27.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 250/130


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2011

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2009

(2011/568/UE)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

—

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2009,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (1),

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 (05892/2011 — C7-0052/2011),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0106/2011),

1.

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2009;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Jerzy BUZEK

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)   ĠU C 338, 14.12.2010, p. 130.

(2)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)   ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(4)   ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2011

li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2009

IL-PARLAMENT EWROPEW,

—

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2009,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Professjonali għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru (1),

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 (05892/2011 – C7-0052/2011),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0106/2011),

A.

billi l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2009 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari,

B.

billi fil-5 ta’ Mejju 2010, il-Parlament ta l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2008 (5), u fir-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja d-deċiżjoni ta’ kwittanza, inter alia:

—

ġibed l-attenzjoni għall-fatt li ċ-Ċentru ttrasferixxa għal darba oħra l-approprjazzjonijiet (li kienu 25 % tal-approprjazzjonijiet tal-ħlasijiet, jew EUR 1 400 000),

—

innota li dan kixef nuqqasijiet fl-ipprogrammar u l-immonitorjar tal-approprjazzjonijiet differenzjati għall-attivitajiet operattivi,

C.

billi l-baġit taċ-Ċentru għall-2009 kien ta’ EUR 18 530 000, li jikkostitwixxi żieda ta’ 1 % fuq is-sena finanzjarja 2008,

Prestazzjoni

1.

Jirreferi għall-konferma tal-Qorti tal-Awdituri li l-għeluq tal-kontijiet annwali fir-rigward ta’ bilanċ ta’ EUR 18 500 000 jippreżentaw b’mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja attwali taċ-Ċentru fil-31 ta’ Diċembru 2009 u li l-operazzjonijiet u l-flussi tal-kontanti għal din is-sena finanzjarja huma konformi mar-regoli finanzjarji taċ-Ċentru;

2.

Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2009 kien skont il-liġi u regolari; jilqa’ l-intenzjoni taċ-Ċentru li jagħmel disponibbli fir-rigward tal-Gantt charts tal-2011 għall-attivitajiet operattivi ewlenin kollha; ifakkar liċ-Ċentru li dawn iċ-charts. juru, b’mod konċiż, l-ammont ta’ ħin li membru tal-persunal jiddedika għal proġett u iħeġġeġ approċċ immirat lejn il-ksib ta’ riżultati;

3.

Jifraħ liċ-Ċentru talli introduċa sistema għall-kejl tal-prestazzjoni (PMS) fl-2009 fir-rigward tal-prijoritajiet tiegħu fuq tul ta’ żmien medju 2009-2011 u l-programm ta’ ħidma annwali tiegħu, u talli jkun fassal qafas tal-indikaturi tal-prestazzjoni biex jiġi mmonitorjat il-progress u jitkejlu l-produzzjoni, ir-riżultat u l-impatt; b’mod partikolari jqis li l-introduzzjoni ta’ PMS tgħin liċ-Ċentru jimmaniġġja u jevalwa l-impatt, l-effiċjenza, l-effettività u r-rilevanza tagħha; barra minn hekk jemmen li din is-sistema tista’ tinkludi aktar titjib għall-baġit ibbażat fuq l-attivitajiet u mmonitorjar eqreb tal-approprjazzjonijiet tal-ħlasijiet biex jiġu evitati t-trasferimenti;

4.

Jitlob liċ-Ċentru jistabbilixxi, fit-tabella li għandu jehmeż mar-rapport li jmiss tal-Qorti tal-Awdituri, tqabbil ċar bejn l-operazzjonijiet li saru matul is-sena ta’ kwittanza eżaminata u dawk li saru waqt is-sena finanzjarja ta’ qabel, bil-għan li l-awtorità ta’ kwittanza tkun tista’ tevalwa l-prestazzjoni tiegħu b’mod aktar effettiv minn sena għall-oħra;

5.

