx b' dijametru ta' 1 mm jew iżjed li oriġina fir-Repubblika tal-Koreja Il-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 fuq il-protezzjoni kontra importazzjonijiet iddampjati mill-pajjiżi li m'humiex membri fil-Komunità Ewropea [1] u b'mod partikolari b'L-Artikolu 9 tar-Regolament, Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 fuq il-protezzjoni kontra l-importazzjoni issussidjati mill-pajjiżi li m'humiex membri tal-Komunità Ewropea [2] u b'mod partikolari b'L-Artikolu 24 tar-Regolament, Wara li kkunsidra il-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara li ikkonsulta il-Kumitat ta' Konsulenza, Billi: (A) MIŻURI PROVIŻORJI (1) Il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 617/1999 [3] (minnhawn ‘il quddiem bħala r-"Regolament Provisorju") impona dazji proviżorji kontra id- dumping fuq l-importazzjoni ta' wajers ta' l-azzar li ma jissaddadx b'dijametru ta' 1 mm jew iżjed (minn hawn ‘il quddiem riferuti bħala "SSW kbar" jew "prodott ikkonċernat"), li oriġinaw fl-Indja, u jaqgħu fi ħdan il-kodiċi CN ex72230019. (2) Fl-istess Regolament, kien proviżorjament konkluż li l-ebda dazzju kontra id-dumping m'għandu jiġi impost fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fil-Koreja kopert bl-istess investigazzjoni, minħabba l-marġini ta' id-dumping li jwaqqaf liema huma jew de minimis jew huma viċin ta' de minimis. (B) PROĊEDURI SUSSEKWENTI (3) Sussekwentament għall-iżvelar tal-fatti essenzali u l-konsiderazzjonijiet fuq il-bażi ta' liema ġie deċiż li jiġu imposti miżuri proviżorji fuq il-fatti essenzali u l-konsiderazzjonijiet fuq il-bażi ta' liema ġie deċiż biex jiġu imposti miżuri proviżorji fuq l-importazzjoni ta' SSW kbar li joriġina fl-Indja (minn hawn ‘il quddiem jirreferu għaliha bħala "żvelar"), diversi partijiet interessati taw il-kummenti bil-kitba. Il-partijiet li hekk talbu ngħataw ukoll opportunita' biex jinstemmaw oralment. (4) Il-Kummissjoni kompliet tfisser u tivverifika l-informazzjoni kollha hi qiset neċessarja għall-konlużjonijiet definittivi tagħha. (5) Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti essenzali u l-konsiderazzjonijiet fuq il-bażi ta' liema hu maħsub biex tirrakkomanda l-imposizzjoni ta' dazju definittiv kontra id-dumping u l-ġbir definittiv ta' l-ammonti assigurati permezz ta' dazji proviżorji. Huma ngħataw ukoll żmien f'liema huma jistgħu jagħmlu r-rapreżentazzjonijiet sussekwentament għall-iżvelar. (6) Il-kummenti orali u miktubin mogħtija mill-partijiet ġew ikkonsidrati, u, fejn hu meqjus xieraq, il-konklużjonijiet proviżorji ġew modifikati skond il-ħtieġa. (Ċ) PRODUZZJONI IKKONĊERNATA U PRODOTTI SIMILI (7) Il-prodott ikkonċernat hu SSW kbir, li jkollu piż ta' 2,5 % jew iżjed ta' nickel, jew ikella bil-piż ta' 28 % jew iżjed imma mhux iżjed minn 31 % ta' nickel u 20 % jew iżjed imma mhux iktar minn 22 % tal-chromium. (8) Nstab fl-istadju proviżorju ta' l-investigazzjoni li kien hemm differenzi fil-karakteristiċi fiżiċi u l-użu bejn SSW kopert bl-investigazzjoni presenti, ċioe' b'dijametru ta' 1 mm jew iżjed (wajer kbir) u SSW b'dijametru ta' inqas minn 1 mm (wajer fin). Għal dawn ir-raġunijiet, jidher ukoll li ma kienx hemm ebda jew biss limitata ħafna interkambjalita' bejn l-applikazzjonijiet ta' wajers kbar u fini. Madanakollu, intqal ukoll fir-Regolament proviżorju li l-kwestjoni jekk linja ċara li tiddividi tistax tinqata' bejn dawn iż-żewġ prodotti kienet se tkun investigata aktar sa l-istadju definittiv. (9) Fuq il-bażi ta' iktar informazzjoni miġbura mill-partijiet interessati, hu konkluż illi l-wajer kbir u l-wajer fin huma żewġ prodotti differenti għax jirrapreżentaw karakteristiċi fiżiċi