31992L0014



Official Journal L 076 , 23/03/1992 P. 0021 - 0027
Finnish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0080
Swedish special edition: Chapter 7 Volume 4 P. 0080


Id-Direttiva tal-Kunsill 92/14/KEE

tat-2 ta' Marzu 1992

fuq il-limitazzjoni ta' l-operazzjoni ta' l-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 2, il-Volum 1 ta' l-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod speċjali l-Artikolu 84 (2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-applikazzjoni ta' standards tal-ħoss għal ajruplani jet subsoniċi għandha konsegwenzi sinifikanti għad-dispożizzjoni tas-servizzi tat-trasport bl-ajru, b'mod partikolari meta dawn l-istandards jillimitaw l-użu utli ta' l-ajruplani operati mil-linji ta' l-ajru; billi d-Direttiva tal-Kunsill 80/51/KEE [4], tistabbilixxi l-limiti dwar l-emissjoni ta' dan il-ħoss;

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 89/629/KEE [5] tillimita b'żieda mar-reġistri ċivili ta' l-arju ta' Stati Membri ta' ajruplani li jikkonformaw biss ma' l-istandards speċifikati fil-Parti II, il-Kapitolu 2, il-Volum 1 ta' l-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988); billi dik id-Direttiva tispeċifika li l-limitazzjoni dwar iż-żieda hija biss l-ewwel stadju;

Billi l-programm ta' azzjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-ambjent [6] juri biċ-ċar l-importanza tal-problema tal-ħoss u, b'mod partikulari, il-bżonn li tittieħed azzjoni kontra l-ħoss ikkawżat mit-traffiku ta' l-ajru;

Billi, minħabba l-problema tal-konġestjoni li dejjem qed tikber fl-ajruporti Komunitarji, huwa essenzjali li jiġi assigurat li jsir l-aħjar użu mill-faċilitajiet eżistenti; billi dan ikun possibbli biss jekk jintużaw ajruplani li huma aċċettabbli għall-ambjent;

Billi x-xogħol magħmul mill-Komunità f'kooperazzjoni ma' korpi oħrajn internazzjonali jindika li l-miżuri biex tiġi llimitata l-operazzjoni ta' ajruplani li ma jikkonformawx ma' l-istandards tal-Kapitolu 3 ta' l-Anness 16 għandu jsegwi kull regola nonaddizzjonali sabiex dan ikun ta' benefiċċju ambjentali;

Billi għandhom jiġu introdotti regoli komuni għal dan l-iskop fuq skala taż-żmien raġonevoli sabiex jiġi assigurat approċċ armonizzat fil-Komunità kollha, li jissupplimenta regoli eżistenti; billi dan huwa partikolarment importanti minħabba x-xejra riċenti lejn liberalizzazzjoni progressiva tat-traffiku ta' l-ajru Ewropew.

Billi l-ħoss ta' l-ajruplani għandu jitnaqqas aktar, billi jittieħed kont ta' fatturi ambjentali, vjabbilità teknika u konsegwenzi ekonomiċi;

Billi huwa approprjat li l-operazzjoni ta' ajruplani jet subsoniċi ċivili jiġi ristrett, fuq reġistri ta' Stati Membri għal dawk li jikkonformaw ma' l-istandards tal-Kaptiolu 3 ta' l-Anness 16; billi skeda għall-irtirar gradwali mir-reġistri ta' l-Istati Membri ta dawk l-ajruplani li ma jissodisfawx l-istandards tal-Kapitolu 3 kienet tirrappreżenta faċilità kemm għal-linji ta' l-ajru u kemm għall-fabbrikanti;

Billi għandha tingħata konsiderazzjoni speċjali għall-problemi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

Billi f'każijiet ta' diffikultà teknika jew ekonomika, kien ikun raġjonevoli li jingħataw eżenzjonijiet limitati,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

1. L-iskop ta' din id-Direttiva huwa li tiġi ristretta l-operazzjoni ta' ajruplani jet subsoniċi ċivili kif speċifikat fl-Artikolu 2.

