|
17.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/47 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8505 — NN Group/ATP/Hotel)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 194/08)
|
1. |
Fis-6 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi NN Group N.V. (“NN Group”, in-Netherlands), permezz tas-sussidjarja proprjetà kollha kemm hi tagħha, REI Germany B.V. (“REI”, in-Netherlands), u Arbejdsmarkedets Tillægspension (“ATP”, id-Danimarka), indirettament jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpless ta’ bini fi Munich, il-Ġermanja, li jikkonsisti prinċipalment f’lukanda Holiday Inn (“il-Lukanda”), permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — NN Group: istituzzjoni finanzjarja globali ta’ oriġini Olandiża li toffri servizzi ta’ investiment u assikurazzjoni. — ATP: fond pubbliku tal-pensjonijiet Daniż b’4,9 miljun membru taħt is-superviżjoni mill-Awtorità ta’ Sorveljanza Finanzjarja Daniża. Il-fond jamministra għadd ta’ skemi ta’ benesseri u ta’ sigurtà soċjali li jgħinu biex tkun provduta sigurtà bażika għal ċittadini Daniżi. — il-Lukanda: bini magħruf bħala Holiday Inn Hotel li jinsab f’Hochstraße 3, Munich, il-Ġermanja u l-parkeġġ, ir-ristoranti, bars u faċilitajiet ta’ divertiment marbuta miegħu. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8505 — NN Group/ATP/Hotel, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.