17.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1480

tas-16 ta' Awwissu 2017

li jimponi dazju provviżorju antidumping fuq l-importazzjoni ta' ċerti oġġetti ta' ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Il-bidu

(1)

Fl-10 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni Ewropea (“Il-Kummissjoni”) tat bidu għal investigazzjoni dwar l-antidumping fir-rigward ta' importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti oġġetti ta' ħadid fondut bil-grafit lamellari (ħadid griż) jew ħadid fondut bil-grafit sferojdali (magħruf ukoll bħala ħadid fondut duttili), u partijiet minn dawn (“oġġetti ta' ħadid fondut”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”) u l-Indja (“il-pajjiżi kkonċernati”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 (“ir-Regolament bażiku”).

(2)

Il-Kummissjoni ppubblikat Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta' Bidu”).

(3)

Il-Kummissjoni tat bidu għal investigazzjoni wara lment imressaq fil-31 ta' Ottubru 2016 minn seba' produtturi tal-Unjoni, jiġifieri Fondatel Lecompte SA, Ulefos Niemisen Valimo Oy Ltd, Saint-Gobain PAM SA, Fonderies Dechaumont SA, Heinrich Meier Eisengießerei GmbH & Co. KG, Saint-Gobain Construction Products UK Ltd u Fundiciones de Odena SA (“l-ilmentaturi”). L-ilmentaturi jirrappreżentaw aktar minn 40 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' oġġetti tal-ħadid fondut. L-ilment kien fih evidenza ta' dumping u ta' dannu materjali riżultanti, u dan kien biżżejjed biex il-bidu tal-investigazzjoni jkun iġġustifikat.

1.2.   Il-partijiet interessati

(4)

Fin-Notifiki ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet speċifikament lill-ilmentaturi, lil produtturi magħrufa oħrajn, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet tar-RPĊ u lill-Indja, u lil importaturi magħrufa dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw.

(5)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

(6)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li hija għażlet lill-Indja b'mod provviżorju bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq (“pajjiż analogu”) skont it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità jikkummentaw u jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

(7)

Assoċjazzjoni bl-isem ta' Free Castings Imports li tirrappreżenta 19-il importatur ippreżentat kummenti wara l-bidu tal-investigazzjoni (“assoċjazzjoni ta' importaturi mhux relatati”). Barra minn hekk, bosta produtturi esportaturi Indjani, l-industrija Indjana, u l-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (“CCCME”) ippreżentaw kummenti wara l-bidu tal-proċediment.

(8)

Xi partijiet interessati ressqu l-argument li l-ilment ma jilħaqx il-livell neċessarju ta' evidenza prima facie li jwassal għall-bidu ta' investigazzjoni, peress li ma jipprovdix evidenza kompluta u fattwali għall-allegazzjonijiet li fih u ma tingħata l-ebda data dwar il-post tal-produzzjoni u l-prezzijiet domestiċi ta' produtturi esportaturi Ċiniżi. Huwa ressqu l-argument li tali data hija neċessarja sabiex tinbeda investigazzjoni kontra pajjiż b'ekonomija tas-suq bħal ma hi r-RPĊ.

(9)

Il-Kummissjoni wettqet eżaminazzjoni tal-ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, u wasslet għall-konklużjoni li r-rekwiżiti għall-bidu ta' investigazzjoni ġew sodisfatti, jiġifieri li l-adegwatezza u l-preċiżjoni tal-evidenza preżentata mill-ilmentatur kienet suffiċjenti. Huwa mfakkar li, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku, ilment għandu jinkludi dik l-informazzjoni li b'mod raġjonevoli hija disponibbli għall-ilmentatur, bħal ma huma rapporti u statistika disponibbli b'mod pubbliku. Fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-valur normali li hemm fl-ilment abbażi ta' data minn pajjiż analogu tikkostitwixxi evidenza prima facie biżżejjed biex tkun tista' tinbeda l-investigazzjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata.

(10)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-ilment kien fih evidenza ta' dumping u ta' dannu materjali li rriżulta, li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

1.3.   Il-kampjunar

(11)

Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista' tieħu kampjun ta' produtturi esportaturi, produtturi tal-Unjoni u importaturi mhux relatati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.3.1.   Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(12)

Fin-Notifika ta' Bidu tagħha, il-Kummissjoni stqarret li kienet għażlet b'mod provviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-volumi ta' bejgħ l-aktar rappreżentattivi tal-prodott simili fil-perjodu tal-investigazzjoni filwaqt li żgurat firxa fit-tipi ta' prodotti u firxa ġeografika.

(13)

Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni, EJ Picardie, Saint-Gobain PAM SA, u Heinrich Meier Eisengießerei GmbH & Co. KG. Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu responsabbli għal 48 % tal-volum tal-produzzjoni totali u 43 % tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw fuq il-kampjun provviżorju.