2. Din id-Direttiva tapplika għal ajruplani b'massa massima biex tinqata' mill-art ta' 34000 kg jew aktar b'akkomodazzjoni interna ċertifikata massima għat-tip ta' ajruplan inkwistjoni li tikkonsisti minn aktar minn dsatax-il sedil għall-passiġġieri, esklużi sedili għall-ekwipaġġ biss.

L-Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, mill-1 ta' April 1995, l-ajruplani ċivili jet subsoniċi li jkollhom magni bi proporzjon ta' by-pass ta' inqas minn tnejn ma jistgħux joperaw f'ajruporti li jinstabu fit-territorju tagħhom sakemm ma jingħatawx ċertifikazzjoni tal-ħoss jew:

(a) għall-istandards speċifikati fil-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 ta' l-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988); jew

(b) għall-istandards speċifikati fil-Parti II, il-Volum 1 ta' l-Anness 16 tal-Konvenzjoni msemmija qabel, sakemm kienu l-ewwel inħarġu b'ċertifikat individwali ta' adattabilità biex jaħdmu fl-ajru inqas minn 25 sena qabel.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, mill-1 ta'April 2002, l-ajruplani kollha ċivili jet subsoniċi li joperaw mill-ajruporti li jinsabu fit-territorju tagħhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 (a).

3. It-territorju msemmi fil-paragrafi 1 u 2 m'għandux jinkludi d-dipartimenti extra-Ewropej imsemmija fl-Artikolu 227(2) tat-Trattat.

L-Artikolu 3

L-ajruplani elenkati fl-Anness għandhom ikunu ezentati mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(1)(a) u (b) sa fejn jidħlu:

(a) dawn l-ajruplani ċivili jet subsoniċi, mogħtija ċertifikazzjoni tal-ħoss skond l-istandards speċifikati fil-Parti II, il-Kapitolu 2, il-Volum 1 ta' l-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988), operati f'ajruporti Komunitarji f'perjodu ta' referenza ta' 12-il xahar bejn l-1986 u l-1990 magħżula flimkien ma' l-Istati kkonċernati; u

(b) dawn l-ajruplani kienu fuq ir-reġistru tan-nazzjonijiet fi żvilupp li jidhru fl-Anness fis-sena ta' referenza u jibqgħu jiġu operati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi stabbiliti f'dawk il-pajjiżi.

L-Artikolu 4

L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet għat-terminu ta' 25 sena speċifikat fl-Artikolu 2(1)(b), għal mhux aktar minn tliet snin b'kollox, għal ajruplani li fir-rigward tagħhom linja ta' l-ajru turi li t-twettiq ta' l-operazzjonijiet tagħha kien xort'oħra jkun effettwat bil-kontra għal limitu mhux raġjonevoli.

L-Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom jeżentaw mill-Artikolu 2(1) l-ajruplani li ma jissodisfawx l-istandards tal-Kapitolu 3 ta' l-Anness 16 iżda li jistgħu jiġu alterati biex jissodisfaw dawk l-istandards, sakemm:

(a) jeżisti apparat adattat ta' konverżjoni u huwa attwalment disponibbli għat-tip ta' ajruplan inkwistjoni;

(b) ajruplani mgħammra b'dan l-apparat jissodisfaw l-istandards tal-Kapitolu 3 ta' l-Anness 16, kif determinat skond l-istandards u l-proċeduri tekniċi aċċettati mill-Istati Membri sakemm jiġu stabbiliti standards u proċeduri komuni fil-livell Komunitarju;

(ċ) il-linja ta' l-ajru tkun ordnat it-tagħmir sa l-1 ta'April 1994;

(d) il-linja ta' l-ajru tkun aċċettat id-data l-aktar kmieni ta' kunsinna għal dawn l-alterazzjonijiet.

2. L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-Artikolu 2 għal ajruplani ta' interess storiku.

L-Artikolu 6

L-Istati Membri jistgħu jagħtu, fuq il-bażi tal-prinċipju ta' eżenzjoni waħda għal kull ajruplan ordnat, eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2(1) għal ajruplani meta ssir ordni qabel l-1 ta'April 1994 għal ajruplan ta' sostituzzjoni li jissodisfa l-istandards tal-Kapitolu 3 ta' l-Anness 16, sakemm il-linja ta' l-ajru aċċettat l-aktar data kmieni ta' kunsinna.

