|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2324 |
14.11.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/2324
tat-13 ta’ Novembru 2025
dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ dak il-fond, li tistabbilixxi l-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għall-2027, l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għall-2026, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2026 u previżjoni mhux vinkolanti indikattiva għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2028 u 2029
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, f’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u t-Territorji Extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1) (il-“Ftehim Intern”),u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) flimkien mal-Artikolu 14(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni għal kull parti għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ)huwa stabbilit bl-Artikolu 1 tal-Ftehim Intern.). |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-istimi aġġornati tiegħu tal-impenji u tal-pagamenti taħt l-istrumenti li jimmaniġġa. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-15 ta’ Ottubru 2025 li tistabbilixxi l-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għall-2027, l-ammont annwali tal-kontribuzzjoni għall-2026, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2026 u previżjoni mhux vinkolanti indikattiva għall-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2028 u 2029. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1877, is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jużaw l-ammonti stabbiliti għall-FEŻ preċedenti. Għaldaqstant, jenħtieġ li ssir sejħa għal kontribuzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) 2018/1877 għall-Kummissjoni u għall-BEI. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 152 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-“Ftehim dwar il-Ħruġ”) (3), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) jibqa’ Parti għall-FEŻ sal-għeluq tal-11-il FEŻ u ta’ kull FEŻ preċedenti li għadu mhux magħluq. Madankollu, skont l-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, is-sehem tar-Renju Unit f’fondi diżimpenjati minn proġetti fl-ambitu tal-11-il FEŻ, meta dawn il-fondi jkunu ġew diżimpenjati wara l-31 ta’ Diċembru 2020, jew fl-ambitu ta’ FEŻ preċedenti, ma għandux jintuża mill-ġdid. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2906 (4) tistabbilixxi l-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjoni li għandha titħallas mill-partijiet għall-FEŻ għall-2026 għal EUR 700 000 000 għall-Kummissjoni biss, peress li l-BEI talab is-sehem kollu tiegħu tal-11-il FEŻ fl-2025. |
|
(7) |
Sabiex il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati minnufih, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-limitu massimu għall-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għall-2027 huwa b’dan stabbilit għal EUR 460 000 000 għall-Kummissjoni.
Artikolu 2
L-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-F EŻ għall-2026 huwa b’dan stabbilit għal EUR 700 000 000 għall-Kummissjoni.
Artikolu 3
L-ammont tal-kontribuzzjonijiet li għandu jitħallas mill-partijiet għall-FEŻ għall-bħala l-ewwel pagament parzjali għall-2026 huwa b’dan stabbilit għal EUR 300 000 000.
Artikolu 4
L-ammont ta’ EUR 1 200 000 minn fondi mhux impenjati jew diżimpenjati mill-proġetti fl-ambitu tad-9 FEŻ għandu jiġi rimborżat lill-partijiet għall-FEŻ permezz ta’ tnaqqis fil-pagament tal-ewwel pagament parzjali għall-2026 stabbilitfl-Artikolu 3.
Artikolu 5
Il-previżjoni indikattiva mhux vinkolanti għall-ammont annwali mistenni ta’ kontribuzzjonijiet għall-2028 hija b’dan stabbilita għal EUR 400 000 000 għall-Kummissjoni. Il-previżjoni indikattiva mhux vinkolanti għall-ammont annwali mistenni ta’ kontribuzzjonijiet għall-2029 hija b’dan stabbilita għal EUR 300 000 000 għall-Kummissjoni.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Novembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
S. LOSE
(1) ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_eums/2013/806/oj.
(2) ĠU L 307, 3.12.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1877/oj.
(3) ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/withd_2020/sign.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2906 tal-14 ta’ Novembru 2024 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament ta’ dak il-fond, li tispeċifika l-limitu massimu għall-2026, l-ammont annwali għall-2025, l-ammont tal-ewwel pagament parzjali għall-2025 u previżjoni indikattiva u mhux vinkolanti għall-ammonti annwali mistennija ta’ kontribuzzjonijiet għas-snin 2027 u 2028 (ĠU L, 2024/2906, 19.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2906/oj).