differenti u huma użati għall-applikazzjonijiet differenti. L-ewwel, fir-rigward tal-karakteristiċi fiżiċi, is-saħħa tat-tensjoni, l-istruttura granulari u l-kowting ta' l-SSW huma differenti għall-wajers kbar u fini. It-Tieni, fir-rigward ta' l-applikazzjoni differenti taż-żewġ prodotti, nstab li l-wajer il-kbir hu użat għal xogħol iktar peżanti fl-applikazzjonijiet ta' l-inġinerijja bħal dawk ta' morsi, prodotti tar-rijinfurzar tal-ħitan, wajers tal-welding, eċċ. B'kuntrast, wajer fin bħala regola hu użat għall-applikazzjonijiet bi preċiżjoni bħal skrinijiet u filters (majer miksi bid-drap minusġ) b'fetħiet żgħar għall-iffiltrar fin ħafna jew partikli żgħar (per eżempju filters tat-trab u filters kimiċi), applikazzjonijiet mediċi/kirurġiċi, eċċ. (10) Fuq bażi ta' fuq hu konkluż li wajers fini u kbar huma żewġ prodotti differenti li għandhom karakteristiċi differenti u applikazzjonijiet u li m'humiex interkambjali minn kif jidher mill-utenti ta'l-SSW. (11) Minn kif jidher fuq u għaliex l-ebda argumenti ma nġabu minn kwalunkwe' partijiet ikkonċernati b'rispett tal-konlużjonijiet proviżorji tal-Kummissjoni fuq il-prodott ikkonċernat u l-konsiderazzjonijiet magħmula fuq prodott simili, il-fatti ul-kunkoużjonijiet kis stabiliti fin-narrattivi 7 sa 11 tar-Regolament proviżorju, huma hawnhekk ikkonfermati. (D) DUMPING 1. Koreja (12) Minħabba l-ebda argumenti ma nġabu minn kwalunkwe' parti interessata u l-investigazzjoni ma wassletx għal kwalunkwe' konklużjonijiet differenti, il-konlużjonijiet proviżorji stabbiliti f'narrativ 23(b) tar-Regolament proviżorju qed jiġi hawnhekk ikkonfermat, ċoe' il-marġini ta' id-dumping stabbiliti għall-produtturi Korejani konċernati li jesportaw huma de minimis ħlief għal żewġ produtturi li jesportaw. Iżjed minn hekk, il-marġini medja miżuna ta' id-dumping mal-pajjiż kollu għall-produtturi kollha li jesportaw li jirrapreżentaw it-totalita ta' l-esportazzjoni ta' SSW kbar lill-Komunità joriġinaw fil-Koreja espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-livell tal-fruntiera tal-Komunità hu de minimis, ċoe' taħt 2 %. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, il-marġini ta' id-dumping għall-Koreja ġie ikkonsidrat bħala negliġibli skond l-Artikolu 9(3) tar-Regolament Bażiku. 2. Indja (a) Valur normali (13) Diversi produtturi Indjani li jesportaw argumentaw li marġni medji ta' profitti użati biex jistabilixxu l-valur normali kostrut ma kienux raġonevoli, b'mod partikolari għaliex kienu sostanzjalment ogħla mill-marġni ta' profitt ta' 5 % liema ġie msemmi f'narrattiv 79 tar-Regolament proviżorju bħala rata ta' profitt raġonevoli għall-industrija tal-Komunità fid-determinazzjoni tal-prezz li ma jagħmilx ħsara. Dawn il-produtturi li jesportaw sostnu li l-marġini tal-profitt tal-kumpanija matul il-perjodu investigattiv, ċoe' figura globali li tinkludi kemm il-prodott ikkonċernat u prodotti oħrajn, għandhom ikunu użati biex jiddeterminaw il-valur normali kostrutt. Fil-każ ta' kumpanijji mhux profitabli, kien sostnut li l-medja tal-marġini ta' profit ta' kumpanija kollha ta' kumpanijji profitabli fl-Indja għandhom ikunu użati biex jiddeterminaw il-valur normali kostrut. (14) Bħala alternattiva għal fuq ġie mitlub li l-profitt medju għandu jkun ikkalkulat għal kull kumpanija konċernata fuq il-bażi tal-bejgħ domestiku, ċoe' bejgħ ta' tipi ta' prodotti kemm dawk profittabli u dak li m'humiex profitabli, u mhux biss fuq il-bażi ta' bejgħ domestiku ta' dawk it-tipi ta'prodotti profitabli. (15) F'dan ir-rigward għandu jkun notat, li skond l-Artikolu 2 (6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (minn hawn ‘il quddiem nirrferu għalih bħala