L-Artikolu 7

Soġġett għall-approvazzjoni ta' l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru, linji ta' l-ajru ma jistgħux ikunu meħtieġa skond l-Artikolu 2(1) iħassru mir-reġistri ajruplani li ma jissodisfawx l-istandards tal-Kapitolu 3 ta' l-Anness 16 b'rata annwali ekwivalenti għal aktar minn 10 % tal-flotta tal-jets ċivili subsoniċi tagħhom.

L-Artikolu 8

F'każijiet individwali, Stati Membri jistgħu jippermettu l-użu temporanju f'ajruporti fit-territorju tagħhom ta' ajruplani li ma jistgħux jiġu operati fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta' din id-Direttiva. Din l-eżenzjoni għandha tkun limitata għal:

(a) ajruplani li l-operazzjonijiet tagħhom huma ta' natura rari li ma kienx ikun raġonevoli li ma tingħatax eżenzjoni temporanja;

(b) ajruplani jew titjiriet li ma jħallux qligħ għall-iskopijiet ta' alterazzjonijiet, tiswija jew manutenzjoni.

L-Artikolu 9

1. Kull Stat Membru li jagħti eżenzjonijiet taħt l-Artikolu 4 sa 7 għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bil-fatt u bir-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

2. Kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi l-eżenzjonijiet mogħtija minn Stat Membru ieħor fir-rigward ta' ajruplani fir-reġistri ta' dan ta' l-aħħar.

L-Artikolu 10

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel l-ta' Lulju 1992.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

L-Artikolu 11

Din id-Direttiva hjai indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-2 ta' Marzu 1992.

F'isem il-Kunsill

Il-President

João Pinheiro

[1] ĠU C 111, tas-26.4.1991, p. 5.

[2] ĠU C 13 ta' l-20.1.1992.

[3] ĠU C 339, 31. tal-12. 1991, p. 89.

[4] ĠU L 18, ta' l-24.1.1990, p. 26. Id-Direttiva emendata mid-Direttiva 83/206/KEE (ĠU L 117, ta' l-4.5.1983, p. 15).

[5] ĠU L 363, tat-13.12.1989, p. 27.

[6] ĠU C 328, tas-7.12.1987, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

