<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-420/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0420</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:111">EU:C:2012:111</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20120301">1.3.2012</DATE> — KAWŻA C-420/10</P><P>SÖLL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20120301">1 ta’ Marzu 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 98/8/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(1)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>prodotti bijoċidali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Prodott li jikkawża l-flokkulazzjoni ta’ organiżmi ta’ ħsara, mingħajr ma jeqridhom, igerrixhom jew jirrendihom bla kapaċità li jagħmlu ħsara</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-420/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20100803">3 ta’ Awwissu 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20100823">23 ta’ Awwissu 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Söll GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Tetra GmbH,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tal-Awla, E. Juhász, G. Arestis, T. von Danwitz u D. Šváby (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,</P><P>Reġistratur: B. Fülöp, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20110622">22 ta’ Ġunju 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Söll GmbH, minn P. Süss u R. Schlötter, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Tetra GmbH, minn K. Albers, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn T. Materne u M. Jacobs, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Wilms u E. Manhaeve, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20111027">27 ta’ Ottubru 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="19980216">16 ta’ Frar 1998</DATE>, dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 23, p. 3).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Söll GmbH u Tetra GmbH dwar il-kummerċjalizzazzjoni, minn din tal-aħħar, tal-prodott kontra l-alka bl-isem TetraPond AlgoRem, li s-sustanza attiva tiegħu hija l-idrossiklorur tal-aluminju.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 98/8</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 4 tad-Direttiva 98/8 tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Billi r-reviżjoni tal-Kummisjoni wriet differenzi fis-sitwazzjoni regolatorja fl-Istati Membri; billi dawn id-differenzi jistgħu jikkonstitwixxu ostakoli mhux biss għall-kummerċ fil-prodotti bijoċidali imma fil-kummerċ tal-prodotti ttrattati bihom hekk illi b’hekk jiġi affettwat il-funzjonament tas-suq intern; billi, għalhekk, il-Kummisjoni pproponiet l-iżvilupp ta’ qafas ta’ regoli li għandhom x’jaqsmu mat-tqegħid fis-suq sabiex jintużaw il-prodotti bijoċidali, billi tieħu bħala kondizzjoni livell għoli ta’ protezzjoni għall-bniedem, l-annimali u l-ambjent; [...]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(a) u l-Artikolu 2(1)(d) ta’ din id-direttiva jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Prodotti bijoċidali</HT></TXT><P>Is-sustanzi attivi u t-tħejjijiet li jkun fihom sustanza attiva jew aktar, esibiti fil-għamla li fiha jkunu forniti lill-utent, maħsuba sabiex jeqirdu, igerrxu, jirrendu bla ħsara, jipprevjienu l-azzjoni, jew jeżerċitaw xorta oħra kontroll effettiv fuq kull organiżmu ta’ perikolu b’mezzi kimiċi jew bijoloġiċi.</P><P>Lista eżawrjenti ta’ 23 tip ta’ prodotti b’sett indikattiv ta’ deskrizzjonijiet ġewwa kull tip hija mogħtija fl-Anness V.</P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Sustanza Attiva</HT></TXT><P>Sustanza jew mikro-organiżmu, inkluż mikrobu jew fungu, li jkollhom azzjoni ġenerali jew speċifika fuq jew kontra organiżmi ta’ ħsara.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tad-direttiva msemmija huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu illi prodott bijoċidali ma għandux jitqiegħed fis-suq u jiġi wżat fit-territorju tagħhom għajr jekk ikun ġie awtorizzat skond din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Anness V tad-Direttiva 98/8, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>It-tipi tal-prodotti bijoċidali u d-deskrizzjonijiet tagħhom kif riferiti fl-Artikolu 2(1)(a) ta’ din id-direttiva<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Dawn it-tipi ta’ prodott jeskludu l-prodotti meta [li] jkunu koperti bid-Direttivi riferiti fl-Artikolu 1(2) ta’ din id-Direttiva [98/8] [...] u tal-modifiki sossegwenti tagħhom [meta jkunu intiżi għal użu ddefinit taħt dawn id-direttivi].