2003R1852 — MT — 17.02.2006 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1852/2003 tal-21 ta’ Ottubru 2003 li jawtorizza l-użu għal għaxar snin ta’ koċċidjostatiku fl-għalf għall-bhejjem (ĠU L 271, 22.10.2003, p.13) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 249/2006 tat-13 ta’ Frar 2006 |
L 42 |
22 |
14.2.2006 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1852/2003
tal-21 ta’ Ottubru 2003
li jawtorizza l-użu għal għaxar snin ta’ koċċidjostatiku fl-għalf għall-bhejjem
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tikkonċerna l-addittivi fl-għalf tal-bhejjem ( 1 ), kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1847/2003 ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 9 tiegħu,
Billi:|
(1) |
Id-Direttiva 70/524/KEE tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jitolbu li l-ebda addittiv ma jista’ jitpoġġa fiċ-ċirkolazzjoni jekk ma tingħatax awtorizzazzjoni Komunitarja. |
|
(2) |
Fil-każ ta’ l-addittivi elenkati f’Parti I ta’ l-Anness C tad-Direttiva 70/524/KEE, li jinkludu koċċidjostatiċi u sustanzi mediċinali oħra, tista’ tingħata awtorizzazzjoni konnessa mal-persuna responsabbli għat-tpoġġija tagħhom fiċ-ċirkolazzjoni. Din l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata għal perijodu ta’ 10 snin jekk il-kondizzjonijiet rilevanti mniżżla f’dik id-Direttiva jkunu sodisfatti. |
|
(3) |
L-istima ta’ l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal perijodu ta’ għaxar snin sottomessa fir-rigward tal-preparazzjoni ta’ koċċidjostatiċi “Sacox 120 mikroGranulat”, turi li l-kondizzjonijiet relevanti fid-Direttiva 70/524/KEE huma sodisfatti. Il-Kumitat Xjentifiku għan-Nutrizzjoni ta’ l-Annimali ta opinjoni favorevoli fir-rigward tas-sigurta u l-effetti favorevoli tal-preparazzjoni tal-koċċidjostatiċi li jagħmlu parti mill-grupp “Koċċidjostatiċi u sustanzi mediċinali oħra”, għal tiġieġ imrobbija biex ibidu. |
|
(4) |
Konsegwentement, il-preparazzjoni ta’ koċċidjostatiċi “Sacox 120 mikroGranulat” għandha tkun awtorizzata għal perijodu ta’ 10 snin u inkluża fil-lista ta’ addittivi awtorizzati konnessi mal-persuna responsabbli għat-tpoġġija tagħhom fiċ-ċirkolazzjoni u awtorizzati għal perijodu ta’ 10 snin kif imsemmi fid-Direttiva 70/524/KEE. |
|
(5) |
L-istima ta’ l-applikazzjoni turi li ċertu proċeduri huma meħtieġa biex jipproteġu l-ħaddiema mill-esposizzjoni għall-addittiv “Sacox 120 mikroGranulat”. Madankollu, din il-protezzjoni hija assigurata bl-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ metodi biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurta u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol ( 3 ). |
|
(6) |
Il-miżuri provvduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanent tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-addittiv “Sacox 120 mikroGranulat” li jagħmel parti mill-grupp “Koċċidjostatiċi u sustanzi mediċinali oħra” kif imniżżel fl-Anness huwa awtorizzat għall-użu bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali taħt il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
L-ANNESS
|
“Numru ta' reġistrazzjoni ta' l-addittiv |
Isem u numru ta' reġistrazzjoni tal-persuna responsabbli li tpoġġi l-addittiv fiċ-ċirkolazzjoni |
Addittiv (isem kummerċjail) |
Komposizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni |
Speċi jew kategorija ta' annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Perijodu ta' awtorizzazzjoni |
|
mg of active substance/kg of complete feedingstuff |
mg of active substance/kg of complete feedingstuff |
||||||||
|
Koċċidjostatiċi u sustanzi mediċinali oħra |
|||||||||
|
E766 |
►M1 Huvepharma nv ◄ |
Sodju salinomycin 120 g/kg (Sacox 120 mikroGranulat) |
Komposizzjoni ta' l-addittiv: Sodju salinomycin: = 120 g/kg Silikon diossidu: 10-100 g/kg Kalċju karbonat: 350-700 g/kg Sustanza attiva: Sodju salinomycin, C42H69O11Na, Numru SAK: 53003-10-4, melħ tas-sodju ta' aċidu prodott minn fermentazzjoni ta' albus Impuritajiet relatati: <42 mg elaiophylin/kg sodjusalinomycin. < 40 g 17-epi-20-desoxy-sali-nomycin/kg sodju salinomycin |
Tiġieġ imrobbija biex ibidu |
12-il ġimgħa |
50 |
50 |
Indika fl-istruzzjonijietgħall-użu: ‘għad-dundjani’ jonoforu: użu kontemporanju ma' ċertu sustanzi mediċinali (eż. tiamulin) jista' jkun kontra-indikattiv. |
tal-11.11.2013” |
( 1 ) ĠU L 270, ta’ l-14.12.70, p. 1.
( 2 ) ĠU L 269, tal-21.10.03, p. 3.
( 3 ) ĠU L 183, tad-29.06.89, p. 1.