02006R0765 — MT — 17.12.2020 — 028.002
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 134 20.5.2006, p. 1) |
Emendat bi:
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 765/2006
tat-18 ta’ Mejju 2006
dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja
Artikolu 1
Għall-fini ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta’ kull xorta, li jinkludu iżda mhux limitati għal:
flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flejjes, drafts, money-orders u strumenti oħra ta’ ħlas;
depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi f’kontijiet, dejn u obbligazzjonijiet ta’ dejn;
titoli negozjati kemm pubblikament kif ukoll privatament u dokumenti dwar dejn, inklużi stocks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, notes, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti derivattivi;
imgħax, dividendi jew dħul ieħor fuq assi, jew valur akkumulat jew ġenerat minnhom;
kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, garanziji fuq xogħol b'kuntratt jew impenji finanzjarji oħra;
ittri ta’ kreditu, poloz tat-tagħbija, dokumenti ta’ bejgħ;
dokumenti li jixhdu xi interess f’fondi jew riżorsi finanzjarji;
“iffriżar ta’ fondi” tfisser il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta’, aċċess għal, jew negozju b’fondi bi kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe bidla fil-volum, fl-ammont, fil-lok, fid-dritt tal-proprjetà, fil-pussess, fil-karattru, fid-destinazzjoni tagħhom jew f’bidla oħra li tippermetti l-użu tal-fondi, inkluża l-amministrazzjoni ta’ portafoll.
“risorsi ekonomiċi” tfisser assi ta’ kull xorta, tanġibbli jew intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jservu għall-akkwist ta’ fondi, oġġetti jew servizzi.
“iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni ta’ l-użu ta' riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta’ fondi, oġġetti jew servizzi bi kwalunkwe mod, inklużi, iżda mhux biss, il-bejgħ, il-kiri jew l-użu bħala garanzija tagħhom.
“territorju tal-Komunità” tfisser it-territorji tal-Istati Membri, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom, li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stipulati fit-Trattat.
“għajnuna teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat ma’ tiswijiet, żvilupp, manifattura, immuntar, ittestjar, manutenzjoni, jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u jista’ jkun f’forma ta’ istruzzjoni, parir, taħriġ, trażmissjoni ta’ konoxxenza operattiva jew ta’ ħiliet jew servizzi ta’ konsulenza; inklużi forom verbali ta’ għajnuna.
Artikolu 1a
Huma pprojbiti:
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b’mod dirett jew indirett, ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness III, kemm jekk joriġina fl-Unjoni kemm jekk le, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Bjelorussja jew għall-użu fil-Bjelorussja;
il-parteċipazzjoni, b’mod konxju u intenzjonat, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom tkun l-evażjoni tal-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a).
Artikolu 1b
Huma pprojbiti:
l-għoti, b’mod dirett jew indirett, ta’ għajnuna teknika relatata mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea ( 1 ) (“Lista Militari Komuni”), jew relatata mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ oġġetti inklużi f’dik il-lista, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Bjelorussja jew għall-użu fil-Bjelorussja;
l-għoti, b’mod dirett jew indirett, ta’ għajnuna teknika jew ta’ servizzi ta’ senserija relatati ma’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness III, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Bjelorussja jew għall-użu fil-Bjelorussja;
l-għoti, b’mod dirett jew indirett, ta’ finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni jew fl-Anness III, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ dawn l-oġġetti, jew għal kwalunkwe għoti ta’ għajnuna teknika relatata lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Bjelorussja jew għall-użu fil-Bjelorussja;
il-parteċipazzjoni, b’mod konxju u intenzjonat, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom tkun l-evażjoni tal-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c).
B’deroga mill-paragrafu 1, il-projbizzjonijiet imsemmija fih m’għandhomx japplikaw għal:
tagħmir militari mhux letali, jew tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv jew għall-programmi tan-NU u tal-Unjoni ta’ żvilupp ta’ istituzzjonijiet, jew għal operazzjonijiet tal-UE u tan-NU ta’ maniġġar ta’ kriżijiet; jew
vetturi mhux tal-kumbattiment mgħammra b’materjal li jipprovdi protezzjoni ballistika, maħsuba biss għall-użu protettiv ta’ persunal tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha fil-Bjelorussja;
sakemm l-għoti tagħhom ikun ġie approvat minn qabel mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, kif identifikata fil-websites elenkati fl-Anness II.
Artikolu 2
▼M28 —————
Artikolu 2a
Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2) m’għandha tagħti lok għall-ebda tip ta’ responsabbiltà min-naħa tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati, jekk dawn ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom ikunu jiksru din il-projbizzjoni.
Artikolu 2b
Artikolu 3
B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fis-siti web elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, taħt tali kondizzjonijiet li jidhrilhom adatti, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma:
meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati ►M15 fl-Anness I ◄ u l-membri tal-familja dipendenti fuqhom, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka immobiljari, mediċini u kura medika, taxxi, poloz tal-assigurazzjoni, u l-ħlasijiet għall-użu ta’ servizzi pubbliċi;
maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta’ spejjeż li huma konnessi mal-forniment ta’ servizzi legali; jew
intiżi esklużivament għall-ħlas ta’ miżati jew kontijiet għal servizzi fil-pussess jew iż-żamma normali ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati.
Artikolu 4
L-Artikolu 2(2) ma għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta':
imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew
pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehim jew obbligazzjonijiet li kienu konklużi jew kreati qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament,
sakemm kwalunkwe tali imgħax, dħul ieħor u ħlasijiet jibqgħu soġġetti għall-Artikolu 2(1).
Artikolu 4a
B’deroga mill-Artikolu 2(1), fejn ħlas minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat ►M15 fl-Anness I ◄ ikun dovut taħt kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew obbligu li okkorra għall-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernat, qabel id-data li fiha dik il-persuna, l-entità jew il-korp ġiet indikata fil-lista, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fuq is-siti tal-Internet elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, taħt il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk:
l-awtorità kompetenti kkonċernata iddeterminat li l-ħlas mhuwiex direttament jew indirettament ta’ jew għall-benefiċċju tal-persuna entità jew korp elenkat ►M15 fl-Anness I ◄ ; u
l-Istat Membru kkonċernat għandu, mill-anaqs ġimagħtejn qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni, jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’dik id-determinazzjoni u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni.
Artikolu 4b
B’deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif indikat fuq is-siti elettroniċi elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, skont dawk il-kundizzjonijiet li jikkunsidraw xierqa, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma meħtieġa għall-finijiet uffiċjali ta’ missjonijiet diplomatiċi jew postijiet konsulari jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali li jgawdu minn immunitajiet f’konformità mal-liġi internazzjonali.
Artikolu 5
Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli rigward ir-rappurtaġġ, il-konfidenzjalità u s-segretezza professjonali, persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi għandhom:
jipprovdu immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti li jidhru fil-websajts elenkati fl-Anness II, fil-pajjiż fejn huma residenti jew ibbażati, b’kull informazzjoni li tiffaċilita l-osservanza ta’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati skond l-Artikolu 2, u għandhom jgħaddu din l-informazzjoni, direttament jew indirettament, lill-Kummissjoni; kif ukoll
jikkooperaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti li jidhru fil-websajts elenkati fl-Anness II fi kwalunkwe verifika ta’ din l-informazzjoni.
Artikolu 6
L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li wieħed jagħmel fondi jew riżorsi ekonomiċi disponibbli, magħmula fi bona fide u bil-konvinzjoni li tali azzjoni hi konformi ma' dan ir-Regolament, ma għandhomx joħolqu responsabbiltà ta' kwalunkwe tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika jew entità jew korp li jkunu qed jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati bħala riżultat ta' negliġenza.
Artikolu 7
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih dwar il-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe tagħrif rilevanti ieħor li jkollhom li jkollu x'jaqsam ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari tagħrif dwar problemi ta' ksur u infurzar u sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.
Artikolu 8
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Anness II fuq il-bażi ta’ informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.
Artikolu 8a
▼M28 —————
Artikolu 9
Artikolu 9a
Artikolu 9b
F’dan ir-Regolament, fejn ikun hemm rekwiżit li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata, infurmata jew li ssir xi komunikazzjoni oħra magħha, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li għandhom jintużaw għal din il-komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.