r-"Regolament Bażiku"), l-ammont ta' profitti għandu jkun ibbażat fuq dati li jappartjenu għall-produzzjoni u l-bejġħ, fil-kors tal-kummerċ, ta' prodott simili fis-suq domestiku tal-pajjiż li qed jesporta. F'dan il-kuntest bejgħ taħt l-ispiża ta' tip ta' prodott partikolari għandu jittieħed kont biss għad-determinazzjoni tal-marġini ta' profit jell il-volum ta' bejgħ mhux profitabli ta' dan it-tip mhux iktar għoli minn 20 % tal-bejgħ kollu tat-tip in kwistjoni. Ir-regola ta' fuq ġiet rispettata meta jiġI stabilit il-marġini tal-profitt użat biex jiġi stabilit il-valur normali kostrut. (16) Għalhekk, il-pretensjonijiet li jikkonċernaw il-marġini ta' profitt użati biex jiġi determinat il-valur normali kostrut ġew riġettati. (17) Wieħed esportatur Indjan ippretenda li għandu jittiħed kont tal-varjazzjoni fil-ħażna tal-oġġetti fil-proċess għad-determinazzjoni tal-valur normali kostrut. Din il-pretensjoni ġiet milqugħa għaliex ix-xiehda finalment mogħtija kienet suffiċjenti. (18) Żewġ esporaturi Indjani li ġarbu telf matul il-perjodu investigattiv ippretendew, skond l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, li dan it-telf ġara matul il-fażi tal-bidu u li din is-sitwazzjoni għandha titieħed fil-konsiderazzjoni. Madanakollu, għaliex l-ebda minn dawn iż-żewġ kumpanijji ma laħqet il-kriterja mfassla fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, l-aġġustamenti ma setgħux jinagħtaw. (19) Fl-assenza ta' argumenti oħrajn li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' valur normali, il-konklużjonijiiet stabiliti f'narrazzjonijiet 12 u 13 tar-Regolament proviżorju huma inkella konfermati. (b) Prezz ta' l-Esportazzjoni (20) Fl-assenza ta' argumenti ġodda li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-prezz ta' l-esportazzjoni, il-konlużjonijiet stabiliti f'narrazzjonijiet 14 sa 16 tar-Regolament proviżorju qed jiġu hawnhekk ikkonfermati. (ċ) Tqabbil (21) Wieħed esportatur Indjan talab li l-ispejjeż tal-kreditu mġarrba mill-importatur relatat tiegħu għandu jiġi determinat fuq il-bażi ta' termini ta' pagament mogħtija minn ta' l-aħħar lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità minflokk fuq bażi ta' pagament miftihem bejn il-kumpanija prinċipali u l-importatur relatat. Din it-talba ġiet aċċettata u d-determinazzjoni ta' l-ispejjeż tal-kreditu emendata kif meħtieġ. (22) Fl-assenza ta' argumenti oħrajn li jikkonċernaw l-aġġustamenti magħmula biex iħallu tqabbil ġust, il-konklużjonijjiet proviżorji stabiliti f'narrazzjonijiet 17 sa 19 tar-Regolament proviżorju qed jiġu hawnhekk ikkonfermati. (d) Marġini ta' id-dumping (23) Fl-assenza ta' argumenti ġodda li jikkonċernaw id-determinazzjoni tal-marġini ta' id-dumping, il-konklużjonijiet stabiliti f'narrazzjonijiet 20 sa 22 tar-Regolament proviżorju qed jiġu hawnhekk ikkonfermati. Fuq din il-bażi, il-marġini ta' id- dumping , espressa bħala persentaġġ tal-prezz cif fil-livell ta' fruntiera tal-Komunità, huma: Bhansali Bright Bars Pvt., Ltd | 1,2 % | Devidayal India Ltd | 27,5 % | Hindustan Stainless Steel Wire Co., Pvt Ltd | 76,2 % | Indore Wire Co., Ltd | 35,8 % | Isibars Ltd/Isinox Steels Ltd | 11,4 % | Kei Industries Ltd | 76,2 % | Macro Bars & Wires Pvt., Ltd | 21,9 % | Mukand Ltd | 23,3 % | Raajratna Metal Industries Ltd | 16,0 % | Triveni Shinton International Ltd | 68,2 % | Venus Wire Industries Ltd | 6,6 % | (E) DANNI 1. Industrija tal-Komunità (24) Fl-assenza ta' xiehda ġdida jew kwalunkwe' argument iktar sustenzat miġjub minn kwalunkwe' mill-partijiet konċernati, il-fatti u l-kunklużjonijiet stabiliti f'narrazzjonijiet 24 u 25 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati, ċioe' il-produtturi tal-Komunità li qed jilmentaw li qed jirrapreżentaw iżjed minn 65 % tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta' SSW kbar jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità, skond l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Bażiku. 