(14)

L-ilmentaturi ppreżentaw talba biex jinkludu r-raba' produttur tal-Unjoni, Fondatel Lecomte. Billi l-ilmentaturi ma ssostanzjawx it-talba tagħhom, il-Kummissjoni rrifjutatha.

(15)

Xi partijiet interessati argumentaw li l-kampjun propost ma kienx jagħti rappreżentazzjoni preċiża f'termini tal-post ġeografiku tal-produtturi jew il-pożizzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fir-rigward tal-ilmentaturi. Il-kampjun propost kien jinkludi biss ilmentaturi u sostenitur tal-ilment, filwaqt li ma kienx jinkludi lill-produtturi tal-Unjoni fl-Istati Membri l-aktar affettwati mill-allegati importazzjonijiet li huma l-oġġetti ta' dumping mir-RPĊ jew il-produtturi tal-Unjoni minn pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.

(16)

Il-Kummissjoni nnotat li l-kampjun kien jinkludi l-akbar swieq għall-prodott ikkonċernat u l-ikbar produtturi f'termini ta' volum u bejgħ fis-suq tal-Unjoni li jistgħu jiġu investigati b'mod raġjonevoli fiż-żmien disponibbli.

(17)

Il-produtturi esportaturi Indjani argumentaw li l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni mhuwiex rappreżentattiv, peress li jinkludi kumpaniji li huma stess huma importaturi tal-prodott li allegatament huwa l-oġġett ta' dumping.

(18)

Il-Kummissjoni nnotat li tabilħaqq waħda mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun timporta l-prodott ikkonċernat sabiex tikkompleta l-gamma ta' prodotti tagħha. Il-Kummissjoni sabet li l-kwantità importata hija ħafna iżgħar mill-kwantità prodotta minn din il-kumpanija peress li tirrappreżenta anqas minn 15 % tal-bejgħ kollu totali tagħha fl-Unjoni u għalhekk tqis li l-produttur tal-Unjoni fil-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

(19)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonfermat li l-kampjun huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

1.3.2.   Il-kampjunar tal-importaturi

(20)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.

(21)

Tmienja u għoxrin importatur mhux relatat ippreżentaw l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' tliet importaturi mhux relatati abbażi tal-akbar volum ta' importazzjonijiet fl-Unjoni. F'konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, l-importaturi kollha magħrufa kkonċernati ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma wasal l-ebda kumment.

1.3.3.   Il-kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ

(22)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(23)

Wieħed u tmenin produttur esportatur fir-RPĊ ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni sabet tmienja u sebgħin produttur esportatur/gruppi ta' produtturi esportaturi ammissibbli għall-kampjun. Tliet produtturi ma rrapportaw l-ebda esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-UE matul il-perjodu tal-investigazzjoni u għalhekk ma kinux meqjusa ammissibbli għall-kampjun. B'mod provviżorju, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' tliet produtturi kooperattivi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni. Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufin ikkonċernati kollha, u l-awtoritajiet tar-RPĊ ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Xi partijiet interessati stiednu lill-Kummissjoni biex testendi l-kampjun tagħha sabiex ittejjeb ir-rappreżentanza tagħha. Il-Kummissjoni qieset dawn il-kummenti. Il-kampjun definittiv kien jinkludi l-ħames l-akbar produtturi esportaturi lejn l-Unjoni li b'mod raġjonevoli setgħu jiġu investigati fiż-żmien disponibbli. Il-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina lill-Unjoni Ewropea esprimiet l-appoġġ tagħha fir-rigward tal-kampjun finali.

1.3.4.   Kampjunar ta' produtturi esportaturi fl-Indja

(24)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fl-Indja biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tal-Indja għall-Unjoni Ewroepa biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(25)

Tnejn u għoxrin produttur esportatur/gruppi ta' produtturi esportaturi fl-Indja pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni sabet 21 produttur esportatur/grupp ta' produtturi esportaturi ammissibbli għall-kampjun. Produttur wieħed ma rrapporta l-ebda esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-UE matul il-perjodu tal-investigazzjoni u għalhekk ma kienx meqjus ammissibbli għall-kampjun. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' tliet gruppi ta' kumpaniji abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista' jiġi investigat b'mod raġjonevoli fiż-żmien disponibbli. Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi kollha magħrufa kkonċernati u l-awtoritajiet tal-Indja ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun.

(26)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn żewġ produtturi esportaturi li l-għażla ta' tliet gruppi ta' kumpaniji biss abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet lejn l-Unjoni mhijiex rappreżentattiva tad-diversità sinifikanti preżenti fis-suq Indjan. Billi t-tliet gruppi ta' kumpaniji magħżula b'mod provviżorju kienu jirrappreżentaw parti sostanzjali mill-esportazzjonijiet mill-Indja lejn l-UE matul il-perjodu tal-investigazzjoni u setgħu jiġu investigati b'mod raġjonevoli fiż-żmien disponibbli, il-Kummissjoni kkonfermat il-Kampjun provviżorju.