</ALINEA><ALINEA>Il-grupp prinċipali 1: Id-diżinfettanti u l-prodotti bijoċidali b’mod ġenerali</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA><ALINEA><HT TYPE="ITALIC">It-tip ta’ prodott 2: Id-diżinfettanti taż-żona privata u taż-żona tas-saħħa pubblika [diżinfettanti użati fil-qasam privat u fil-qasam tas-saħħa pubblika] u prodotti bijoċidali oħra</HT></ALINEA><ALINEA>Il-prodotti wżati għad-diżinfettazzjoni ta’ l-arja, ta’ l-uċuh, tal-materjali, tat-tagħmir u tal-għamara li mhumiex użati għall-kuntatt dirett ma’ l-ikel jew il-għalf fiż-żoni privati, pubbliċi jew industrijali, inklużi l-isptarijiet, kif ukoll il-prodotti wżati bħala algaċidi.</ALINEA><ALINEA>Iż-żoni ta’ l-użu jinkludu, fost ħwejjeġ oħra, pixxini tal-għawm, akwarji, ilma tajjeb għall-għawm u ilmijiet oħra; sistemi ta’ l-arja kkondizzjonata; ħitan u artijiet f’istituzzjonijiet tas-saħħa u istituzzjonijiet oħra; toilets kimiċi, ilma maħmuġ, skart ta’ l-isptarijiet, ħamrija jew substrati oħra (fil-playgrounds).<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8, il-Kummissjoni kienet obbligata timplementa programm ta’ ħidma, fuq żewġ fażijiet, sabiex twettaq evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi kollha tal-prodotti bijoċidali li diġà kienu jinsabu fis-suq fl-<DATE ISO="20000514">14 ta’ Mejju 2000</DATE> (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>sustanzi attivi eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-ewwel fażi ta’ dan il-programm, implementata permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1896/2000, tas-<DATE ISO="20000907">7 ta’ Settembru 2000</DATE>, fuq l-ewwel fażi tal-programm rigward prodotti bijoċidali msemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 30, p. 266), kienet intiża sabiex isir inventarju tas-sustanzi attivi eżistenti u sabiex jiġu identifikati dawk is-sustanzi li kellhom jiġu evalwati sabiex eventwalment jiġu inklużi fi tlieta mill-annessi tad-Direttiva 98/8, jiġifieri l-Anness I, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-lista tas-sustanzi attivi bi ħtiġiet miftiehma fil-livell Komunitarju li għandhom jiġu inklużi fil-prodotti bijoċidali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, l-Anness IA, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Il-Lista tas-sustanzi attivi bi ħtiġiet miftiehma fil-livell Komunitarju li għandhom jiġu inklużi fil-prodotti bijoċidali ta’ riskju baxx<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, u l-Anness IB, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Il-Lista tas-sustanzi bażiċi bi ħtiġijiet [m]iftiehma fil-livell Komunitarju<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. Għal dan il-għan, ir-Regolament Nru 1896/2000 jippreċiża l-modalitajiet li permezz tagħhom il-prodotturi, il-formulaturi u l-assoċjazzjonijiet, kif ukoll l-Istati Membri, għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar ix-xewqa tagħhom li tali sustanzi attivi eżistenti jiġu inklużi f’wieħed mill-annessi msemmija tad-Direttiva 98/8.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>It-tieni fażi tal-programm imsemmi, implementata permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2032/2003, tal-<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8 u li jemenda r-Regolament Nru 1896/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 41, p. 92), sussegwentement issostitwit bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007, tal-<DATE ISO="20071204">4 ta’ Diċembru 2007</DATE>, dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="325" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2007">ĠU L 325, p. 3</REF.DOC.OJ>), wasslet għall-inklużjoni, fl-Anness I tar-Regolament Nru 2032/2003, tal-lista tas-sustanzi attivi eżistenti li kellhom ikunu s-suġġett ta’ evalwazzjoni