Artikolu 10
Dan ir-Regolament għandu japplika:
Artikolu 11
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Persuni msemmija fl-Artikolu 2(1)
Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2(1)
A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 2(1)
|
|
Ismijiet Traskrizzjoni ta' ortografija Bjelorussa Traskrizzjoni ta' ortografija Russa |
Ismijiet (ortografija Bjelorussa) |
Ismijiet (ortografija Russa) |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-elenkar |
|
1. |
Navumau, Uladzimir Uladzimiravich Naumov, Vladimir Vladimirovich |
НАВУМАЎ, Уладзімір Уладзіміравіч |
НАУМОВ, Владимир Владимирович |
Data tat-twelid: 7.2.1956, Post tat-twelid: Smolensk (Russja) |
Naqas milli jieħu azzjoni biex jinvestiga l-każ tal-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Eks Ministru tal-Intern u wkoll eks-Kap tas-Servizz tas-Sigurtà tal-President. Bħala Ministru tal-Intern huwa kien responsabbli għar-repressjoni matul id-dimostrazzjonijiet paċifiċi sakemm irtira fis-6 ta' April 2009 għal raġunijiet ta' saħħa. Ingħata residenza f'Minsk fid-distrett tan-nomenklatura Drozdy mill-Amministrazzjoni Presidenzjali. F'Ottubru 2014 ingħata l-Ordni “Għall-Mertu” grad III mill-President Lukashenka. |
|
2. |
Paulichenka, Dzmitry Valerievich Pavlichenko, Dmitri Valerievich (Pavlichenko, Dmitriy Valeriyevich) |
ПАЎЛІЧЭНКА, Дзмітрый Валер'евіч |
ПАВЛИЧЕНКО, Дмитрий Валериевич |
Data tat-twelid: 1966 Post tat-Twelid: Vitebsk Indirizz: Белорусская ассоциация ветеранов спецподразделений войск МВД “Честь” 220028, Минск Маяковского, 111 |
Persuna ċentrali fl-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u fl-2000. Kien Kap tal-Grupp ta' Reazzjoni Speċjali fil-Ministeru tal-Intern (SOBR). Negozjant, Kap tal-“Unur”, l-Assoċjazzjoni tal-Ministeru tal-Intern tal-veterani minn forzi speċjali tal-Ministeru tal-Intern. |
|
3. |
Sheiman, Viktar Uladzimiravich (Sheyman, Viktar Uladzimiravich) Sheiman, Viktor Vladimirovich (Sheyman, Viktor Vladimirovich) |
ШЭЙМАН, Bіктap Уладзіміравіч |
ШЕЙМАН, Виктор Владимирович |
Data tat-twelid: 26.5.1958, Post tat-Twelid: Hrodna region Indirizz: Управлениe Делами Президента ул. К.Маркса, 38 220016, г. Минск |
Kap tad-Dipartiment ta' Ġestjoni tal-Amministrazzjoni tal-President. Responsabbli għall-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u l-2000. Kien Segretarju tal-Kunsill tas-Sigurtà. Sheiman għadu Assistent Speċjali tal-President. |
|
4. |
Sivakau, Iury Leanidavich (Sivakau, Yury Leanidavich) Sivakov, Iury (Yurij, Yuri) Leonidovich |
СІВАКАЎ, Юрый Леанідавіч |
СИВАКОВ, Юрий Леонидович |
Data tat-twelid: 5.8.1946 Post tat-Twelid: Onory, Reġjun ta' Sakhalin Indirizz: Белорусская ассоциация ветеранов спецподразделений войск МВД “Честь” 220028, Минск Маяковского, 111 |
Organizza l-għajbien mhux solvut ta' Yuri Zakharenko, Viktor Gonchar, Anatoly Krasovski u Dmitri Zavadski fil-Bjelorussja fl-1999 u l-2000. Eks-Ministru għat-Turiżmu u l-Isport, eks-Ministru għall-Intern u eks-Viċi Kap tal-Amministrazzjoni Presidenzjali. |
|
5. |
Yuri Khadzimuratovich KARAEV
|
Юрый Хаджымуратавіч КАРАЕЎ |
Юрий Хаджимуратович КAPAEB |
Ministru għall-Intern, Maġġur Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija) Data tat-twelid: 21.6.1966 Post tat-twelid: Ordzhonikidze eks Unjoni Sovjetika issa Vladikavkaz, Federazzjoni Russa Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Ministru għall-Intern, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u ta' intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
|
6. |
Gennadi Arkadievich KAZAKEVICH
|
Генадзь Аркадзьевіч КАЗАКЕВІЧ |
Геннадий Аркадьевич КАЗАКЕВИЧ |
L-Ewwel Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern – Kap tal-Milizzja Kriminali, Kurunell tal-Milizzja (forza tal-pulizija) Data tat-twelid: 14.2.1975 Post tat-twelid: Minsk, ekx Unjoni Sovjetika (issa Belarussja). Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
|
7. |
Aleksandr Piotrovich BARSUKOV
|
Аляксандр Пятровіч БАРСУКОЎ |
Александр Петрович БАРСУКОВ |
Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern, Maġġur Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija) Data tat-twelid: 29.4.1965 Post tat-twelid: Vetkovski, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
|
8. |
Sergei Nikolaevich KHOMENKO
|
Сяргей Мікалаевіч ХАМЕНКА |
Сергей Николаевич ХОМЕНКО |
Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern, Maġġur Ġeneral tal-Milizzja (forza tal-pulizija) Data tat-twelid: 21.9.1966 Post tat-twelid: Yasinovataya eks Unjoni Sovjetika (issa l-Ukrajna) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
|
9. |
Yuri Genadzevich NAZARANKA Yuri Gennadievich NAZARENKO |
Юрый Генадзевіч НАЗАРАНКА |
Юрий Геннадьевич НАЗАРЕНКО |
Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, Kmandant tat-Truppi Interni Data tat-twelid: 17.4.1976 Post tat-twelid: Slonim, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi Ministru fil-Ministeru għall-Intern u Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Intern, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern, b'mod partikolari t-Truppi Interni taħt il-kmand tiegħu, wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
|
10. |
Khazalbek Baktibekavich ATABEKAU Khazalbek Bakhtibekovich ATABEKOV |
Хазалбек Бактібекавіч АТАБЕКАЎ |
Хазалбек Бахтибекович АТАБЕКОВ |
Viċi Kmandant tat-Truppi Interni Data tat-twelid: 18.3.1967 Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Intern (MoIA),, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern, b'mod partikolari t-Truppi Interni taħt il-kmand tiegħu, wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
|
11. |
Aliaksandr Valerievich BYKAU Alexander Valerievich BYKOV |
Аляксандр Валер’евіч БЫКАЎ |
Александр Валерьевич БЫКОВ |
Kmandant tal-Unità Speċjali ta' Reazzjoni Rapida (SOBR), Logutenent Kurunell Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kmandant tal-Unità Speċjali ta' Reazzjoni Rapida – (SOBR) tal-Ministeru għall-Intern, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-SOBR wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi. |
|
12. |
Aliaksandr Sviataslavavich SHEPELEU Alexander Svyatoslavovich SHEPELEV |
Аляксандр Святаслававіч ШЭПЕЛЕЎ |
Александр Святославович ШЕПЕЛЕВ |
Kap tad-Dipartiment għas-Sikurezza u s-Sigurtà, Ministeru għall-Intern, Data tat-twelid: 14.10.1975 Post tat-twelid: ir-raħal ta' Rublevsk, distrett ta' Kruglyanskiy, reġjun ta' Mogilev, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni għolja tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment għas-Sikurezza u s-Sigurtà fil-Ministeru għall-Interni, huwa involut fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
|
13. |
Dzmitry Uladzimiravich BALABA Dmitry Vladimirovich BALABA |
Дзмітрый Уладзіміравіч БАЛАБА |
Дмитрий ВладимировичБАЛАБА |
Kap tal-OMON “Taqsima Distakkata Speċjali tal-Milizzja”) għall-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk, Data tat-twelid: 1.6.1972 Post tat-twelid: ir-raħal ta' Gorodilovo, reġjun ta' Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fuq il-forzi tal-OMON f'Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-OMON f'Minsk wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
|
14. |
Ivan Uladzimiravich KUBRAKOU Ivan Vladimirovich KUBRAKOV |
Іван Уладзіміравіч КУБРАКОЎ |
Иван Владимирович КУБРАКОВ |
Kap tad-Direttorat Prinċipali għall-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk Data tat-twelid: 5.5.1975 Post tat-twelid: il-villaġġ ta' Malinovka, Mogilev Oblast, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' Kap tad-Direttorat Prinċipali għall-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta' Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-Ministeru għall-Intern wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
|
15. |
Maxim Aliaksandravich GAMOLA Maxim Alexandrovich GAMOLA |
Максім Аляксандравіч ГАМОЛА |
Максим Александрович ГАМОЛА |
Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f'dak id-distrett kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. |
|
16. |
Aliaksandr Mikhailavich ALIASHKEVICH Alexander Mikhailovich ALESHKEVICH |
Аляксандр Міхайлавіч АЛЯШКЕВIЧ |
Александр Михайлович АЛЯШКЕВІЧ |
L-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Intern fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk, Kap tal-Pulizija Kriminali Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Intern fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk u Kap tal-Pulizija Kriminali, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni f'dak id-distrett kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. |
|
17. |
Andrei Vasilievich GALENKA Andrey VasilievichGALENKA |
Андрэй Васільевіч ГАЛЕНКА |
Андрей Васильевич ГАЛЕНКА |
Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Intern fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk, Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Intern fid-Distrett ta' Moskovski, Minsk u Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f'dak id-distrett kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. |
|
18. |
Aliaksandr Paulavich VASILIEU Alexander Pavlovich VASILIEV |
Аляксандр Паўлавіч ВАСІЛЬЕЎ |
Александр Павлович ВАСИЛЬЕВ |
Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast Data tat-twelid: 24.3.1975 Post tat-twelid: Mahilou/Mogilev, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni f'dak ir-reġjun kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. |
|
19. |
Aleh Mikalaevich SHULIAKOUSKI Oleg Nikolaevich SHULIAKOVSKI |
Алег Мікалаевіч ШУЛЯКОЎСКІ |
Олег Николаевич ШУЛЯКОВСКИЙ |
L-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast, Kap tal-Pulizija Kriminali Data tat-twelid: 26.7.1977 Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast u Kap tal-Pulizija Kriminali, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f'dak ir-reġjun kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. |
|
20. |
Anatol Anatolievich VASILIEU Anatoli Anatolievich VASILIEV |
Анатоль АнатолЬ ьевіч ВАСІЛЬЕЎ |
Анатолий Анатольевич ВАСИЛЬЕВ |
Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast, Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika Data tat-twelid: 26.1.1972 Post tat-twelid: Gomel/Homyel, Gomel/Homyel Oblast, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Gomel/Homyel Oblast u Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f'dak ir-reġjun kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. |
|
21. |
Aliaksandr Viachaslavavich ASTREIKA Alexander Viacheslavovic ASTREIKO |
Аляксандр Вячаслававіч АСТРЭЙКА |
Александр Вячеславович АСТРЕЙКО |
Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Brest Oblast, Maġġur-Ġeneraltal-Milizja (forza tal-pulizija) Data tat-twelid: 22.12.1971 Post tat-twelid: Kapyl, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarus) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Intern tal-Kumitat Eżekuttiv ta' Brest Oblast u Maġġur-Ġeneral tal-Milizja, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija f'dak ir-reġjun kontra dimostranti paċifiċi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u l-użu eċċessiv ta' forza u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura. |
|
22. |
Leanid ZHURAUSKI Leonid ZHURAVSKI |
Леанід ЖУРАЎСКІ |
Леонид ЖУРАВСКИЙ |
Kap ta' OMON ( ‘Stakkament tal-Pulizija għal Skopijiet Speċjali) f'Vitebsk/Viciebsk Data tat-twelid: 20.9.1975 Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fuq il-forzi tal-OMON f'Vitebsk/Viciebsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi OMON f'Vitebsk wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin ta' dimostranti paċifiċi. |
|
23. |
Mikhail DAMARNACKI Mikhail DOMARNATSKY |
Міхаіл ДАМАРНАЦКІ |
Михаил ДОМАРНАЦКИЙ |
Kap ta' OMON ( ‘Stakkament tal-Pulizija għal Skopijiet Speċjali) f'Gomel/Homyel Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fuq il-forzi tal-OMON f'Gomel/Homyel, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi OMON f'Gomel/Homyel wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin ta' dimostranti paċifiċi. |
|
24. |
Maxim MIKHOVICH Maxim MIKHOVICH |
Максім МІХОВІЧ |
Максим МИХОВІЧ |
Kap ta' OMON ( Stakkament tal-Pulizija għal Skopijiet Speċjali) fi Brest, Logutenent Kurunell Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fuq il-forzi tal-OMON fi Brest, huwa responsabbli għall-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-OMON fi Brest wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin ta' dimostranti paċifiċi. |
|
25. |
Aleh Uladzimiravich MATKIN Oleg Vladimirovitch MATKIN |
Алег Уладзіміравіч МАТКІН |
Олег Владимирович МАТКИН |
Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali fil-Ministeru għall-Intern, (MoIA), Maġġur-Ġeneral tal-Milizja (forza tal-pulizija) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment Korrettiv Penali li għandu awtorità fuq il-faċilitajiet ta' detenzjoni tal-Ministeru għall-Intern, huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, fuq ċittadini detenuti f'dawk il-faċilitajiet ta' detenzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u għar-repressjoni brutali ġenerali fuq dimostranti paċifiċi. |
|
26. |
Ivan Yurevich SAKALOUSKI Ivan Yurievich SOKOLOVSKI |
Іван Юр’евіч САКАЛОЎСКІ |
Иван Юрьевич СОКОЛОВСКИЙ |
Direttur taċ-ċentru ta' detenzjoni Akrestina, Minsk Ġeneru: maskil |
Fil-kapaċità tiegħu bħala Direttur taċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Akrestina f'Minsk, huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż tortura, imwettaq fuq ċittadini detenuti fiċ-ċentru ta' detenzjoni Akrestina wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. |
|
27. |
Valeri Paulavich VAKULCHYK Valery Pavlovich VAKULCHIK |
Валéрый Пáўлавіч |
Валерий Павлович ВАКУЛЬЧИК |
Eks President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB). Attwalment Segretarju tal-Istat tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Belarussja Data tat-twelid: 19.6.1964 Post tat-twelid: Radostovo, eks Unjoni Sovjetika) (issa Belarussja. Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija li kellu bħala President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), kien responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni. |
|
28. |
Siarhei Yaugenavich TSERABAU Sergey Evgenievich TEREBOV |
Сяргей Яўгенавіч ЦЕРАБАЎ |
Сергей Евгеньевич ТЕРЕБОВ |
L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB) Data tat-twelid: 1972 Post tat-twelid: Borisov/Barisaw, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni. |
|
29. |
Dzmitry Vasilievich RAVUTSKI Dmitry Vasilievich REUTSKY |
Дзмітрый Васільевіч РАВУЦКІ |
Дмитрий Васильевич РЕУЦКИЙ |
Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni. |
|
30. |
Uladzimir Viktaravich KALACH Vladimir Viktorovich KALACH |
Уладзімір Віктаравіч КАЛАЧ |
Владимир Викторович КАЛАЧ |
Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB). Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni. |
|
31. |
Alieg Anatolevich CHARNYSHOU Oleg Anatolievich CHERNYSHEV |
Алег Анатольевіч ЧАРНЫШОЎ |
Олег Анатольевич ЧЕРНЫШЁВ |
Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB). Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta' tmexxija tiegħu bħala Viċi President tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Istat (KGB), huwa responsabbli għall-parteċipazzjoni tal-KGB fil-kampanja ta' repressjoni u intimidazzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b'mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta' dimostranti paċifiċi u membri tal-oppożizzjoni. |
|
32. |
Aliaksandr Uladzimiravich KANYUK Aleksandr Vladimirovich KONYUK |
Аляксандр Уладзімiравіч КАНЮК |
Александр Владимирович КОНЮК |
Eks Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Belarussja. Data tat-twelid: 11.7.1960, Post tat-twelid: Hrodna/Grodno,, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarus) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala Prosekutur Ġenerali, huwa responsabbli għall-użu mifrux ta' proċeduri kriminali biex jiġu skwalifikati kandidati tal-oppożizzjoni qabel l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u biex persuni ma jitħallewx jingħaqdu mal-Kunsill ta' Koordinazzjoni mniedi mill-oppożizzjoni biex jikkontesta l-eżitu tal-elezzjoni. |
|
33. |
Lidzia Mihailauna YARMOSHINA Lidia Mikhailovna YERMOSHINA |
Лідзія Міхайлаўна ЯРМОШЫНА |
Лидия Михайловна ЕРМОШИНА |
President tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 29.1.1953; Post tat-twelid: Slutsk, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja. Ġeneru: femminil |
Bħala President tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u t-tmexxija tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
|
34. |
Vadzim Dzmitryevich IPATAU Vadim Dmitrievich IPATOV |
Вадзім Дзмітрыевіч ІПАТАЎ |
Вадим Дмитриевич ИПАТОВ |
Viċi President tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 30.10.1964 Post tat-twelid: Kolomyia, Ivano-Frankivsk Oblast, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Ukrajna Ġeneru: maskil |
Bħala Viċi President tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u t-tmexxija tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
|
35. |
Alena Mikalaeuna DMUHAILA Elena Nikolaevna DMUHAILO |
Алена Мікалаеўна ДМУХАЙЛА |
Елена Николаевна ДМУХАЙЛО |
Segretarja tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 1.7.1971; Ġeneru: femminil |
Bħala Segretarja tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u t-tmexxija tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
|
36. |
Andrei Anatolievich GURZHY Andrey Anatolievich GURZHIY |
Андрэй Анатольевіч ГУРЖЫ |
Андрей Анатольевич ГУРЖИЙ |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 10.10.1975 Ġeneru: maskil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
|
37. |
Volga Leanidauna DARASHENKA Olga Leonidovna DOROSHENKO |
Вольга Леанідаўна ДАРАШЭНКА |
Ольга Леонидовна ДОРОШЕНКО |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 1976 Ġeneru: femminil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
|
38. |
Siarhei Aliakseevich KALINOUSKI Sergey Alekseevich KALINOVSKIY |
Сяргей Аляксеевіч КАЛІНОЎСКІ |
Сергей Алексеевич КАЛИНОВСКИЙ |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 3.1.1969 Ġeneru: maskil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
|
39. |
Sviatlana Piatrouna KATSUBA Svetlana Petrovna KATSUBO |
Святлана Пятроўна КАЦУБА |
Светлана Петровна КАЦУБО |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 6.8.1959 Post tat-twelid: Podilsk, Odessa Oblast, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Ukrajna) Ġeneru: femminil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
|