ANNESS
L-ewwel pagament parzjali tal-kontribuzzjonijiet tal-FEŻ għall-2026 (f’EUR) lill-Kummissjoni (1)
|
L-ISTATI MEMBRI U R-RENJU UNIT |
Il-koeffiċjent tad-9 FEŻ (%) |
Il-koeffiċjent tal-11-il FEŻ (%) |
Il-kontribuzzjoni tal-11-il FEŻ |
Ir-rifużjoni tad-9 FEŻ (%) |
Il-kontribuzzjoni tal-11-il FEŻ bit-tnaqqis tar-rrifużjoni tad-9 FEŻ |
|
Il-BELĠJU |
3,92 |
3,24927 |
9 747 810 |
47 040 |
9 700 770 |
|
IL-BULGARIJA |
|
0,21853 |
655 590 |
|
655 590 |
|
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
|
0,79745 |
2 392 350 |
|
2 392 350 |
|
ID-DANIMARKA |
2,14 |
1,98045 |
5 941 350 |
25 680 |
5 915 670 |
|
IL-ĠERMANJA |
23,36 |
20,57980 |
61 739 400 |
280 320 |
61 459 080 |
|
L-ESTONJA |
|
0,08635 |
259 050 |
|
259 050 |
|
L-IRLANDA |
0,62 |
0,94006 |
2 820 180 |
7 440 |
2 812 740 |
|
IL-GREĊJA |
1,25 |
1,50735 |
4 522 050 |
15 000 |
4 507 050 |
|
SPANJA |
5,84 |
7,93248 |
23 797 440 |
70 080 |
23 727 360 |
|
FRANZA |
24,30 |
17,81269 |
53 438 070 |
291 600 |
53 146 470 |
|
IL-KROAZJA |
|
0,22518 |
675 540 |
|
675 540 |
|
L-ITALJA |
12,54 |
12,53009 |
37 590 270 |
150 480 |
37 439 790 |
|
IL-LATVJA |
|
0,11612 |
348 360 |
|
348 360 |
|
IL-LITWANJA |
|
0,18077 |
542 310 |
|
542 310 |
|
IL-LUSSEMBURGU |
0,29 |
0,25509 |
765 270 |
3 480 |
761 790 |
|
L-UNGERIJA |
|
0,61456 |
1 843 680 |
|
1 843 680 |
|
MALTA |
|
0,03801 |
114 030 |
|
114 030 |
|
IN-NETHERLANDS |
5,22 |
4,77678 |
14 330 340 |
62 640 |
14 267 700 |
|
L-AWSTRIJA |
2,65 |
2,39757 |
7 192 710 |
31 800 |
7 160 910 |
|
IL-POLONJA |
|
2,00734 |
6 022 020 |
|
6 022 020 |
|
IL-PORTUGALL |
0,97 |
1,19679 |
3 590 370 |
11 640 |
3 578 730 |
|
IR-RUMANIJA |
|
0,71815 |
2 154 450 |
|
2 154 450 |
|
IS-SLOVENJA |
|
0,22452 |
673 560 |
|
673 560 |
|
IS-SLOVAKKJA |
|
0,37616 |
1 128 480 |
|
1 128 480 |
|
IL-FINLANDJA |
1,48 |
1,50909 |
4 527 270 |
17 760 |
4 509 510 |
|
L-IŻVEZJA |
2,73 |
2,93911 |
8 817 330 |
32 760 |
8 784 570 |
|
IR-RENJU UNIT |
12,69 |
14,67862 |
44 035 860 |
152 280 |
43 883 580 |
|
TOTAL UE-27 U R-RENJU UNIT |
100,00 |
100,00 |
300 000 000 |
1 200 000 |
298 800 000 |
(1) Il-BEI talab is-sehem kollu tiegħu mill-11-il FEŻ fl-ewwel pagament parzjali tal-2025.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2324/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)