Huwa interessat fl-attivitajiet taċ-Ċentru fin-Norveġja u l-Islanda u jirrimarka li introduċa pjan biex l-użu tal-kontribuzzjonijiet tan-Norveġja u tal-Islanda jkunu allinjati mas-sussidju tal-Unjoni li għandu jkun implimentat sal-2013;

Riżorsi umani

6.

Jinnota li ċ-Ċentru introduċa tibdiliet fil-proċeduri tar-reklutaġġ tiegħu wara r-rimarki mill-Qorti tal-Awdituri fir-rapport 2009 tiegħu li jitlob liċ-Ċentru biex titjieb aktar it-trasparenza; jilqa’ l-inizjattiva taċ-Ċentru, minn Ġunju 2010, fir-rigward tal-mistoqsijiet f’testi bil-miktub u intervisti qabel il-preselezzjoni;

Approprjazzjonijiet trasferiti minn sena għall-oħra

7.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ċ-Ċentru ttrasferixxa l-approprjazzjonijiet ’il quddiem (31 % tal-ispiża amministrattiva – Titolu II) u kkanċella l-approprjazzjonijiet tal-ħlasijiet (24 % tal-approprjazzjonijiet totali għall-attivitajiet operattivi); għalhekk, jitlob liċ-Ċentru biex ikompli jtejjeb l-ipprogrammar u l-immonitorjar u jirrispetta b’mod aktar sħiħ il-prinċipju tal-annwalità;

Il-ġestjoni tal-baġit

8.

Jitlob liċ-Ċentru biex japplika, b’mod aktar effettiv, il-prinċipji baġitarji tal-ispeċifikazzjoni u t-trasparenza; jirrikonoxxi li, f’Ġunju 2010, iċ-Ċentru informa lill-Bord ta’ Tmexxija dwar it-trasferimenti 2009 u 2010 u minn dakinhar beda jinforma kontinwament lill-Bord ta’ Tmexxija dwar it-trasferimenti u ċċara r-regola tal-10 % fir-regoli implimentattivi l-ġodda tiegħu għar-regoli finanzjarji li ġew adottati mill-Bord ta’ Tmexxija f’Diċembru 2010;

Verifika interna

9.

Jirrikonoxxi li ċ-Ċentru bagħat lill-awtorità responsabbli għall-kwittanza rapport imfassal mid-Direttur Eżekuttiv tiegħu li jagħti sommarju tal-kontenut tar-rakkomandazzjoni tal-IAS kif stipulat fl-Artikolu 72(5) tar-Regolament Finanzjarju ta’ qafas; madankollu jitlob lid-Direttur taċ-Ċentru biex jipprovdi informazzjoni speċifika dwar il-kontenut miftuħ tal-15-il rakkomandazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-14-il rakkomandazzjoni ġodda fil-31 ta’ Diċembru 2009, fiż-żewġ każijiet mill-IAS;

10.

Jilqa’ t-twaqqif, minn naħa taċ-Ċentru, ta’ għodda onlajn tal-akkwisti fl-2009 bil-għan li jitjiebu l-ippjanar u l-immonitorjar tal-pjan annwali tal-akkwisti;

11.

Jinnota li ċ-Ċentru ffinalizza fl-2009 proċedura aġġornata għat-tneħħija tal-impenji sabiex titjieb aktar it-trasparenza tal-inventorju tal-assi; flimkien ma’ dan jinnota li fl-istess sena, iċ-Ċentru beda jiddokumenta l-proċessi tal-kontroll ewlenin; jistieden, għalhekk, liċ-Ċentru biex jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-passi li ttieħdu f’dan ir-rigward;

12.

Jilqa’ l-fatt li ċ-Ċentru huwa l-ewwel Aġenzija li ħadet f’idha b’mod volontarju verifika pilota dwar il-qafas etiku fl-2009;

13.

Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni dwar il-kwittanza u li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2011 (6) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

(1)   ĠU C 338, 14.12.2010, p. 130.

(2)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(3)   ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(4)   ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(5)   ĠU L 252, 25.9.2010, p. 124.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2011)0163 (Ara paġna 269 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).