40. |
Aliaksandr Mikhailavich LASYAKIN Alexander Mikhailovich LOSYAKIN |
Аляксандр Міхайлавіч ЛАСЯКІН |
Александр Михайлович ЛОСЯКИН |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 21.7.1957 Ġeneru: maskil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
|
41. |
Ihor Anatolievich PLYSHEVSKIY Igar Anatolievich PLYSHEUSKI Ihor Anatolievich PLYSHEVSKIY |
Ігар Анатольевіч ПЛЫШЭЎСКІ |
Игорь Анатольевич ПЛЫШЕВСКИЙ |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 19.2.1979 Post tat-twelid: Lyuban, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
|
42. |
Marina Yureuna RAKHMANAVA Marina Yurievna RAKHMANOVA |
Марына Юр'еўна РАХМАНАВА |
Марина Юрьевна РАХМАНОВА |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 26.9.1970 Ġeneru: femminil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
|
43. |
Aleh Leanidavich SLIZHEUSKI Oleg Leonidovich SLIZHEVSKI |
Алег Леанідавiч СЛIЖЭЎСКІ |
Олег Леонидович СЛИЖЕВСКИЙ |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 16.8.1972 Post tat-twelid: Hrodna/Grodno, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: maskil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, huwa responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
|
44. |
Irina Aliaksandrauna TSELIKAVETS Irina Alexandrovna TSELIKOVEC |
Ірына Аляксандраўна ЦЭЛІКАВЕЦ |
Ирина Александровна ЦЕЛИКОВЕЦ |
Membru tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC), Data tat-twelid: 2.11.1976 Post tat-twelid: Zhlobin, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Ġeneru: femminil |
Bħala membru tal-kulleġġ tas-CEC, hija responsabbli għall-irregolarità, min-naħa tagħha, tal-proċess elettorali presidenzjali tal-2020, in-nonkonformità tagħha mal-istandards internazzjonali bażiċi tal-ġustizzja u t-trasparenza u l-falsifikazzjoni, min-naħa tagħha, tar-riżultati tal-elezzjoni. B'mod partikolari, is-CEC u l-kulleġġ tagħha organizzaw l-esklużjoni ta' xi kandidati tal-oppożizzjoni abbażi ta' raġunijiet foloz u għamlu restrizzjonijiet sproporzjonati fuq l-osservaturi fil-postijiet tal-votazzjoni. Is-CEC aċċertat ukoll li l-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali taħt is-superviżjoni tagħha tkun żbilanċjata. |
|
45. |
Alіaksandr Ryhoravіch LUKASHENKA Alexandr Grіgorievіch LUKASHENKO |
Аляксандр Рыгоравіч ЛУКАШЭНКА |
Александр Григорьевич ЛУКАШЕНКО |
President tar-Repubblika tal-Belarussja Data tat-twelid: 30.8.1954 Post tat-twelid: Kopys settlement, Vitebsk/Viciebsk Oblast, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Belarussja) Ġeneru: maskil |
Bħala l-President tal-Belarussja b’awtorità fuq il-korpi statali, huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti mwettqa mill-apparat tal-Istat qabel u wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-esklużjoni ta’ kandidati ewlenin tal-oppożizzjoni, arresti arbitrarji u l-maltrattament ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
|
46. |
Viktar Aliaksandravich LUKASHENKA Viktor Aleksandrovich LUKASHENKO |
Віктар Аляксандравіч ЛУКАШЭНКА |
Виктор Александрович ЛУКАШЕНКО |
Konsulent tal-President dwar is-Sigurtà Nazzjonali, Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Data tat-twelid: 28.11.1975 Post tat-twelid: Mogilev/Mahiliou (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Konsulent tal-President dwar is-Sigurtà Nazzjonali u Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, kif ukoll il-pożizzjoni superviżorja informali tiegħu fuq il-forzi tas-sigurtà tal-Belarussja, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti. |
|
47. |
Ihar Piatrovich SERGYAENKA Igor Petrovich SERGEENKO |
Ігар Пятровіч СЕРГЯЕНКА |
Игорь Петрович СЕРГЕЕНКО |
Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali Data tat-twelid: 14.1.1963 Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Stolitsa fl-Oblast ta’ Vitebsk/Viciebsk (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tal-Persunal tal-Amministrazzjoni Presidenzjali, huwa assoċjat mill-qrib mal-President u responsabbli milli tiġi żgurata l-implimentazzjoni tas-setgħat presidenzjali fil-qasam tal-politika domestika u barranija. Għaldaqstant qiegħed jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka, inkluż fil-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. |
|
48. |
Ivan Stanislavavich TERTEL Ivan Stanislavovich TERTEL |
Іван Станіслававіч ТЭРТЭЛЬ |
Иван Станиславович ТЕРТЕЛЬ |
President tal-KGB, eks President tal-Kumitat ta’ Kontroll Statali Data tat-twelid: 8.9.1966 Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Privalki/Privalka fl-Oblast ta’ Hrodna/Grodno (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala President tal-Kumitat tas-Sigurtà Statali KGB u fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala l-President tal-Kumitat ta’ Kontroll Statali, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti. |
|
49. |
Raman Ivanavich MELNIK Roman Ivanovich MELNIK |
Раман Іванавіч МЕЛЬНІК |
Роман Иванович МЕЛЬНИК |
Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Protezzjoni tal-Ordni Pubbliku u l-Prevenzjoni fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, Data tat-twelid: 29.5.1964 Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Protezzjoni tal-Ordni Pubbliku u l-Prevenzjoni fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti. |
|
50. |
Ivan Danilavіch NASKEVІCH Ivan Danilovіch NOSKEVІCH |
Іван Данiлавіч НАСКЕВІЧ |
Иван Данилович НОСКЕВИЧ |
President tal-Kumitat Investigattiv Data tat-twelid: 25.3.1970 Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Cierabličy fl-Oblast ta’ Brest (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-President tal-Kumitat Investigattiv, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-Kumitat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, partikularment minħabba l- ►C6 investigazzjonijiet li nbdew kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni u d-dimostranti paċifiċi. ◄ |
|
51. |
Aliaksey Aliaksandravich VOLKAU Alexey Aleksandrovich VOLKOV |
Аляксей Аляксандравіч ВОЛКАЎ |
Алексей Александрович ВОЛКОВ |
Eks l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat Investigattiv, attwalment President tal-Kumitat tal-Istat għall-Għarfien Espert fil-Forensika Data tat-twelid: 7.9.1973 Post tat-twelid: Minsk (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta’ tmexxija bħala l-Ewwel Viċi President tal-Kumitat Investigattiv, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-Kumitat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, partikularment minħabba l- ►C6 investigazzjonijiet li nbdew kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni u d-dimostranti paċifiċi. ◄ |
|
52. |
Siarhei Yakaulevich AZEMSHA Sergei Yakovlevich AZEMSHA |
Сяргей Якаўлевіч АЗЕМША |
Сергей Яковлевич АЗЕМША |
Viċi President tal-Kumitat Investigattiv Data tat-twelid: 17.7.1974 Post tat-twelid: Rechitsa, Oblast ta’ Gomel (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Viċi President tal-Kumitat Investigattiv, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-Kumitat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, partikularment minħabba l- ►C6 investigazzjonijiet li nbdew kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni u d-dimostranti paċifiċi. ◄ |
|
53. |
Andrei Fiodaravich SMAL Andrei Fyodorovich SMAL |
Андрэй Фёдаравіч СМАЛЬ |
Андрей Федорович СМАЛЬ |
Viċi President tal-Kumitat Investigattiv Data tat-twelid: 1.8.1973 Post tat-twelid: Brest (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Viċi President tal-Kumitat Investigattiv, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-Kumitat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, partikularment minħabba l- ►C6 investigazzjonijiet li nbdew kontra l-Kunsill ta’ Koordinazzjoni u d-dimostranti paċifiċi. ◄ |
|
54. |
Andreі Yurevіch PAULIUCHENKA Andreі Yurevіch PAVLYUCHENKO |
Андрэй Юр’евіч П АЎЛЮЧЕНКА |
Андрей Юрьевич ПАВЛЮЧЕНКО |
Kap taċ-Ċentru Operazzjonali-Analitiku Data tat-twelid: 1.8.1971 Ġeneru: maskil: |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Kap taċ-Ċentru Operazzjonali-Analitiku, huwa assoċjat mill-qrib mal-President u responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari billi xekkel il-konnessjoni man-networks tat-telekomunikazzjoni bħala għodda ta’ repressjoni tas-soċjetà ċivili, tad-dimostranti paċifiċi u tal-ġurnalisti. |
|
55. |
Ihar Ivanavich BUZOUSKI Igor Ivanovich BUZOVSKI |
Ігар Іванавіч БУЗОЎСКІ |
Игорь Иванович БУЗОВСКИЙ |
Viċi Ministru għall-Informazzjoni Data tat-Twelid: 10.7.1972 Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Koshelevo, ir-reġjun ta’ Grodno/Hrodna (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala Viċi Ministru għall-Informazzjoni, huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, partikularment bid-deċiżjoni tal-Ministeru għall-Informazzjoni li jwaqqaf l-aċċess għal siti web indipendenti u jillimita l-aċċess għall-Internet fil-Belarussja wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, bħala għodda ta’ repressjoni tas-soċjetà ċivili, tad-dimostranti paċifiċi u tal-ġurnalisti. |
|
56. |
Natallia Mikalaeuna EISMANT Natalia Nikolayevna EISMONT Natalia Nikolayevna EISMONT |
Наталля Мікалаеўна ЭЙСМАНТ |
Наталья Николаевна ЭЙСМОНТ |
