7.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/22


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9226 — CommScope/ARRIS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 49/10)

1.   

Fil-31 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CommScope Holding Company, Inc. (“CommScope”, l-Istati Uniti tal-Amerika), u

—

ARRIS International plc (“ARRIS”, l-Istati Uniti tal-Amerika).

CommScope takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ ARRIS kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CommScope hija fornitur dinji ta’ soluzzjonijiet infrastrutturali għas-saffi taċ-ċentru, ta’ aċċess u tat-truf ta’ networks ta’ komunikazzjoni, bi prodotti bħall-infrastruttura ta’ network mingħajr fili u soluzzjonijiet ta’ fibra ottika u ta’ konnettività tar-ram.

—

ARRIS tipprovdi prodotti ta’ teknoloġija ta’ divertiment, komunikazzjonijiet u networking lil fornituri tas-servizzi biex iwasslu servizzi ta’ data tal-midja, tal-vuċi u IP lill-abbonati tagħhom.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9226 — CommScope/ARRIS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.