2. Aspetti ta' kompetizzjoni (25) Fil-kummenti tagħhom wara l-iżżvelar, il-produtturi Indjani li jesportaw irrijetaraw il-pretensjoni tagħhom li li d-dati kollha mogħtija mill-industrija tal-Komunità fi ħdan l-istruttura tal-proċediment kurrenti tkun mkabbra artifiċjalment bħala riżultat ta' l-applikazzjoni uniformi tas-sistema ta' "alloy surcharge", u li jkun, għalhekk, mhux possibli biex tagħmel analiżi serja tad-danni fi ħdan l-istruttura tal-proċediment kontra id-dumping. Għaliex l-ebda argument ġodda ma nġiebu minn kwalunkwe' parti nteressata u li kien hemm deċiżjoni definittiva tal-Kummissjoni li tirriġetta l-ilment fuq il-każ Nru IV/E-l/36930 li jikkonċerna stixxi ta' kulur jgħajjat ta' l-azzar li ma jissaddadx, li huma ta' l-istess kategorijja ta' prodotti bħal SSW, il-konklużjonijiet stabiliti f'narrattiv 27 tar-Regolament proviżorju qed jiġu hawnhekk ikkonfermati. 3. Konsum tal-Komunità (26) Wara l-iżżvelar, xi partijiet interessati argumentaw li l-metodoloġija segwita għall-iskop ta' determinazzjoni tal-konsum tal-Komunità, b'mod partikolari fir-rigward tal-bejgħ tal-produtturi tal-Komunità li ma jikkoperawx u l-importazzjonijiet ta' pajjiżi terzi, ma kienx addattat. (27) F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li informazzjoni dettaljata u ivverifikata hi disponibbli biss għall-industrija tal-Komunità u il-produtturi li jisportaw li jikkoperaw fil-pajjiżi ikkonċernati. Allura, bi qbil ma l-prattika konsistenti ta' l-istituzzjonijiet tal-Komunità, riferenza saret għall-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, u b'mod partikolari għas-sorsi indipendenti ta' l-istatistika. L-ebda parti nteressata ma' ipprovdiet informazzjoni li tkun turi li l-andament segwit mill-istituzzjonijiet tal-Komunità ma kienx raġonevoli u mhux ġustifikat fiċ-ċirkustanzi tal-każ preżenti. (28) Konsegwentament, il-konklużjonijiet stabiliti f'narrazzjonijiet 28 u 29 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. 4. Volum ta' l-importazzjoni u ishma tas-suq ta' l-importazzjonijiet iddampjati (29) Għaliex l-ebda argumenti ġodda ma nġiebu minn kwalunkwe' parti interessata, il-konlużjonijiet dettaljati f'narrattivi 30 u 31 tar-Regolament proviżorju qed jiġu hawnhekk ikkonfermati. 5. Prezzijiet ta' l-importazzjoni iddampjati (30) Xi partijiet interessati ikkontestaw il-metodoloġija użata mill-Kummissjoni fi stadju proviżorju għall-kalkulazzjoni tal-prezz inqas mill-marġni. Huma ppretendew li dawn il-marġini kienu mkabbra minħabba kwalunkwe' ammont negattiv b'liema l-prezzijiet tal-produtturi li jesportaw kienu inqas minn dawk ta' l-industrija tal-Komunità ma sarx tajjeb għalihom bi kwalunkwe' ammont pożittiv. (31) Għandu jkun notat li l-metodoloġija deskritta f'narrazzjonijiet 33 u 34 tar-Regolament proviżorju għall-kalkulazzjoni tal-prezz li jaqta' l-marġini tal-medja miżuna tal-bejgħ net tal-prezzijiet ta' l-importazzjoniji dumped ġew ikkomparati, fuq bażi mudell b'mudell, bi prezz medju miżun tal-bejgħ net b'mudell ta' l-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità. Għalhekk, din il-metodoloġija ħalliet, fuq bażi per mudell, biex jittieħed kont ta' l-ammont b'liema l-prezz tal-prdutturi li jesportaw ta transazzjoni tal-esportazzjoni teċċedi dak tal-prezz medju miżun ta' l-industruija tal-Komunità. L-argument kien għalhekk miċħud. (32) Fl-assenza ta' kwalukwe' kummenti oħrajn, il-konklużjonijiet milħuqa f'narrazzjonijiet 32 sa 35 tar-Regolament proviżorju qed jiġu hawnhekk ikkonfermati. 6. Sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità (33) Għaliex l-ebda argumenti ma nġiebu minn kwalukwe' parti interessata dwar il-konlużjonijiet proviżorji li jikkonċernaw l-indikaturi ekonomiċi li għandhom x'jaqsmu mas-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità, il-konklużjonijiet kif stabiliti f'narrazzjonijiet 36 sa 43 tar-Regolament proviżorju huma ikonfermati. (34) Xi partijiet interessati argumentaw li l-indikaturi ekonomiċi ta' l-industrija tal-Komunità ma ħallewx il-konklużjoni li din l-industrija kienet materjalment imweġġa'. Tabilħaqq, huma argumentaw li s-sitwazzjoni fl-industrija tal-Komunità baqgħet relattivament stabli matul il-perjodu taħt l-investigazzjoni, u anke' uriet sinjali ta' titjiib f'termini ta' produzzjoni, volumi ta' bejgħ u investimenti. Dwar profitabilta', ix-xejra tat-tnaqqis għandha tkun spjegata bid-deċiżjoni ta' l-industrija tal-Komunità biex tikkonċentra fuq prodotti li jiġġeneraw spejjeż iżjed għoljin ta' produzzjoni. (35) Kif stabilit f'narrazzjonijiet 44 u 45 tar-Regolament proviżorju, għandu jiġi mfakkar li l-konklużjonijiet tad-danni materjali ta' l-industrija tal-Komunità kien ibbażat fuq il-fatt li l-industrija tal-Komunità, iffaċċjat biex id-dumping tal-importazzjonijiet, ma setgħetx issegwi t-tendenza dejjem tikber tas-suq, u ma rkuratx il-pożizzjoni tagħha fuq is-suq imma kienet kapaċi biss iżżomm il-volum stabbli ta' l-ispejjeż tal-profitabilita' tagħha liema, fil-kuntest ta' prezzijiet tal-bejgħ dipressati, iddeterjora bil-qawwi. Tabilħaqq, il-volum tal-bejgħ ta' l-industrija tal-Komunità żdiedet biss b' 5 % bejn l-1994 u l-perjodu investgattiv, waqt li s-suq tal-Komunità tela' b'20 % matul l-istess perjodu. Iżjed minnhekk, iż-żieda żgħira fil-produzzjoni u l-investiment irriflettew il-fatt lil-indutrija tal-Komunità ippruvat iżomm is-sehem tagħha fis-suq f'suq li qed jikber sinifikament. Allura, ix-xerjra nieżla ta' profitabilita' tagħha m'hix esklussivament minħabba, jekk hi fuq kollox, għall-fatt li l-industrija tal-Komunità bdiet tipproduċi xi mudelli għal-liema hemm inqas kompetizzjoni iffaċċjata mill-importazzjonijiet iddampjati. (36) Fuq il-bażi ta' fuq, ġie konkluż li l-industrija tal-Komunità qed issoffri danni materjali kif stabilit f'narrazzjonijiet 44 u 45 tar-Regolament proviżorju. (F) KAWŻAZZJONI (37) Wara l-addottar tar-Regolament proviżorju, xi partijiet interessati iddubitaw jekk id-danni soferti mill-industrija tal-Komunità ġew ikkawżati mill-importazzjonijiet iddampjati. B'mod partikolari, kien allegat li d-danni kien ikkawżat minn fatturi oħrajn, partikolarment mill-produtturi tal-Komunità li m'humiex parti mill-industrija tal-Komunità kif definita fuq. Kien argumentat f'dan ir-rigward li fid-dawl tal-koperazzjoni limitata miksuba mill-produtturi tal-Komunità, l-istima ta' l-impatt fuq il-bejgħ mill-produtturi tal-Komunità li ma jikkoperawx ma kienetx ta' min toqgħod fuqha kompletament. (38) Fid-dawl tat-trasparenza u s-sensittivita tal-prezz tas-suq SSW fil-Komunità, m'hux bla raġuni biex tikkonkludi li produtturi oħra tal-Komunità x'aktarx isegwu l-istess xejra għal dik miksuba mill-industrija tal-Komunità, b'mod partikolari fir-rigward tal-prezzijiet. Iżjed minnhekk, l-ebda parti interessata ma tat kwalunkwe' informazzjoni li tkun tissuġġerixxi li l-produtturi li ma jilmentawx joperaw f'kuntest iżjed pożittiv. Għalhekk, l-argument m'għandux ikun miċħud u l-kunklużjonijiet stabilit f'narrazzjoni 50 tar-Regolament proviżorju qed jiġi hawnhekk ikkonfermati, ċioe' l-produtturi l-oħra