Segretarju tal-Istampa tal-President tal-Belarussja Data tat-twelid: 16.2.1984 Post tat-twelid: Minsk (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja) Kunjom tax-xbubija: Kirsanova (RU: Кирсанова) jew Selyun (RU Селюн) Ġeneru: femminili |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala Segretarju tal-Istampa tal-President tal-Belarussja, hija assoċjata mill-qrib mal-President u hija responsabbli mill-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-media tal-President, fosthom l-abbozzar ta’ stqarrijiet u l-organizzazzjoni ta’ dehriet pubbliċi. Għaldaqstant qed tappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka, inkluż fil-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. B’mod partikolari, bl-istqarrijiet pubbliċi tagħha fejn iddefendiet lill-President u kkritikat l-attivisti tal-oppożizzjoni kif ukoll id-dimostranti paċifiċi, li għamlet wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, ikkontribwiet biex jiddgħajfu serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja. |
|
57. |
Siarhei Yaugenavich ZUBKOU Sergei Yevgenevich ZUBKOV |
Сяргей Яўгенавіч ЗУБКОЎ |
Сергей Евгеньевич ЗУБКОВ |
Kmandant tal-Unità Alfa Data tat-twelid: 21.8.1975 Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni ta’ kmand tiegħu fuq il-forzi tal-Unità Alfa, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni li twettqet minn dawn il-forzi wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti. |
|
58. |
Andreі Aliakseevіch RAUKOU Andreі Alekseevіch RAVKOV |
Андрэй Аляксеевіч РАЎКОЎ |
Андрей Алексеевич РАВКОВ |
Eks Segretarju tal-Istat tal-Kunsill tas-Sigurtà Data tat-twelid: 25.6.1967 Post tat-twelid: il-villaġġ ta’ Revyaki, Oblast ta’ Vitebsk/Viciebsk (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja) Ġeneru: maskil |
Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu ta’ Segretarju tal-Istat tal-Kunsill tas-Sigurtà, huwa assoċjat mill-qrib mal-President u huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni li twettqet mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll l-intimidazzjoni u l-vjolenza fuq il-ġurnalisti. |
|
59. |
Pyotr Piatrovich MIKLASHEVICH Petr Petrovich MIKLASHEVICH |
Пётр Пятровіч МIКЛАШЭВІЧ |
Петр Петрович МИКЛАШЕВИЧ |
President tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja Data tat-twelid: 18.10.1954 Post tat-twelid: Oblast ta’ Minsk (eks Unjoni Sovjetika, issa l-Belarussja) Ġeneru: Maskil |
Bħala l-President tal-Qorti Kostituzzjonali, huwa responsabbli għad-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali adottata fil-25 ta’ Awwissu 2020, li permezz tagħha ġew leġittimizzati r-riżultati tal-elezzjonijiet frodulenti. Għaldaqstant appoġġa u ffaċilita azzjonijiet ta’ kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mill-apparat tal-Istat kontra dimostranti paċifiċi u ġurnalisti u huwa għaldaqstant responsabbli għad-dgħajfien serju tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja. |
|
60. |
Anatol Aliaksandravich SIVAK Anatoli Aleksandrovich SIVAK |
Анатоль Аляксандравiч СIВАК |
Анатолий Александрович СИВАК |
Viċi Prim Ministru, eks President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta’ Minsk Data tat-twelid: 19.7.1962 Post tat-twelid: Zavoit, Distrett ta’ Narovlya, Gomel/Homyel Oblast, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Belarussja) Sess: raġel |
Fil-kapaċità ta’ tmexxija preċedenti tiegħu bħala President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta’ Minsk, huwa kien responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat lokali f’Minsk taħt is-sorveljanza tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. Huwa għamel bosta dikjarazzjonijiet pubbliċi li fihom ikkritika l-protesti paċifiċi li kienu qed iseħħu fil-Belarussja. Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija attwali tiegħu bħala Viċi Prim Ministru huwa jkompli jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka. |
|
61. |
Ivan Mikhailavich EISMANT Ivan Mikhailavich EISMONT |
Iван Мiхайлавiч ЭЙСМАНТ |
Иван Михайлович ЭЙСМОНТ |
President tal-Kumpannija Nazzjonali tat-Televiżjoni u tar-Radju tal-Istat, Kap tal-Kumpannija Belteleradio Data tat-twelid: 20.1.1977 Post tat-twelid: Grodno//Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni attwali tiegħu bħala l-Kap tal-Kumpannija tat-Televiżjoni u tar-Radju tal-Istat tal-Belarussja, huwa responsabbli għat-tixrid tal-propaganda tal-istat fil-media pubblika u jkompli jappoġġa lir-reġim ta’ Lukashenka. Dan jinkludi l-użu ta’ mezzi tal-media biex tiġi appoġġata l-kontinwazzjoni tal-mandat tal-President, minkejja l-elezzjonijiet presidenzjali frawdolenti li saru fid-9 ta’ Awwissu 2020, u r-repressjoni vjolenti sussegwenti u ripetuta fuq protesti paċifiċi u leġittimi. Eismont għamel dikjarazzjonijiet pubbliċi li fihom kkritika tad-dimostranti paċifiċi u rrifjuta li jipprovdi rappurtaġġ mill-mezzi tax-xandir tal-protesti. Taħt it-tmexxija tiegħu, huwa keċċa wkoll lill-impjegati tal-Kumpannija Belteleradio li ħadu sehem fi strajk, u b’hekk huwa responsabbli għal ksur ta’ drittijiet tal-bniedem. |
|
62. |
Uladzimir Stsiapanavich KARANIK Vladimir Stepanovich KARANIK |
Уладзiмiр Сцяпанавiч КАРАНIК |
Владимир Степанович КАРАНИК |
Gvernatur ta’ Grodno/Hrodna Oblast, eks Ministru għall-Kura tas-Saħħa Data tat-twelid: 30.11.1973 Post tat-twelid: Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Belarussja Sess: raġel) |
Fil-kapaċità ta’ tmexxija preċedenti tiegħu bħala l-Ministru għall-Kura tas-Saħħa, huwa kien responsabbli għall-użu tas-servizzi tal-kura tas-saħħa għar-repressjoni tad-dimostranti paċifiċi, inkluż bl-użu ta’ ambulanzi biex jittrasportaw lil dimostranti li kienu jeħtieġu assistenza medika lejn swali ta’ iżolament, minflok lejn sptarijiet. Huwa għamel bosta dikjarazzjonijiet pubbliċi li fihom ikkritika l-protesti paċifiċi li kienu qed iseħħu fil-Belarussja, u darba minnhom akkuża lil dimostrant li kien qiegħed taħt l-influwenza tax-xorb jew tad-drogi. Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija attwali tiegħu bħala l-Gvernatur ta’ Grodno/Hrodna Oblast huwa jkompli jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka. |
|
63. |
Natallia Ivanauna KACHANAVA Natalia Ivanovna KOCHANOVA |
Наталля Iванаўна КАЧАНАВА |
Наталья Ивановна КОЧАНОВА |
President tal-Kunsill tar-Repubblika tal-Assemblea Nazzjonali tal-Belarussja Data tat-twelid: 25.9.1960 Post tat-twelid: Polotsk, Oblast ta’ Vitebsk/Viciebsk, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Belarussja) Sess: mara |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija attwali tagħha bħala President tal-Kunsill tar-Repubblika tal-Assemblea Nazzjonali tal-Belarussja, hija responsabbli talli appoġġat id-deċiżjonijiet tal-President fil-qasam tal-politika domestika. Hija wkoll responsabbli għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet frawdolenti li saru fid-9 ta’ Awwissu 2020. Hija għamlet dikjarazzjonijiet pubbliċi li fihom iddefendiet ir-repressjoni brutali tal-apparat tas-sigurtà fuq dimostranti paċifiċi. |
|
64. |
Pavel Mikalaevich LIOHKI Pavel Nikolaevich LIOHKI |
Павел Мiкалаевiч ЛЁГКI |
Павел Николаевич ЛЁГКИЙ |
L-Ewwel Viċi Ministru għall-Informazzjoni Data tat-twelid: 30.5.1972 Post tat-twelid: Baranavichy, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Ministru għall-Informazzjoni, huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, u b’mod partikolari għad-deċiżjoni tal-Ministeru għall-Informazzjoni li jitwaqqaf l-aċċess għal siti web indipendenti u jillimita l-aċċess għall-Internet fil-Belarussja wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, bħala għodda ta’ repressjoni tas-soċjetà ċivili, tad-dimostranti paċifiċi u tal-ġurnalisti. |
|
65. |
Ihar Uladzimiravich LUTSKY Igor Vladimirovich LUTSKY |
Iгар Уладзiмiравiч ЛУЦКI |
Игорь Владимирович ЛУЦКИЙ |
Ministru għall-Informazzjoni Data tat-twelid: 31.10.1972 Post tat-twelid: Stolin, Oblast ta’ Brest, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala Ministru għall-Informazzjoni, huwa responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili, u b’mod partikolari għad-deċiżjoni tal-Ministeru għall-Informazzjoni li jitwaqqaf l-aċċess għal siti web indipendenti u jillimita l-aċċess għall-Internet fil-Belarussja wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, bħala għodda ta’ repressjoni tas-soċjetà ċivili, tad-dimostranti paċifiċi u tal-ġurnalisti. |
|
66. |
Andrei Ivanavich SHVED Andrei Ivanovich SHVED |
Андрэй Iванавiч ШВЕД |
Андрей Иванович ШВЕД |
Prosekutur Ġenerali tal-Belarussja Data tat-twelid: 21.4.1973 Post tat-twelid: Glushkovichi, Oblast ta’ Gomel/Homyel, eks Unjoni Sovjetika (issa Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Prosekutur Ġenerali tal-Belarussja, huwa responsabbli għar-repressjoni li għaddejja tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, b’mod partikolari għat-tnedija ta’ bosta proċedimenti kriminali kontra dimostranti paċifiċi, mexxejja tal-oppożizzjoni u ġurnalisti wara l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020. Huwa għamel ukoll dikjarazzjonijiet pubbliċi li fihom hedded lil dawk li pparteċipaw f“manifestazzjonijiet mhux awtorizzati’ b’kastig. |
|
67. |
Genadz Andreevich BOGDAN Gennady Andreievich BOGDAN |
Генадзь Андрэевiч БОГДАН |
Геннадий Андреевич БОГДАН |