u għall-evalwazzjoni progressiva ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 1896/2000</P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1896/2000, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Identifikazzjoni tas-sustanzi attivi eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Kull produttur ta’ sustanza attiva eżistenti mpoġġi [imqiegħda] fis-suq għall-użu ta’ [fi] prodotti bijoċidali għandu jidentifika li [din is-]sustanza attiva billi jissottometti lill-Kummissjoni l-informazzjoni fuq is-sustanza attiva li ssir riferenza għaliha fl-Anness I li għandha tkun riċevuta mhux iktar tard minn 18-il xahar wara li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ. Din il-ħtieġa m’għandix tapplika mas-sustanzi attivi eżistenti li m’għadhomx iżjed fis-suq wara t-<DATE ISO="20000513">13 ta’ Mejju 2000</DATE> jew bħala tali jew fi prodotti bijoċidali.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Notifikazzjoni ta’ sustanzi attivi eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Produtturi, formulaturi u assoċjazzjonijiet li jixtiequ japplikaw għall-inklużjoni fl-Anness I jew l-Anness IA lid-Direttiva [98/8] tas-sustanza attiva eżistenti f’wieħed jew iżjed tipi ta’ prodott għandhom jinnotifikaw dik is-sustanza attiva lill-Kummissjoni billi jissottomettu informazzjoni li ssir riferenza għaliha fl-Anness II lir-Regolament li għandu jasal [li għandha tasal] mhux iktar tard minn 18-il xahar wara dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 1451/2007</P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1451/2007, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Sustanzi attivi eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprovdi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-lista ta’ sustanzi attivi identifikati bħala disponibbli fis-suq qabel l-<DATE ISO="20000514">14 ta’ Mejju 2000</DATE> [u] bħala sustanzi attivi ta’ prodotti bijoċidali għal skopijiet għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 2(2)(ċ) u (d) tad-Direttiva [98/8] hija stabbilita fl-Anness I.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-lista eżawrjenti tas-sustanzi attivi eżistenti li jridu jiġu eżaminati skond il-programm ta’ reviżjoni hija stabbilita fl-Anness II.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Nuqqas ta’ inklużjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Bla ħsara għall-Artikoli 5 u 6 ta’ dan ir-Regolament u l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-prodotti bijoċidali li jkun fihom sustanzi attivi mhux elenkati f-Anness II ta’ dan ir-Regolament jew fl-Anness I jew IA tad-Direttiva [98/8] m’għandhomx jibqgħu jitqiegħdu fis-suq.</ALINEA><ALINEA>Fil-każ ta’ sustanza attiva elenkata fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, l-ewwel subparagrafu għandu japplika wkoll għal dik is-sustanza li tkun relatata ma’ kull tip ta’ prodott mhux elenkat f’dak l-Anness.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Id-Direttiva 98/8 ġiet trasposta fid-dritt Ġermaniż permezz tal-Liġi dwar il-bijoċidi (Biozidgesetz), tal-<DATE ISO="20020620">20 ta’ Ġunju 2002</DATE> (BGB1. 2002 I, p. 2076), u ġiet implementata permezz tal-Liġi dwar il-prodotti kimiċi (Chemikaliengesetz), tat-<DATE ISO="20080702">2 ta’ Lulju 2008</DATE> (BGB1. 2008 I, p. 1146), kif emendata bil-Liġi tal-<DATE ISO="20100811">11 ta’ Awwissu 2010</DATE> (BGB1. 2010 I, p. 1163, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ChemG<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Id-definizzjoni ta’ prodotti bijoċidali mogħtija fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 98/8 ġiet trasposta, fid-dritt Ġermaniż, fl-Artikolu 3b(1)(1) tal-ChemG.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkonstata li hija għandha tibbaża ruħha fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 98/8 għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 3b(1)(1) tal-ChemG.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-partijiet fil-kawża prinċipali huma impriżi kompetituri fil-kummerċjalizazzjoni ta’ prodotti kontra l-alka intiżi sabiex jintużaw fil-vaski, b’mod partikolari fil-vaski artifiċjali fil-ġonna, fil-pixxini naturali u fil-pixxini intiżi għall-għawm.