tal-Komunità ma' ikkotribwixxewx għad-danni sofferti mill-industrija tal-Komunità. (39) Fid-dawl ta' fuq, il-konklużjonijiet mfassla fir-Regolament proviżorju f'narrattivi 46 sa 59 qed jiġu ikkonfermati, ċioe' li l-importazzjonijiet iddampjati bi prezzijiet baxxi li joriġinaw fl-Indja ikkawżaw danni materjali lill-industrija tal-Komunità. (G) INTERESS TAL-KOMUNITÀ (40) Wara l-addozzjoni tar-Regolament proviżorju, kummenti ġew mogħtija mill-utenti fir-rigward ta' effetti potenzali tad-dazzji. (41) Għall-industrija tal-Komunità u produtturi oħrajn tal-Komunità, fl-assenza ta' iżjed sottomissjonijiet fir-rigward tal-impatt tad-dazji fuq is-sitwazzjoni tagħhom, il-konklużjoni qed jiġi hawnhekk ikkonfermat li l-imposizzjoni tal-miżuri x'aktarx jgħinu l-industrija tal-Komunità takwista profitabilita sodisfaċenti, u li żżomm u tiżviluppa aktar l-attivitajiet tagħha fil-Komunità billi tassigura kemm l-impjiegi kif ukoll l-investiment. (42) Fl-assenza ta' iktar reazzjonijiet min importaturi li m'humiex relatati u mill-fornaturi stabiliti f'narrazzjonijiet 66 sa 70 ir-Regolament proviżorju qed jiġi hawnhekk ikkonfermat. (43) F'li jikkonċerna l-utenti, xi kumpaniji allegaw li l-imposizzjoni tal-miżuri jkollhom impatt dirett fuq is-sitwazzjoni ekonomika tagħhom għaliex iwassal għaż-żieda fil-prezz tal-materja prima tagħhom. Madanakollu, huma qalu ukoll li, apparti mill-Indja, hemm sorsi oħrajn ta' provista barra l-Komunità. Iżjed minnhekk, fid-dawl tal-livell fuq baxx fuq kollox tad-dazzji, l-impatt ta' kwalunkwe' żieda fil-prezz għandu jkun limitat. (44) Utenti oħrajn insistew fuq il-kwalità u r-rijabilta' tal-prodotti ta' l-industrija tal-Komunità, tikkondidra għalhekk li l-imposizzjoni fuq il-miżuri ma taffetwax is-sitwazzjoni tagħhom. (45) Għalhekk, il-konklużjonijiet stabiliti f'narratiivi 60 sa 77 tar-Regolament proviżorju huma ikkonfermati fis-sens li m'hemmx raġunijiet kompallenti kontra l-imposizzjoni tad-dazzji kontra id-dumping. (H) KORS DEFINITTIV TA' AZZJONI 1. Koreja (46) Fid-dawl tal-konklużjonijiet ta' fuq li l-marġini medja miżuna ta' id-dumping mal-pajjiż kollu li oriġinat fil-Koreja hija de minimis, il-proċedimenti li jikonċenaw l-importazzjonijiet ta' SSW kbar li jhoriġinaw fil-Korjea għandhom ikunu terminati skond Artikolu 9(3) tar-Regolament Bażiku. 2. Indja (47) Ibbażati fuq il-konklużjonijiet ta' fuq fuq id-dumping, danni, link każwali u l-interess tal-Komunità, ġie ikkonsidrat liema forma u livell il-miżuri kontra id-dumping definittivi għandhom jittieħdu biex ineħħu l-effetti li jagħmlu l-ħsara ta' id-dumping. (48) Fih inhu xieraq, kif spjegat f'narrazzjoni 79 tar-Regolament proviżorju livell ta' prezzijiet li ma jgħmilx ħsara ġie ikkalkulat f'livell li jkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni u prospett raġonevoli fuq il-bejgħ ta' l-industriji tal-Komunità. (49) It-tqabbil ta' livell ta' prezzijiet li ma jgħamlux ħsara fl-istess livell ta' kummerċ bi prezz ta' l-esportazzjoni tal-produtturi jwassal għall-marġini li jagħmlu l-ħsara li jvarjaw minn madwar 20 % sa iżjed minn 50 % espressi bħala persentaġġ tl-livell ta' prezz b'xejn ta' importazzjoni fil-fruntiera tal-Komunità. Għal tlett produtturi Indjani dan il-marġini kien inqas mill-marġini ta' id-dumping. (50) Il-konklużjonijiet stabiliti f'narrativ 83 tar-Regolament proviżorju qed jiġi hawnhekk ikkonfermat, ċioe, l-iskemi kollha investigati nstab li jikkostitwixxu sussidji ta' l-esportazzjoni taħt it-tifsira ta'L-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 ta' fuq. Fi kwalunkwe' każ, is-sussidji ma jistgħux jaffetwaw il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni tal-produtturi