Viċi Kap tad-Direttorat tal-Ġestjoni tal-Proprjetà tal-President tal-Belarussja Data tat-twelid: 8.1.1977 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni tiegħu ta’ Viċi Kap tad-Direttorat tal-Ġestjoni tal-Proprjetà tal-President tal-Belarussja, huwa jissorvelja l-funzjonament ta’ bosta intrapriżi. Il-korp taħt it-tmexxija tiegħu jipprovdi appoġġ finanzjarju, materjali u tekniku, soċjali, domestiku u mediku lill-apparat tal-istat u l-awtoritajiet repubblikani. Huwa assoċjat mill-qrib mal-President u għadu jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka. |
|
68. |
Ihar Paulavich BURMISTRAU Igor Pavlovich BURMISTROV |
Iгар Паўлавiч БУРМIСТРАЎ |
Игорь Павлович БУРМИСТРОВ |
Kap tal-Persunal u l-Ewwel Viċi Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni Data tat-twelid: 30.9.1968 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala l-Ewwel Viċi Kmandant tat-Truppi Interni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mit-Truppi Interni taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari għall-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. |
|
69. |
Arciom Kanstantinavich DUNKA Artem Konstantinovich DUNKO |
Арцём Канстанцiнавiч ДУНЬКА |
Артем Константинович ДУНЬКО |
Spettur Anzjan għal Kwistjonijiet Speċjali tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat Data tat-twelid: 8.6.1990 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala Spettur Anzjan għal Kwistjonijiet Speċjali tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji tal-Kumitat tal-Kontroll tal-Istat, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat tal-Istat wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-investigazzjonijiet imnedija dwar il-mexxejja u l-attivisti tal-oppożizzjoni. |
|
70. |
Aleh Heorhievich KARAZIEI Oleg Georgevich KARAZEI |
Алег Георгiевiч КАРАЗЕЙ |
Олег Георгиевич КАРАЗЕЙ |
Kap tad-Dipartiment tal-Prevenzjoni tad-Dipartiment Ewlieni tal-Infurzar tal-Liġi u l-Prevenzjoni tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni Data tat-twelid: 1.1.1979 Post tat-twelid: Oblast ta’ Minsk, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Prevenzjoni tad-Dipartiment Ewlieni tal-Infurzar tal-Liġi u l-Prevenzjoni tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza fuq il-ġurnalisti. |
|
71. |
Dzmitry Aliaksandravich KURYAN Dmitry Aleksandrovich KURYAN |
Дзмiтрый Аляксандравiч КУРЯН |
Дмитрий Александрович КУРЯН |
Kurunell tal-Pulizija, Viċi Kap tad-Dipartiment Ewlieni u Kap tad-Dipartiment tal-Infurzar tal-Liġi fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni Data tat-twelid: 3.10.1974 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala Kurunell tal-Pulizija u Viċi Kap tad-Dipartiment Ewlieni u Kap tad-Dipartiment tal-Infurzar tal-Liġi fil-Ministeru għall-Affarijiet Interni, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, tad-dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza fuq il-ġurnalisti. |
|
72. |
Aliaksandr Henrykavich TURCHIN Aleksandr Henrihovich TURCHIN |
Аляксандр Генрыхавiч ТУРЧЫН |
Александр Генрихович ТУРЧИН |
President tal-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali ta’ Minsk Data tat-twelid: 2.7.1975 Post tat-twelid: Novogrudok, Oblast ta’ Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-President tal-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali ta’ Minsk, huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-amministrazzjoni lokali, inkluż numru ta’ kumitati. Huwa għalhekk qed jappoġġa r-reġim ta’ Lukashenka. |
|
73. |
Dzmitry Mikalaevich SHUMILIN Dmitry Nikolayevich SHUMILIN |
Дзмiтрый Мiкалаевiч ШУМIЛIН |
Дмитрий Николаевич ШУМИЛИН |
Viċi Kap tad-dipartiment għall-avvenimenti tal-massa tal-GUVD (id-Dipartiment Ewlieni tal-Affarijiet Interni) tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta’ Minsk Data tat-twelid: 26.7.1977 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kap tad-dipartiment għall-avvenimenti tal-massa tal-GUVD tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Belt ta’ Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-apparat lokali wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. Huwa ddokumentat li qed jieħu sehem personalment fid-detenzjoni illegali ta’ dimostranti paċifiċi. |
|
74. |
Vital Ivanavich STASIUKEVICH Vitalyi Ivanovich STASIUKEVICH |
Вiталь Iванавiч СТАСЮКЕВIЧ |
Виталий Иванович СТАСЮКЕВИЧ |
Viċi Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika fi Grodno/Hrodna Data tat-twelid: 5.3.1976 Post tat-twelid: Grodno/Hrodna, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Belarussja) Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika fi Grodno/Hrodna, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija lokali taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. Skont ix-xhieda huwa ssorvelja personalment id-detenzjoni illegali ta’ dimostranti paċifiċi. |
|
75. |
Siarhei Leanidavich KALINNIK Sergei Leonidovich KALINNIK |
Сяргей Леанiдавiч КАЛИННИК |
Сергей Леонидович КАЛИННИК |
Kurunell tal-Pulizija, Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Sovetsky ta’ Minsk Data tat-twelid: 23.7.1979 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali Sovetsky ta’ Minsk, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija lokali taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. Skont ix-xhieda huwa ssorvelja personalment u ħa sehem fit-tortura ta’ dimostranti detenuti illegalment. |
|
76. |
Vadzim Siarhaevich PRYGARA Vadim Sergeevich PRIGARA |
Вадзiм Сяргеевiч ПРЫГАРА |
Вадим Сергеевич ПРИГАРА |
Logutenent Kurunell tal-Pulizija, Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali f’Molodechno Data tat-twelid: 31.10.1980 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija Distrettwali f’Molodechno, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija lokali taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. Skont ix-xhieda, huwa ssorvelja personalment is-swat ta’ dimostranti detenuti illegalment. Huwa għamel ukoll bosta dikjarazzjonijiet derogatorji dwar id-dimostranti lill-media. |
|
77. |
Viktar Ivanavich STANISLAUCHYK Viktor Ivanovich STANISLAVCHIK |
Вiктар Iванавiч СТАНIСЛАЎЧЫК |
Виктор Иванович СТАНИСЛАВЧИК |
Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta’ Sovetsky ta’ Minsk, Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika Data tat-twelid: 27.1.1971 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni ta’ tmexxija tiegħu bħala Viċi Kap tad-Dipartiment tal-Pulizija tad-Distrett ta’ Sovetsky ta’ Minsk u Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika, huwa responsabbli għall-kampanja ta’ repressjoni u intimidazzjoni mmexxija mill-forzi tal-pulizija lokali taħt il-kmand tiegħu wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020, b’mod partikolari bl-arresti arbitrarji u t-trattament ħażin, inkluż it-tortura, ta’ dimostranti paċifiċi kif ukoll intimidazzjoni u vjolenza kontra ġurnalisti. Skont ix-xhieda, huwa ssorvelja personalment id-detenzjoni ta’ dimostranti paċifiċi u s-swat ta’ dawk detenuti illegalment. |
|
78. |
Aliaksandr Aliaksandravich PIETRASH Aleksandr Aleksandrovich PETRASH |
Аляксандр Аляксандравiч ПЕТРАШ |
Александр Александрович ПЕТРАШ |
President tal-qorti tad-distrett ta’ Moskovski f’Minsk Data tat-twelid: 16.5.1988 Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala president tal-qorti tad-distrett ta’ Moskovski f’Minsk, huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tiegħu, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża u dipendenza fuq dikjarazzjonijiet minn xhieda foloz. Huwa kien strumentali fl-immultar u d-detenzjoni ta’ dimostranti, ġurnalisti u mexxejja tal-oppożizzjoni wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
|
79. |
Andrei Aliaksandravich LAHUNOVICH Andrei Aleksandrovich LAHUNOVICH |
Андрэй Аляксандравiч ЛАГУНОВIЧ |
Андрей Александрович ЛАГУНОВИЧ |
Imħallef tal-qorti tad-distrett ta’ Sovetsky f’Gomel/Homyel Sess: raġel |
Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef tal-qorti tad-distrett ta’ Sovetsky f’Gomel/Homyel, huwa responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tiegħu, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
|
80. |
Alena Vasileuna LITVINA Elena Vasilevna LITVINA |
Алена Васiльеўна ЛIТВIНА |
Елена Васильевна ЛИТВИНА |
Imħallef tal-qorti tad-distrett ta’ Leninsky f’Mogilev Sess: mara |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-qorti tad-distrett ta’ Leninsky f’Mogilev, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet politikament motivati kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar ta’ Siarhei Tsikhanousky – attivist tal-oppożizzjoni u r-raġel tal-kandidat presidenzjali Svetlana Tiskhanouska. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża. Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
|
81. |
Victoria Valeryeuna SHABUNYA Victoria Valerevna SHABUNYA |
Вiкторыя Валер’еўна ШАБУНЯ |
Виктория Валерьевна ШАБУНЯ |
Imħallef tal-Qorti tad-distrett ċentrali f’Minsk Data tat-twelid: 27.2.1974 Sess: mara |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ċentrali f’Minsk, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar ta’ Sergei Dylevsky - membru tal-Kunsill ta’ Koordinazzjoni u mexxej ta’ kumitat tal-istrajk. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża. Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
|
82. |
Alena Aliaksandravna ZHYVITSA Elena Aleksandrovna ZHYVITSA |
