12005SPN03/01/02

Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea - Anness III:Lista msemmija fl-Artikolu 16 tal-Protokoll: adattamenti lil atti adottati mill-istituzzjonijiet - 1.Liġi dwar il-kumpanniji - Drittijiet ta' proprjetà industrijali - II.Ċertifikati ta' protezzjoni ulterjuri

Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0056 - 0058


II. ĊERTIFIKATI TA' PROTEZZJONI SUPPLEMENTARI

1. 31992 R 1768: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 1768/92 tat- 18 ta' Ġunju 1992 dwar il-ħolqien ta' ċertifikat ta' protezzjoni supplementari għal prodotti mediċinali (ĠU L 182, 2.7.1992, p.1), kif emendat bi:

- 11994 N: Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti lit-Trattati - Adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta' l-Isvezja (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21),

- 12003 T: Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti lit-Trattati - Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

(a) Dan li ġej jiżdied ma' l-Artikolu 19a:

"(k) kull prodott mediċinali protett bi privattiva bażika valida u li għalih l-ewwel awtorizzazzjoni sabiex jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali tkun inkisbet wara l- 1 ta' Jannar 2000 jista' jingħata ċertifikat fil-Bulgarija, sakemm l-applikazzjoni għal ċertifikat hi preżentata fi żmien sitt xhur mid-data ta' l-adeżjoni;

(l) kull prodott mediċinali protett bi privattiva bażika valida u li għalih l-ewwel awtorizzazzjoni sabiex jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali tkun inkisbet wara l- 1 ta' Jannar 2000 jista' jingħata ċertifikat fir-Rumanija. Fil-każijiet fejn il-perjodu previst fl-Artikolu 7(1) ikun skada, il-possibbiltà li ssir applikazzjoni għal ċertifikat għandha tibqa' disponibbli għal perjodu ta' sitt xhur li jibdew mhux aktar tard mid-data ta' l-adeżjoni."

(b) L-Artikolu 20(2) jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. Dan ir-Regolament għandu japplika għal ċertifikati ta' protezzjoni supplimentari mogħtija skond il-liġijiet nazzjonali tar-Repubblika Ċeka, ta' l-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta' Malta, tal-Polonja, tar-Rumanija, tas-Slovenja u tas-Slovakkja qabel id-data ta' l-adeżjoni rispettiva tagħhom.".

2. 31996 R 1610: Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' Lulju 1996 dwar il-ħolqien ta' ċertifikat supplimentari ta' ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 198, 8.8.1996, p. 30), kif emendat bi:

- 12003 T: Att dwar il-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni u l-aġġustamenti lit-Trattati - Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

(a) Dan li ġej jiżdied ma' l-Artikolu 19a:

"(k) kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti protett bi privattiva bażika valida u li għalih l-ewwel awtorizzazzjoni sabiex jitqiegħed fis-suq bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti tkun inkisbet wara l- 1 ta' Jannar 2000 jista' jingħata ċertifikat fil-Bulgarija, sakemm l-applikazzjoni għal ċertifikat hi preżentata fi żmien sitt xhur mid-data ta' l-adeżjoni;

(l) kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti protett bi privattiva bażika valida u li għalih l-ewwel awtorizzazzjoni sabiex jitqiegħed fis-suq bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti tkun inkisbet wara l- 1 ta' Jannar 2000 jista' jingħata ċertifikat fir-Rumanija. Fil-każijiet fejn il-perjodu previst fl-Artikolu 7(1) ikun skada, il-possibbiltà li ssir applikazzjoni għal ċertifikat għandha tibqa' disponibbli għal perjodu ta' sitt xhur li jibdew mhux aktar tard mid-data ta' l-adeżjoni."

(b) L-Artikolu 20(2) jiġi mibdul b'dan li ġej:

"2. Dan ir-Regolament għandu japplika għal ċertifikati ta' protezzjoni supplimentari mogħtija skond il-liġijiet nazzjonali tar-Repubblika Ċeka, ta' l-Estonja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta' Malta, tal-Polonja, tar-Rumanija, tas-Slovenja u tas-Slovakkja qabel id-data ta' l-adeżjoni rispettiva tagħhom.".

--------------------------------------------------