indjani li jesportaw, b'hekk iwassal għal żieda fil-marġini tad-dumping. Għalhekk, u kif intqal f'narrattivi 80 sa 82 tar-Regolament proviżorju, id-dazzji kontra d-dumping hemm bżonn li jkunu aġġustjati biex jirriflettu l-marġini ta' d-dumping attwali li jibqa' wara l-imposizzjoni tad-dazzji kontroprevaljanti li jagħmlu tajjed għall-effettt tas-sussidji ta' l-esportazzjoni. (51) Fuq il-bażi ta' fuq, ir-arti ta' dazzju deffinittivi, espress bħala persentaġġ ta' cif prezz tal-fruntiera tal-Komunità, dazzzji tad-dwana mhux imħallsa, tieħu kont tal-miżuri kontra d-dwana li ma jirriżultawx f'proċeduri paralleli kontra s-sussidji, huma kif inhu ġej: Kumpanija | Imposta Antidumping (%) | Bhansali | 0 | Devidayal | 2,4 | Indore Wire | 16,5 | Isibars/Isinox | 0 | Kei Industries | 32,6 | Macro Bars | 0 | Mukand | 10,1 | Raajratna | 0 | Triveni | 55,6 | Venus Wire | 0 | (52) Sa kemm produtturi oħra li jesportaw huma ikkonċernati, fid-dawl ta' livell għoli ta' koperazzjoni misjub, l-iktar dazzju kontra d-dumping speċifiku tal-kumpanija għandu jkun applikat. Dan nstab li jkun 55.6 %. Dan id-dazzju ma ġiex aġġustjat taħt it-tifsira ta' l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 ta' fuq għaliex il-kumpanijja fuq il-bażi ta' liema ġiet imwaqqfa, ċioe' Triveni, ma nstabx li rċeviet kwalunkwe' sussidji kontrovelanti għall-esportazzjoni. (53) Ir-rati individwali ta' dazzji speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabiliti fuq il-bażi tal-konklużjonijiet ta' l-investigazzjoni preżenti kontra d-dumping. Għalhekk, huma rrflettew is-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni. Dawn ir-rati ta' dazzju għalhekk japplikaw esklussivament għall-importazzjoni ta' prodotti li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat u prodotti bl-entitajiet legali speċifiki msemmijja. Prodotti manifaturati minn kwalunkwe' kumpanija oħra mhix speċifikata msemmijja fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati, ma jistgħux jibbenifikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta' dazzju li jibqa'. (54) Kwalunkwe' pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta' dawn id-dazzji individwali (eż. wara bdil fl-isem ta' l-entita') għandu jkun indirizzat lill-Kummissjjoni mill-ewwel bl-informazzjoni relevanti kollha, b'mod partikolari kwalunkwe' modifikazzjoni fil-ħidmiet tal-kumpanijja marbutin mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjati ma' bdil fl-isem. (J) KOLLEZZJONI TA' DAZJI PROVIŻORJI (55) In vista' ta' l-ammont tal-marġini ta' id-dumping definitttiv imwaqqaf għall-produtturi li jesportaw li jinsabu fl-Indja u fid-dawl tal-gravita' tad-danni kawżat lill-industrija tal-Komunità, hu kkusidrat neċessarju li l-ammonti assigurati permezz ta' Regolament proviżorju jkunu definittivament miġburin sat-tali ammont ta' dazzju definittiv impost, sa kemm ir-rati ta' dazzju proviżorju huma inqas fl-liema każ ta' l-aħħar għandhom jipprevalu, ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Dazju definittiv kontra id-dumping qed jiġi hawnhekk impost fuq l-importazzjoni ta' wajers ta'l-azzar li ma jissaddadx b'dijametru ta' 1 mm jew iżjed, li jkollhom b'piż ta' 2,5 % jew iżjed nijkil, teskludi wajer li jkollu piż ta' 28 % jew iżjed eimma mhux iktar minn 31 % ta' nijkel u 20 % jew iżjed imma mhux inqas minn 22 % ta' kromjum, li jaqa' taħt il-kodiċi CN ex72230019 (kodiċi TARIC 72230019*90) u li joriġinaw fl-Indja. 