Алена Аляксандравна ЖЫВIЦА |
Елена Александровна ЖИВИЦА |
Imħallef tal-Qorti tad-distrett ta’ Oktyabrsky f’Minsk Data tat-twelid: 9.4.1990 Sess: mara |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ta’ Oktyabrsky f’Minsk, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża. Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
|
83. |
Natallia Anatolievna DZIADKOVA Natalia Anatolievna DEDKOVA |
Наталля Анатольеўна ДЗЯДКОВА |
Наталья Анатольевна ДЕДКОВА |
Imħallef tal-Qorti tad-distrett ta’ Partizanski f’Minsk Data tat-twelid: 2.12.1979 Sess: mara |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ta’ Partizanski f’Minsk, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar tal-mexxej tal-Kunsill ta’ Koordinazzjoni Mariya Kalesnikava. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża. Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
|
84. |
Maryna Arkadzeuna FIODARAVA Marina Arkadievna FEDOROVA |
Марына Аркадзьеўна ФЁДАРАВА |
Марина Аркадьевна ФЕДОРОВА |
Imħallef tal-Qorti tad-distrett ta’ Sovetsky f’Minsk Data tat-twelid: 11.9.1965 Sess: mara |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ta’ Sovetsky f’Minsk, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża. Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
|
85. |
Yulia Chaslavauna HUSTYR Yulia Cheslavovna HUSTYR |
Юлiя Чаславаўна ГУСТЫР |
Юлия Чеславовна ГУСТЫР |
Imħallef tal-Qorti tad-distrett ċentrali f’Minsk Data tat-twelid: 14.1.1984 Sess: mara |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ċentrali f’Minsk, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti, b’mod partikolari għas-sentenzjar tal-kandidat presidenzjali tal-oppożizzjoni Viktar Babarika. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża. Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
|
86. |
Alena Tsimafeeuna NYAKRASAVA Elena Timofeevna NEKRASOVA |
Алена Цiмафееўна НЯКРАСАВА |
Елена Тимофеевна НЕКРАСОВА |
Imħallef tal-Qorti tad-distrett ta’ Zavodsky f’Minsk Data tat-twelid: 26.11.1974 Sess: mara |
Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tad-distrett ta’ Zavodsky f’Minsk, hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament kontra ġurnalisti, mexxejja tal-oppożizzjoni, attivisti u dimostranti. Waqt proċessi mwettqa taħt is-superviżjoni tagħha, kien hemm rapporti ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża. Għalhekk hija responsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien tal-istat tad-dritt, kif ukoll għal kontribut lejn it-trażżin tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika. |
|
87. |
Aliaksandr Vasilevich SHAKUTSIN Aleksandr Vasilevich SHAKUTIN |
Аляксандр Васiльевiч ШАКУЦIН |
Александр Васильевич ШАКУТИН |
Negozjant, sid tal-impriża Amhodor Data tat-twelid: 12.1.1959 Post tat-twelid: Bolshoe Babino, Orsha Rayon, Oblast ta’ Vitebsk/Viciebsk, eks Unjoni Sovjetika (issa l-Belarussja) Sess: raġel |
Huwa wieħed min-negozjanti ewlenin li joperaw fil-Belarussja, b’interessi kummerċjali fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-bini tal-magni, tal-agrikoltura u oħrajn. Huwa rrappurtat li huwa wieħed mill-persuni li bbenefikaw l-aktar mill-privatizzazzjoni matul il-mandat ta’ Lukashenko bħala President. Huwa wkoll membru tal-presidju tal-assoċjazzjoni pubblika favur Lukashenka “Belaya Rus” u membru tal-Kunsill għall-Iżvilupp tal-Intraprenditorija fir-Repubblika tal-Belarussja. Bħala tali qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah. F’Lulju 2020 huwa għamel kummenti pubbliċi li jikkundannaw il-protesti tal-oppożizzjoni fil-Belarussja, u b’hekk ikkontribwixxa għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
|
88. |
Mikalai Mikalaevich VARABEI/VERABEI Nikolay Nikolaevich VOROBEY |
Мiкалай Мiкалаевiч ВАРАБЕЙ/ВЕРАБЕЙ |
Николай Николаевич ВОРОБЕЙ |
Negozjant, koproprjetarju tal-grupp Bremino Data tat-twelid: 4.5.1963 Post tat-twelid: SSR tal-Ukrajna (issa l-Ukrajna) Sess: raġel |
Huwa wieħed min-negozjanti ewlenin li joperaw fil-Belarussja, b’interessi kummerċjali fis-setturi taż-żejt, tat-tranżitu tal-faħam, tal-banek u oħrajn. Huwa l-koproprjetarju tal-grupp Bremino – kumpannija li gawdiet minn ħelsien mit-taxxa u forom oħra ta’ appoġġ mill-amministrazzjoni Belarussa. Bħala tali qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah. |
B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 4(1)
|
|
Ismijiet Traskrizzjoni ta’ ortografija Belarussa Traskrizzjoni ta’ ortografija Russa |
Ismijiet (ortografija Belarussa (ortografija Russa) |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet għall-elenkar |
Data tal-elenkar |
|
1. |
CJSC Beltechexport |
ЗАО “Белтехэкспорт” |
Indirizz: Nezavisimosti ave. 86-B„ Minsk 220012, Belarus Tel. +375 17 358 83 83; +375 17 373 80 12 Sit web: https://bte.by/ Indirizz elettroniku: mail@bte.by |
CJSC BelTechExport hija entità privata li tesporta armi u tagħmir militari prodotti minn kumpanniji tal-istat tal-Belarussja lejn pajjiżi fl-Afrika, l-Amerka t’Isfel, l-Asja u l-Lvant Nofsani. BelTechExport hija assoċjata mill-qrib mal-Ministeru tad-Difiża tal-Belarussja. Bħala tali Beltechexport qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah, billi ġġib benefiċċji għall-amministrazzjoni presidenzjali. |
17.12.2020 |
|
2. |
Dana Holdings/Dana Astra |
Дана Холдингз/Дана Астра |
Indirizz: P. Mstislavtsa 9 (1st floor), Minsk 220114, Belarussja Numru tar-reġistrazzjoni: Dana Astra: 191295361 Sit web: https://dana-holdings.com/ Indirizz elettroniku: PR@bir.by Tel. +375 17 26 93 290; +375 17 39 39 465 |
Dana Holdings/Dana Astra hija waħda mill-iżviluppaturi u l-kostrutturi ewlenin tal-proprjetà immobbli fil-Belarussja. Il-kumpannija rċeviet plottijiet ta’ art għall-iżvilupp ta’ diversi kumplessi residenzjali kbar u ċentri tan-negozju. Is-sidien ta’ Dana Holdings/Dana Astra għandhom relazzjonijiet mill-qrib ma’ Alexandr Lukashenka. Liliya Lukashenko, bint tar-rispett tal-President, għandha pożizzjoni ta’ kariga għolja fil-kumpannija. Bħala tali Dana Holdings/Dana Astra qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah. |
17.12.2020 |
|
3. |
GHU - l-istituzzjoni statali “L-Uffiċċju Ekonomiku Ewlieni” tal-Uffiċċju tal-Affarijiet Amministrattivi tal-President tar-Repubblika tal-Belarussja |
ГХУ - Государственное учреждение “Главное хозяйственное управление” Управления делами Президента Республики Беларусь |
Indirizz: Miasnikova str. 37, Minsk, 220010, Belarus Tel. +375 17 222 33 13 Sit web: http://ghu.by Indirizz elettroniku: ghu@ghu.by |
GHU huwa l-akbar operatur fis-suq tal-proprjetà immobbli mhux residenzjali fil-Belarussja u superviżur ta’ bosta kumpanniji. Il-Kap tal-GHU, Victor Sheiman, intalab minn Alexandr Lukashenko biex jissorvelja s-sikurezza tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020. Bħala tali l-GHU qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah. |
17.12.2020 |
|
4. |
LLC Synesis |
ООО “Синезис” |
Indirizz:,, Platonova 20B Minsk 220005,, Belarus; Mantulinskaya 24, Moscow 123100, Russia. Numru tar-reġistrazzjoni (УНН/ИНН): 190950894 (Belarussja); 7704734000/770301001 (Russja). Sit web: https://synesis.partners; https://synesis-group.com/ Tel. +375 17 240-36-50 |
LLC Synesis tipprovdi lill-awtoritajiet tal-Belarussja bi pjattaforma ta’ sorveljanza, li tista’ tfittex u tanalizza filmati u tuża software ta’ rikonoxximent tal-wiċċ, li jagħmel lill-kumpannija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika mill-apparat tal-Istat fil-Belarussja. L-impjegati ta’ Synesis huma pprojbiti milli jikkomunikaw bil-Belarussu, u għalhekk il-kumpannija hi responsabbli għal dgħajfien tad-drittijiet tax-xogħol. Il-Kumitat għas-Sigurtà tal-Istat tal-Belarussja (KGB) u l-Ministeru tal-Affarijiet Interni huma elenkati bħala utenti ta’ sistema maħluqa minn Synesis. Il-kumpannija għalhekk qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah. L-uffiċjal kap eżekuttiv ta’ Synesis Alexander Shatrov ikkritika pubblikament lil dawk li pprotestaw kontra r-reġim ta’ Lukashenka u ddeskriva n-nuqqas ta’ demokrazija fil-Belarussja bħala relattiv. |
17.12.2020 |
|
5 |
AGAT electromechanical Plant OJSC |
OAO “АГАТ-электромеханический завод” |
Indirizz:, Minsk. Nezavisimosti ave. 115, Minsk 220114, Belarus Tel.+ 375 17 272-01-32 + 375 17 570-41-45 Indirizz elettroniku: marketing@agat-emz.by Sit web: https://agat-emz.by/ |
AGAT Electromechanical Plant OJSC hija parti mill-Awtorità tal-Istat tal-Belarussja għall-Industrija Militari tar-Repubblika tal-Belarussja (magħrufa wkoll bħala SAMI jew Kumitat Industrijali Militari tal-Istat), li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika militari-teknika tal-Istat u hija subordinata għall-Kunsill tal-Ministri u l-President tal-Belarussja. Bħala tali AGAT Electromechanical Plant OJSC qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah. Il-kumpannija timmanifattura “Rubezh” – sistema ta’ ostakli mfassla għall-kontroll tal-irvellijiet, li ntużat kontra dimostrazzjonijiet paċifiċi li seħħew wara l-elezzjonijiet presidenzjali fid-9 ta’ Awwissu 2020, u għalhekk il-kumpannija hi responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
17.12.2020 |
|
6. |
OJSC 140 Repair Plant |
OAO “140 ремонтный завод |
Indirizz: L. Chalovskoy str. 19, Borisov, Belarus Tel. + 375 17 776 20 32; +375 17 776 54 79 Indirizz elettroniku: info@140zavod.org Sit web: https://140zavod.org |