LISTA TA' INĠENJI TA' L-AJRU EŻENTATI SKOND L-ARTIKOLU 3

L-ALĠERIJA

L-Ajruplan | L-Operatur |

It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni |

B-727-2D6 | 7T-VEH | AIR ALGERIE |

B-727-2D6 | 7T-VEI | AIR ALGERIE |

B-727-2D6 | 7T-VEM | AIR ALGERIE |

B-727-2D6 | 7T-VEP | AIR ALGERIE |

B-737-2D6 | 7T-VEE | AIR ALGERIE |

B-737-2D6 | 7T-VEG | AIR ALGERIE |

B-737-2D6 | 7T-VEJ | AIR ALGERIE |

B-737-2D6 | 7T-VEK | AIR ALGERIE |

B-737-2D6 | 7T-VEL | AIR ALGERIE |

B-737-2D6 | 7T-VEN | AIR ALGERIE |

B-737-2D6 | 7T-VED | AIR ALGERIE |

B-737-2D6 | 7T-VEQ | AIR ALGERIE |

IL-BURKINA FASO

L-Ajruplan | L-Operatur |

It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni |

B-707-336C | XT-ABX | NAGANGANNI |

IĊ-ĊILI

L-Ajruplan | L-Operatur |

It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni |

B-707-331C | CC-CUE | FAST AIR CARRIER SF |

IR-REPUBBLIKA DOMINIKANA

L-Ajruplan | L-Operatur |

It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni |

B-707-399C | HI-422CT | DOMINICANA DE AVIACIÓN |

L-EĠITTU

L-Ajruplan | L-Operatur |

It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni |

B-707-328C | SU-DAA | ZAS AIRLINE |

B-707-336C | SU-DAC | ZAS AIRLINE |

B-737-266 | SU-BBX | EGYPT AIR |

B-737-266 | SU-AYL | EGYPT AIR |

B-737-266 | SU-AYK | EGYPT AIR |

B-737-266 | SU-AYI | EGYPT AIR |

B-737-266 | SU-BBW | EGYPT AIR |

B-737-266 | SU-AYO | EGYPT AIR |

IL-GANA

L-Ajruplan | L-Operatur |

It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni |

F-28-2000 | 9G-ABZ | GHANA AIRWAYS CORPORATION |

IL-KENJA

L-Ajruplan | L-Operatur |

It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni |

DC-8-63 | 5Y-ZEB | AFRICAN SAFARI AIRWAYS Ltd |

IL-LIBJA

L-Ajruplan | L-Operatur |

It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni |

B 727-2L5 | 5A-DIC | LYBYAN ARAB AIRLINES |

B 727-2L5 | 5A-DIB | LYBYAN ARAB AIRLINES |

B 727-2L5 | 5A-DIA | LYBYAN ARAB AIRLINES |

B 727-2L5 | 5A-DID | LYBYAN ARAB AIRLINES |

B 727-2L5 | 5A-DIE | LYBYAN ARAB AIRLINES |

IL-MAWRITANJA

L-Ajruplan | L-Operatur |

It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni |

F 28-4000 | 5T-CLF | AIR MAURITANIE |

F 28-4000 | 5T-CLG | AIR MAURITANIE |

IL-MAROKK

L-Ajruplan | L-Operatur |

It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni |

B 727-2B6 | CN-RMO | ROYAL AIR MAROC |

B 727-2B6 | CN-CCF | ROYAL AIR MAROC |

B 727-2B6 | CN-CCG | ROYAL AIR MAROC |

B 727-2B6 | CN-CCH | ROYAL AIR MAROC |

B 727-2B6 | CN-CCW | ROYAL AIR MAROC |

B 737-2B6 | CN-RMI | ROYAL AIR MAROC |

B 737-2B6 | CN-RMJ | ROYAL AIR MAROC |

B 737-2B6 | CN-RMK | ROYAL AIR MAROC |

B 707-351C | CN-RMB | ROYAL AIR MAROC |

B 707-351C | CN-RMC | ROYAL AIR MAROC |

IN-NIĠERJA

L-Ajruplan | L-Operatur |

It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni |

B 707-351C | 5N-ASY | EAS CARGO AIRLINES |

B 707-338C | 5N-ARQ | DAS AIR CARGO |

B 707-3F9C | 5N-ABK | NIGERIA AIRWAYS Ltd |

IR-RWANDA

L-Ajruplan | L-Operatur |

It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni |

B 707-328C | 9XR-JA | AIR RWANDA |

IS-SUDAN

L-Ajruplan | L-Operatur |

It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni |

B 707-338C | ST-ALP | TRANS ARABIAN AIR TRANSPORT |

IL-PARAGWAJ

L-Ajruplan | L-Operatur |

It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni |

DC-8-63 | ZP-CCH | LÍNEAS AÉREAS PARAGUAYAS (AIR PARAGUAY) |

L-URUGWAJ

L-Ajruplan | L-Operatur |

It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni |

B-707-387B | CX-BNU | PRIMERAS LÍNEAS URUGUAYAS DE NAVEGACIÓN AÉREA (PLUMA) |

IS-SWAŻILAND

L-Ajruplan | L-Operatur |

It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni |

DC-8F-54 | 3D-ADV | AFRICAN INTERNATIONAL AIRWAYS (PTY) Ltd |

IT-TUNEŻIJA

L-Ajruplan | L-Operatur |

It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni |

B-727-2H3 | TS-JHT | TUNIS AIR |

ZAIRE

L-Ajruplan | L-Operatur |

It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni |

B-707-329C | 90-CBS | SCIBE AIRLIFT |

IŻ-ŻIMBABWE

L-Ajruplan | L-Operatur |

It-Tip | Ir-Reġistrazzjoni |

B-707-330B | Z-WKU | AIR ZIMBABWE |

B-707-330B | Z-WKV | AFRICAN AIRLINES INTERNATIONAL |

--------------------------------------------------