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Tetra GmbH tikkummerċjalizza fil-Ġermanja prodott kontra l-alka bl-isem TetraPond AlgoRem li jinkludi l-idrossiklorur tal-aluminju. Meta jitħallat mal-ilma, dan il-prodott, idrossi tal-aluminju polikatjoniku li jinħall, jifforma, bi proċess ta’ idroliżi, depożitu kompost minn idrossi ta’ aluminju, liema depożitu ma jinħallx, u għalhekk huwa kimikament u bijoloġikament inattiv, u għandu forma ta’ xibka li tippermetti li l-alka li tkun fl-ilma tinġabar flimkien, proċess imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>flokkulazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, b’mod mekkaniku u fiżiku, imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>agglutinazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, l-idrossiklorur tal-aluminju kien identifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>sustanza attiva eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1896/2000 u ġie inkluż fl-Anness I tar-Regolament Nru 1451/2007. Għall-kuntrarju, peress li ma kinitx innotifikata skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1896/2000, din is-sustanza attiva ma kinitx inkluża fl-Anness II tar-Regolament Nru 1451/2007 u għalhekk tilfet il-kapaċità tagħha li tkun ikkummerċjalizzata bħala sustanza attiva bijoċidali, skont l-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-regolament tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ azzjoni dwar kompetizzjoni żleali mressqa quddiem il-Landgericht Hamburg, Söll GmbH issostni li, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1451/2007, il-prodott inkwistjoni ma jistax jitqiegħed fis-suq.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, Tetra GmbH issostni li l-prodott ikkummerċjalizzat minnha ma jistax jiġi kklassifikat bħala prodott bijoċidali fis-sens tad-Direttiva 98/8 sa fejn, għalkemm huwa minnu li meta l-prodott jitħallat mal-ilma tal-vaska jkun hemm reazzjoni kimika ta’ idroliżi, dan madankollu ma jkollu ebda effett kimiku fuq l-alka, liema alka sempliċement tifflokkulizza mingħajr ma tkun meqruda, imgerrxa, reża bla kapaċità li tagħmel ħsara jew miġġielda b’xi mod ieħor. Għall-kuntrarju, skont din il-kumpannija, l-alka tibqa’ tgħix f’din il-vaska u tkompli bil-fotosinteżi normali tagħha. Sakemm l-alka ma tinħariġx mill-ilma b’mod mekkaniku, hija tibqa’ tgħix fil-vaska.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi u filwaqt li indikat li kienet qiegħda xxaqleb favur l-interpretazzjoni proposta mill-konvenuta fil-kawża prinċipali, il-Landgericht Hamburg iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>1.</NO.P><TXT>Għall-kwalifika ta’ prodott bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>prodott bijoċidal<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> fis-sens tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva [98/8] huwa neċessarju li jkun hemm effett bijoloġiku jew kimiku dirett tal-prodott fuq l-istess organiżmu noċiv, li jeqirdu, igerrxu, jirrendih innokwu, li jipprevjeni l-azzjoni minnu jew li jeżerċita xorta oħra kontroll effettiv, jew f’dan ir-rigward huwa biżżejjed li l-prodott ikollu effett indirett fuq l-organiżmu noċiv?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja, għall-kwalifika ta’ prodott bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>prodott bijoċidal<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> fis-sens tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva [98/8] tqis li huwa biżżejjed li jkun hemm effett bijoloġiku jew kimiku indirett fuq l-organiżmu noċiv: liema rekwiżiti għandhom ikunu imposti fuq l-effett indirett ta’ prodott fuq l-organiżmu noċiv, sabiex dan il-prodott jiġi kklassifikat bħala prodott bijoċidal kif definit fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva [98/8], jew huwa biżżejjed kwalunkwe effett indirett b’mod jew ieħor differenti, sabiex tiġi ġġustifikata l-kwalità ta’ bijoċidal?