OJSC 140 Repair Plant hija parti mill-Awtorità tal-Istat tal-Belarussja għall-Industrija Militari tar-Repubblika tal-Belarussja (magħrufa wkoll bħala SAMI jew Kumitat Industrijali Militari tal-Istat), li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika militari-teknika tal-Istat u hija subordinata għall-Kunsill tal-Ministri u l-President tal-Belarussja. Bħala tali OJSC 140 Repair Plant qed tibbenefika mir-reġim ta” Lukashenka u qed tappoġġah. Il-kumpannija timmanifattura vetturi tat-trasport u vetturi armati, li ntużaw kontra dimostrazzjonijiet paċifiċi li seħħew wara l-elezzjonijiet presidenzjali fid-9 ta’ Awwissu 2020, u b’hekk il-kumpannija saret responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika. |
17.12.2020 |
|
7. |
(OJSC MZKT/MWPT (magħrufa wkoll bħala VOLAT) Minsk Wheel Tractor Plant |
OAO “МЗКТ” - Минский завод колёсных тягачей |
Indirizz: Partizanski ave 150, Minsk 220021, Belarus Tel. +375 17 330 17 09 Fax +375 17 291 31 92 Indirizz elettroniku: link@mzkt.by Indirizz elettroniku: Sit web: www.mzkt.by |
OJSC MZKT (magħrufa wkoll bħala VOLAT) hija parti mill-Awtorità tal-Istat tal-Belarussja għall-Industrija Militari tar-Repubblika tal-Belarussja (magħrufa wkoll bħala SAMI jew Kumitat Industrijali Militari tal-Istat), li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika militari-teknika tal-Istat u hija subordinata għall-Kunsill tal-Ministri u l-President tal-Belarussja. Bħala tali OJSC MZKT (magħrufa wkoll bħala VOLAT) qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah. Il-ħaddiema ta’ OJSC MZKT li pprotestaw matul iż-żjara ta’ Alexandr Lukashenko fil-fabbrika u bdew strajk wara l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020 fil-Belarussja tkeċċew, u dan jagħmel il-kumpannija reponsabbli għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem. |
17.12.2020 |
ANNESS II
Is-siti web li jipprovdu informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 3, 4(2) u indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea
IL-BELĠJU
https://diplomatie.belgium.be/nl/Beleid/beleidsthemas/vrede_en_veiligheid/sancties
https://diplomatie.belgium.be/fr/politique/themes_politiques/paix_et_securite/sanctions
https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions
Il-BULGARIJA
https://www.mfa.bg/en/101
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html
ID-DANIMARKA
http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/
IL-ĠERMANJA
http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html
L-ESTONJA
http://www.vm.ee/est/kat_622/
L-IRLANDA
http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html
SPANJA
http://www.exteriores.gob.es/Portal/en/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Paginas/SancionesInternacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/
IL-KROAZJA
http://www.mvep.hr/sankcije
L-ITALJA
https://www.esteri.it/mae/it/politica_estera/politica_europea/misure_deroghe
ĊIPRU
http://www.mfa.gov.cy/mfa/mfa2016.nsf/mfa35_en/mfa35_en?OpenDocument
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
http://www.urm.lt/sanctions
IL-LUSSEMBURGU
https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/mesures-restrictives.html
L-UNGERIJA
http://www.kormany.hu/download/9/2a/f0000/EU%20szankci%C3%B3s%20t%C3%A1j%C3%A9koztat%C3%B3_20170214_final.pdf
MALTA
https://foreignaffairs.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/Sanctions-Monitoring-Board.aspx
IN-NETHERLANDS
https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties
L-AWSTRIJA
http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=
IL-POLONJA
https://www.gov.pl/web/dyplomacja
IL-PORTUGALL
http://www.portugal.gov.pt/pt/ministerios/mne/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx
IR-RUMANIJA
http://www.mae.ro/node/1548IS
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi
IS-SLOVAKKJA
https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu
IL-FINLANDJA
http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet
L-IŻVEZJA
http://www.ud.se/sanktioner
IR-RENJU UNIT
https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions
Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:
Il-Kummissjoni Ewropea
Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)
EEAS 07/99
B-1049 Brussels, Belgium
Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu
ANNESS III
Lista ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif imsemmi fl-Artikolu 1a u fl-Artikolu 1b
1. Armi tan-nar, munizzjon u aċċessorji relatati magħhom, kif ġej:
Armi tan-nar mhux ikkontrollati mill-ML 1 u l-ML 2 tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea ( 3 ) (“il-Lista Militari Komuni”);
Munizzjon imfassal speċifikament għall-armi tan-nar elenkati fl-element 1.1 u komponenti mfassla apposta għalihom;
Miri tal-armi mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.
2. Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.
3. Vetturi kif ġej:
Vetturi mgħammra b’kanun tal-ilma, speċifikament imfassla jew immodifikati għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet;
Vetturi mfassla jew immodifikati speċifikament biex ikunu elettrifikati biex jimbuttaw lill-attakkanti;
Vetturi mfassla jew immodifikati speċifikament biex ineħħu barrikati, inkluż tagħmir ta’ kostruzzjoni bi protezzjoni ballistika;
Vetturi mfassla speċifikament għat-trasport jew it-trasferiment ta’ priġunieri u/jew detenuti;
Vetturi mfassla speċifikament għall-iskjerament tal-barrikati mobbli;
Komponenti għall-vetturi speċifikati fl-elementi 3.1 sa 3.5 mfassla speċifikament għall-finijiet ta’ kontroll tal-irvellijiet.
Nota 1 Dan l-element ma jikkontrollax il-vetturi speċifikament imfassla għall-finijiet ta’ tifi tan-nar.
Nota 2 Għall-finijiet tal-element 3.5, it-terminu “vetturi” jinkludi l-karrijiet.
4. Sustanzi splussivi u tagħmir relatat kif ġej:
Tagħmir u apparat imfassla speċifikament biex iqabbdu splużjonijiet b’mezzi elettriċi jew mhux elettriċi, inklużi settijiet tat-tqabbid, detonaturi, apparati li jqabbdu, busters u fil detonatur, u komponenti mfassla speċifikament għalihom; minbarra dawk imfassla speċifikament għal użu kummerċjali speċifiku li jikkonsistu fl-attwazzjoni jew l-operazzjoni b’mezzi splussivi ta’ tagħmir jew apparat ieħor li l-funzjoni tagħhom mhijiex il-ħolqien ta’ splużjonijiet (pereżempju, neffieħa tal-airbags tal-karozzi, apparat li jipprevjeni ż-żieda f’daqqa tal-elettriku ta’ attwaturi ta’ bexxiexa għat-tifi tan-nar);
Kargi splussivi ta’ qtugħ lineari mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni;
Splussivi oħra mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni u sustanzi relatati kif ġej:
amatol;
nitroċelluloża (li fiha aktar minn 12,5 % nitroġenu);
nitroglikol;
tetranitrat tal-pentaeritritol (PETN);
klorur tal-pikril;
2,4,6-trinitrotoluwen (TNT).
5. Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat mill-ML 13 tal-Lista Militari Komuni kif ġej:
Korazzi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew kontra ferimenti b’arma bil-ponta jew sikkina;
Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew mill-frammenti, elmi għal kontra l-irvellijiet, tarki għal kontra l-irvellijiet u tarki ballistiċi.
Nota: Dan l-element ma jikkontrollax:
6. Simulaturi, minbarra dawk ikkontrollati mill-ML 14 tal-Lista Militari Komuni, għal taħriġ fl-użu ta’ armi tan-nar, u softwer imfassal speċifikament għalihom.
7. Tagħmir ta’ viżjoni fid-dlam, termografiku u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.
8. Barbed wire li jaqta’.
9. Skieken militari, skieken ta’ kumbattiment u bajunetti b’xafra itwal minn 10 cm.
10. Tagħmir ta’ produzzjoni mfassal speċifikament għall-elementi speċifikati f’din il-lista.
11. Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-elementi speċifikati f’din il-lista.
▼M28 —————
ANNESS IV
Azzarini, munizzjon u viżwali ta' mira msemmija fl-Artikolu 1a u 1b li wkoll jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet għal tagħmir tal-biathlon kif definit fir-regoli tal-avvenimenti u l-kompetizzjonijiet tal-Unjoni Internazzjonali tal-Biathlon
Azzarini tal-biathlon:
|
ex 9303 30 |
Azzarini oħrajn tal-isports, għal kaċċa jew sparar għal targits |
Munizzjon għal azzarini tal-biathlon:
|
ex 9306 21 |
Skrataċ tas-snieter |
|
ex 9306 29 |
Partijiet tal-iskrataċ tas-snieter |
|
ex 9306 30 90 |
Skrataċ u patijiet tagħhom, għal armi li mhumiex snieter, armi militari, rivolvers u pistoli tal-intestatura 9302 , maxinganns ħfief tal-intestatura 9301 |
Viżwali ta' mira għal azzarini tal-biathlon:
|
ex 9305 20 |
Partijiet u aċċessorji ta' snieter jew azzarini tal-intestatura 9303 |
ANNESS V
Azzarini sportivi, pistoli sportivi u munizzjon kif imsemmija fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 1a u fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 1b, intiżi esklużivament għall-użu f'avvenimenti sportivi u fit-taħriġ sportiv, kif ġej:
|
ex 9303 30 |
Azzarini sportivi tal-kalibru.22 pulzieri |
|
ex 93 02 |
Pistoli sportivi tal-kalibru.22 pulzieri |
|
ex 9306 30 10 |
Munizzjon għall-pistoli sportivi tal-kalibru.22 pulzieri |
|
ex 9306 30 90 |
Munizzjon għall-azzarini sportivi tal-kalibru.22 pulzieri. |
( 1 ) ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.
( 2 ) OJ L 285, 17.10.2012, p. 1.
( 3 ) ĠU C 86, 18.3.2011, p. 1.