|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3138 |
16.12.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/3138
tas-16 ta’ Diċembru 2024
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2022/2309 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2309 tal-25 ta’ Novembru 2022 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta’ Novembru 2022, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2022/2309. |
|
(2) |
Fit-28 ta’ Lulju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1574 (2), li emendat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319 (3), li tistabbilixxi qafas iddedikat għal miżuri restrittivi mmirati kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Haiti u għal azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Haiti, kif ukoll kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom. |
|
(3) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni politika, ekonomika, ta’ sigurtà u umanitarja li sejra għall-agħar fil-Haiti, inkluż ir-riżultati taż-żieda fil-vjolenza minn gruppi organizzati, l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem mingħajr remissjoni mwettqa mill-gruppi organizzati, u l-impunità kontinwa għall-awturi, jenħtieġ li tliet persuni jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi msemmija fl-Anness Ia tar-Regolament (UE) 2022/2309. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2022/2309 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness Ia tar-Regolament (UE) 2022/2309 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) ĠU L 307, 28.11.2022, p. 17.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1574 tat-28 ta’ Lulju 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti (ĠU L 192, 31.7.2023, p. 21).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2319 tal-25 ta’ Novembru 2022 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti (ĠU L 307, 28.11.2022, p. 135).
ANNESS
Fl-Anness Ia tar-Regolament (UE) 2022/2309, taħt l-intestatura “Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 4a”, jiżdiedu s-subintestatura u t-tabella li ġejjin:
“A. Persuni Fiżiċi
|
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet |
Data tal-inklużjoni fil-lista |
|
1. |
Jonel CATEL magħruf wkoll bħala Johns CATHEL |
Funzjoniji: Kap tal-grupp organizzat Terre Noire (affiljat mal-koalizzjoni tal-gruppi organizzati G9) Nazzjonalità: Haitjana Sess: raġel |
Jonel Catel huwa l-mexxej tal-grupp organizzat Terre Noir, li huwa affiljat mal-koalizzjoni tal-gruppi organizzati tal-G9 fil-Haiti. Taħt il-kmand tiegħu, il-grupp organizzat Terre Noir iwettaq atti ta’ vjolenza u attivitajiet kriminali fil-Haiti, inkluż serq, talbiet għal riskatt, ħtif ta’ persuni, estorsjoni, omiċidju volontarju u stupru. Għalhekk, Jonel Catel huwa responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà fil-Haiti, inkluż it-twettiq ta’ attivitajiet kriminali u vjolenza li jinvolvu gruppi armati u networks kriminali li jippromwovu l-vjolenza, inkluż ħtif ta’ persuni, omiċidji u vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru. |
16.12.2024 |
|
2. |
Gabriel JEAN-PIERRE magħruf ukoll bħala Ti-Gabriel; Ti Gabriel; Gabo |
Funzjoni: kap tal-koalizzjoni tal-gruppi organizzati GPep (affiljata mal-grupp organizzat Brooklyn) Data tat-twelid: 31.3.1984 Nazzjonalità: Haitjana Sess: raġel |
Gabriel Jean-Pierre huwa l-kap tal-koalizzjoni tal-gruppi organizzati GPep fil-Haiti, li hija affiljata mal-grupp organizzat ta’ Brooklyn. Taħt il-kmand tiegħu, il-GPep wettaq atti ta’ vjolenza u attivitajiet kriminali fil-Haiti, inkluż estorsjoni, qerda ta’ proprjetà, ħtif ta’ persuni, assassinju u stupru. Għalhekk, Gabriel Jean-Pierre huwa responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà fil-Haiti, inkluż it-twettiq ta’ attivitajiet kriminali u vjolenza li jinvolvu gruppi armati u networks kriminali li jippromwovu l-vjolenza, inkluż ħtif ta’ persuni, omiċidji u vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru. |
16.12.2024 |
|
3. |
Ferdens TILUS magħrufa wkoll bħala General Meyer; Jeneral Meyer; Jeneral Meyè |
Funzjoni: Kap tal-grupp organizzat Kokorat San Ras Data tat-twelid: 15.9.1995 Nazzjonalità: Haitjana Sess: raġel |
Ferdens Tilus huwa l-mexxej tal-grupp organizzat Kokorat San Ras fil-Haiti (żona Atribonite/Majjistral). Taħt il-kmand tiegħu, il-grupp organizzat Kokorat San Ras iwettaq atti ta’ vjolenza u attivitajiet kriminali fil-Haiti, inkluż omiċidju volontarju, serq, stupru, ħtif ta’ persuni u approprjazzjoni indebita ta’ proprjetà. Għalhekk, Ferdens Tilus huwa responsabbli għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà fil-Haiti, inkluż it-twettiq ta’ attivitajiet kriminali u vjolenza li jinvolvu gruppi armati u networks kriminali li jippromwovu l-vjolenza, inkluż ħtif ta’ persuni, omiċidji u vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru. |
16.12.2024” |
.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3138/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)