<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju qiegħda essenzjalment tistaqsi jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>prodotti bijoċidali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> li jinsab fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 98/8 għandux jiġi interpretat fis-sens li jkopri l-prodotti li jkun fihom sustanzi attivi li, minħabba l-mod speċifiku tal-azzjoni tagħhom, ikunu intiżi li jaġixxu, b’mod kimiku jew bijoloġiku, fuq l-organiżmi ta’ ħsara li jkunu fil-mira ta’ dawn il-prodotti b’mod indirett biss u, jekk ikun il-każ, liema huma r-rekwiżiti li għalihom għandha tkun suġġetta tali azzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi osservat li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 98/8 jistabbilixxi d-definizzjoni tal-prodotti bijoċidali fuq il-bażi ta’ tliet elementi kumulattivi. Din id-dispożizzjoni tippreċiża, l-ewwel nett, li dawn il-prodotti għandu jkollhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>sustanza attiva<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> kif iddefinita fl-Artikolu 2(1)(d) ta’ din id-direttiva. It-tieni nett, l-istess dispożizzjoni tidentifika l-għanijiet ta’ tali prodotti billi tirreferi, b’mod partikolari, għal lista eżawrjenti, li tinsab fl-Anness V tad-Direttiva 98/8, tad-diversi tipi ta’ prodotti bijoċidali. Fl-aħħar nett, din id-dispożizzjoni tipprovdi li l-metodu ta’ azzjoni tal-prodotti msemmija għandu jkun jew kimiku jew bijoloġiku.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod iktar partikolari, tat-tieni element ta’ din id-definizzjoni, li huwa s-suġġett ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 98/8 jipprovdi li tali prodotti għandhom ikunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>maħsuba sabiex jeqirdu, igerrxu, jirrendu bla ħsara, jipprevjienu l-azzjoni, jew jeżerċitaw xorta oħra kontroll effettiv fuq kull organiżmu ta’ perikolu<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. F’dan ir-rigward, għandu jingħad li, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 31 tal-konklużjonijiet tiegħu, hemm ċerta diskrepanza bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi ta’ din id-dispożizzjoni. F’dan is-sens, uħud minn dawn il-verżjonijiet, b’mod partikolari bil-Ġermaniż, bil-Franċiż u bl-Olandiż, jissuġġerixxu li l-prodotti bijoċidali għandhom ikunu maħsuba sabiex ikollhom azzjoni diretta fuq l-organiżmi ta’ ħsara li jkunu fil-mira ta’ dawn il-prodotti. Għall-kuntrarju, verżjonijiet oħra, b’mod partikolari bl-Ingliż, bl-Ispanjol u bit-Taljan, jirreferu wkoll, f’termini iktar wiesgħa, għal effett ta’ kontroll ta’ dawn l-organiżmi permezz tal-prodotti bijoċidali.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, fil-każ ta’ diskrepanza bejn id-diversi verżjonijiet lingwistiċi ta’ test tal-Unjoni, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata fid-dawl, b’mod partikolari, tal-istruttura ġenerali u tal-għan tal-leġiżlazzjoni li din id-dispożizzjoni tagħmel parti minnha (ara s-sentenza tas-<DATE ISO="20110616">16 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Laki, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-351/10" PAGE.ECR="I-5495" YEAR="2011">C-351/10, Ġabra p. I-5495</REF.DOC.ECR>, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, mill-premessa 4 tad-Direttiva 98/8 jirriżulta li l-kuntest leġiżlattiv dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali jikkunsidra <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>bħala kondizzjoni livell għoli ta’ protezzjoni għall-bniedem, l-annimali u l-ambjent<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. Issa, tali livell ta’ protezzjoni jista’ jkun ippreġudikat serjament jekk il-klassifikazzjoni ta’ prodotti bijoċidali tiġi rriżervata esklużivament għall-prodotti li jkun fihom sustanza attiva jew iktar u li jeżerċitaw azzjoni kimika jew bijoloġika diretta fuq l-organiżmi ta’ ħsara li jkunu fil-mira ta’ dawn il-prodotti u jekk din il-klassifikazzjoni tkun eskluża fir-rigward tal-prodotti li, għalkemm ikollhom xorta waħda sustanza attiva jew iktar, jeżerċitaw l-azzjoni kimika jew bijoloġika tagħhom fuq l-organiżmi msemmija b’mod indirett biss. Fil-fatt, hija l-preżenza nfisha tas-sustanza attiva bħala tali, fi prodott bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tista’ tkun ta’ perikolu għall-ambjent, irrispettivament mill-kwistjoni