2. Ir-rata ta' dazju definitv kontra id-dumping applikabbli għall-prezz, net b'xejnfil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazzju għandu jkun kif ġej: Produttur | | Rata ta' dazju (%) | Kodici tat-taric addizjonali | —Bhansali Bright Bars Pvt Ltd, C-8/3, TTC Industrial Area, Village — Pawne Opposite PIL, Thane — Belapur Road, Navi Mumbai 400 705 | 0 | A009 | —Devidayal Industries Ltd, Gupta Mills Estate, Reary Road, Mumbai 400 010 | 2,4 | A010 | —Indore Wire Company Ltd, Near Fort, Indore 452 006 (M.P.) | 16,5 | A004 | —Isinox Steels Ltd, Indiasteel Complex,Railway Gate No 4, Antop Hill, Wadala, Mumbai 400 037 | 0 | A002 | —Isibars Ltd, Indiasteel Complex, Railway Gate No 4, Antop Hill, Wadala, Mumbai 400 037, India | 0 | A011 | —Mukand Ltd, L.B.S. Marg, Kurla, Mumbai 400 070 | 10,1 | A003 | —Raajratna Metal Industries Ltd, 909, Sakar - III, Nr Income Tax, Ahmedabad 380 014 | 0 | A005 | —Venus Wire Industries Ltd, Block No 19, Raghuvanshi Mill Compound, Senapati Bapat Marg, Lower Parel, Mumbai 400 013 | 0 | A006 | —Macro Bars and Wires Pvt. Ltd, 702 Bombay Market Building, Taredo Road, Mumbai 400 032 | 0 | A008 | —Kei Industries Ltd, D-90, Okhla Industrial Area Phase-1, New Delhi, India | 32,6 | A020 | —Triveni Shinton International Ltd, Kanti Mansion, 6 Murai Mohalla, Indore, 452 001, (M.P.) | 55,6 | A012 | — Il-kumpanniji l-ohra kollha Indjani | 55,6 | A999 | 3. Sa kemm speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji tad-dwana għandhom japplikaw. 4. Ir-rata ta' dazzju individwali (bil-maqlub ta' dazju mal-pajjiż applikabbli għall-"oħrajn") speċifikati f'dan ir-Regolament huma esklussivament applikabbli għall-importazzjoni tal-prodtooti manufatturati mill-entitajiet legali speċifikati msemmijja u joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat. Prodotti manufatturati b'kwalunke' kumpanija m'hix speċifikata b'isimha preċiż fil-parti operatttiva tar-Regolament ma tistax tibbenefika min dawn ir-rati. Kwalunkwe' pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazji definittivi (eż. wara bdil fl-isem ta' entita') għandhom ikunu indirizzati lill-Kummissjoni [4] mill-ewwel bl-informazzjoni relevanti kollha, b'mod partikolari kwalunkwe' bdil fl-attivitajiet tal-kumpanijja marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u għall-esportazzjoni assoċjati mat-tibdil fl-isem. Il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta' Konsulenza, jamenda ir-Regolament kif meħtieġ billi jaġġorna l-lista ta' kumpanijji li jibbenifikaw mir-rati ta' dazzju individwali. Artikolu 2 1. L-ammonti assigurati permezz ta' dazji kotra id-dumping proviżorji fuq l-importazzjoni ta' wajers ta' l-azzar li ma jissaddax b'dijametru ta' 1 mm jew iżjed joriġinaw fl-Indja taħt Regolament (KE) Nru 617/1999 [5] għandu jkun definittavament miġbur bir-rata ta' dazji imposta definittivament. Ammonti assigurati b'aċċess tar-rata definittiva kontra id-dumping għandhom ikunu meħlusa. 2. Id-dispożizzjonijiet li għalihom issir referenza fl-Artikolu 1(4) għandhom japplikaw ukoll għall-ammonti assigurati permezz ta' dazji proviżorji kontra id-dumping. Artikolu 3 Il-proċediment li għandu x'jaqsam mal-importazzjoni ta' wajers tal-azzar li ma jissaddax b'dijametru ta' 1 mm jew iżjed joriġina fil-Koreja għandu jkun terminat. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessita' tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' Lulju 1999. Għall-Kunsill Il-President S. Niinistö [1] ĠU L 56, tas-6.3.1996, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat b'Regolament (KE) Nru 905/98 (ĠU L 128, tat-30.4.1998, p. 18). [2] ĠU L 288, tal-21.10.1997, p. 1. [3] ĠU L 79, ta' l-24.3.1999, p. 13. [4] European CommissionDirectorate-General 1-External RelationsDirectorate C,DM24 – 8/38Rue de la Loi/Wetstraat, 200B-1049 Brussels [5] ĠU L 79, ta' l-24.3.1999, p. 13. --------------------------------------------------