|
30.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 187/7 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11094 – CD&R / STONE POINT / FOCUS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 187/07)
1.
Fit-22 ta’ Mejju 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Clayton, Dubilier & Rice Fund XII, L.P., immexxija minn Clayton, Dubilier & Rice, LLC (“CD&R”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Trident IX, L.P., ġestita minn Stone Point Capital LLC (“Stone Point”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Focus Financial Partners Inc. (“Focus”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
CD&R u Stone Point jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Focus kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
CD&R hija ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata li toriġina, tistruttura u taġixxi bħala investitur ewlieni ta’ ekwità f’akkwiżizzjonijiet mill-maniġment, investimenti strateġiċi ta’ ekwità minoritarji u investimenti strateġiċi oħra, |
|
— |
Stone Point hija ditta ta’ investiment li timmira investimenti f’kumpaniji fl-industrija globali tas-servizzi finanzjarji u setturi relatati, |
|
— |
Focus hija sħubija ta’ ditti indipendenti u fiduċjarji tal-ġestjoni tal-ġid. Focus jipprovdi aċċess għall-aħjar prattiki, riżorsi u ppjanar tal-kontinwità għad-ditti sħab tiegħu li jservu individwi, familji, min iħaddem u istituzzjonijiet b’servizzi komprensivi ta’ ġestjoni tal-ġid. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
|
|
M.11094 – CD&R / STONE POINT / FOCUS |
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).