jekk din is-sustanza taġixxix b’mod dirett jew indirett fuq l-organiżmi li jkunu fil-mira tal-prodott inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mil-lista tal-għanijiet tal-prodotti bijoċidali li tinsab fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 98/8 jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni jkopri l-prodotti kollha li jkun fihom sustanza attiva jew iktar u li jaġixxu b’mod kimiku jew bijoloġiku meta dawn ikunu maħsuba li jipproduċu effett detrimentali fuq l-organiżmi ta’ ħsara li jkunu fil-mira ta’ dawn il-prodotti. Mill-klassifikazzjoni fi gradi, fid-deskrizzjoni tal-għanijiet ta’ tali prodotti, magħmula f’din id-dispożizzjoni, li jvarjaw mill-qerda tal-organiżmi ta’ ħsara sal-prevenzjoni kontrihom, u, iktar minn hekk, mill-fatt li din id-dispożizzjoni tirreferi, fl-aħħar lok, għall-prodotti li jaġixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>xorta oħra<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> fuq dawn l-organiżmi ta’ ħsara, jirriżulta li tali effett tal-prodott imsemmi, anki jekk limitat<?PAGE NO="7"?> għall-possibbiltà li jiġi eżerċitat kontroll aħjar fuq l-organiżmi ta’ ħsara li jkunu fil-mira ta’ dawn il-prodotti jew għat-tħaffif tal-eliminazzjoni tagħhom, huwa biżżejjed. Tali interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>prodotti bijoċidali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> tirriżulta wkoll mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>sustanza attiva<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(d) tad-Direttiva 98/8.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ prodott kontra l-alka bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi osservat, fid-dawl tal-indikazzjonijiet li jinsabu fil-proċess, li, minn naħa, fil-mument li dan il-prodott jitħallat mal-ilma, ikun hemm azzjoni kimika, jiġifieri idroliżi. Min-naħa l-oħra, din l-idroliżi twassal sabiex tinħoloq tip ta’ xibka maħsuba sabiex, fit-tieni stadju, l-alka tinġabar flimkien fil-wicc tal-ilma permezz ta’ azzjoni mekkanika u fiżika, imsejħa flokkulazzjoni, sabiex b’hekk l-alka tkun tista’ titneħħa mill-ilma. B’hekk, għalkemm huwa minnu li l-azzjoni kimika tas-sustanza attiva inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tattakkax direttament l-alka, xorta jibqa’ l-fatt li din l-azzjoni tikkontribbwixxi għat-tneħħija tagħha mill-ilma.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-relazzjoni mill-qrib li teżisti bejn l-azzjoni kimika u l-effetti tagħha li jippermettu li jiġi eżerċitat kontroll aħjar fuq l-organiżmi ta’ ħsara fil-mira ta’ din l-azzjoni, prodott bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandu jiġi kkunsidrat li huwa maħsub sabiex jaġixxi b’mod kimiku fuq l-organiżmi msemmija.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula hija li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>prodotti bijoċidali<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> li jinsab fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 98/8 għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri anki l-prodotti li jaġixxu biss b’mod indirett fuq l-organiżmi ta’ ħsara li jkunu fil-mira tagħhom meta dawn il-prodotti jkun fihom sustanza attiva jew iktar li toħloq azzjoni, kimika jew bijoloġika, li tagħmel parti integrali minn sensiela ta’ azzjonijiet b’rabta kawżali bejniethom li l-għan tagħhom ikun li jiġi prodott effett detrimentali fir-rigward tal-organiżmi msemmija.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>prodotti bijoċidali<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> li jinsab fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="19980216">16 ta’ Frar 1998</DATE>, dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri anki l-prodotti li jaġixxu biss b’mod indirett fuq l-organiżmi ta’ ħsara li jkunu fil-mira tagħhom meta dawn il-prodotti jkun fihom sustanza attiva jew iktar li toħloq azzjoni, kimika jew bijoloġika, li tagħmel parti integrali minn sensiela ta’ azzjonijiet b’rabta kawżali bejniethom li l-għan tagħhom ikun li jiġi prodott effett detrimentali fir-rigward tal-organiżmi msemmija.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>