1.4.   Eżaminazzjoni individwali

(27)

Għar-RPĊ, tmintax-il produttur mhux fil-kampjun formalment talbu eżaminazzjoni individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku. L-eżaminazzjoni ta' numru daqshekk kbir ta' talbiet tkun ta' piż kbir wisq u ma tistax tiġi raġjonevolment mistennija matul iż-żmien disponibbli għall-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma hi ser tagħti l-ebda eżaminazzjoni individwali.

(28)

Għall-Indja, l-ebda mill-produtturi esportaturi/gruppi ta' produtturi ta' esportaturi mhux fil-kampjun ma talbu eżaminazzjoni individwali skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku.

1.5.   Formola ta' talba għal trattament ta' ekonomija tas-suq (“TES”)

(29)

Għall-finijiet tal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bagħtet formoli ta' talba għal TES lill-produtturi esportaturi kooperattivi kollha fir-RPĊ magħżula biex ikunu fil-kampjun u lill-produtturi esportaturi kooperativi li ma kinux fil-kampjun li xtaqu japplikaw għal marġni tad-dumping individwali. Wieħed biss mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ magħżul fil-kampjun ippreżenta formola ta' talba għal TES, li ġiet ivvalutata mill-Kummissjoni.

1.6.   It-tweġibiet għall-kwestjonarju

(30)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-kumpaniji kollha fil-kampjun, lill-produtturi esportaturi kollha li kellhom il-ħsieb jitolbu eżaminazzjoni individwali u lil għaxar produtturi ta' pajjiżi analogi potenzjali.

(31)

Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarji mit-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, tliet importaturi mhux relatati, il-ħames produtturi esportaturi fil-kampjun fir-RPĊ, tmintax-il produttur esportatur fir-RPĊ li qed jitolbu eżaminazzjoni individwali, it-tliet gruppi ta' produtturi esportaturi fil-kampjun fl-Indja u t-tliet produtturi tal-pajjiżi analogi.

1.7.   Żjarat ta' verifika

(32)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għal determinazzjoni provviżorja ta' dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-binjiet tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Ir-rappreżentant tal-ilmentaturi:

—

Heuking Kühn Lüer Wojtek, Brussell, il-Belġju;

 

Il-produtturi tal-Unjoni:

—

Saint-Gobain PAM SA, Pont-à-Mousson, Franza;

—

EJ Picardie, Saint-Crépin-Ibouvillers, Franza;

—

Heinrich Meier Eisengießerei GmbH & Co, Rahden, il-Ġermanja;

 

Produtturi esportaturi fir-RPĊ:

—

Botou City Wangwu Town Tianlong Casting Factory, Botou;

—

Botou Lisheng Casting Industry Co., Ltd, Botou;

—

Fengtai (Handan) Alloy Casting Co., Ltd, Handan;

—

Hong Guang Handan Cast Foundry Co., Ltd, Xiaozhai Town;

—

Shijiazhuang Transun Metal Products Co., Ltd, Shijiazhuang;

 

Produtturi esportaturi fl-Indja:

—

Crescent Foundry Company Pvt Ltd, Kolkata u Uchchhad,

—

RB Agarwalla & Co u RBA Exports Private Limited, Kolkata,

—

Victory Iron Works Ltd u Chamong Tee Exports Pvt. Ltd, Kolkata.

1.8.   Il-perjodu ta' investigazzjoni u l-perjodu kkunsidrat

(33)

L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2015 sat-30 ta' Settembru 2016 (“il-perjodu tal-investigazzjoni”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2013 sat-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

(34)

Xi parijiet interessati argumentaw li l-perjodu kkunsidrat huwa qasir b'mod abnormali u selettiv għall-aħħar u għalhekk qasir wisq biex jippermetti analiżi xierqa.

(35)

Il-Kummissjoni nnotat li l-perjodu kkunsidrat mhuwiex qasir b'mod anormali (3). Għall-fini ta' din l-investigazzjoni, il-perjodu kkunsidrat jikkonsisti mill-perjodu tal-investigazzjoni flimkien mat-tliet snin ta' qabel, b'total ta' tliet snin u tliet kwarti. Dan ġie kkunsidrat bħala raġjonevoli għall-eżaminazzjoni tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tad-danni. Dan ikopri aktar minn tliet snin li huwa konformi mal-prattika tal-Kummissjoni u għalhekk mhuwiex qasir b'mod anormali.

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(36)

Il-prodott ikkonċernat huwa ċerti oġġetti ta' ħadid fondut bil-grafit lamellat (ħadid griż) jew ħadid fondut bil-grafit sferojdali (magħruf ukoll bħala ħadid fondut duttili) u partijiet minnhom. Dawn l-oġġetti huma ta' tip użat għal:

—

kopertura tal-art jew sistemi ta' taħt il-wiċċ, u/jew fetħiet f'sistemi tal-art jew taħt il-wiċċ, u wkoll

—

aċċess għal sistemi tal-art jew ta' taħt il-wiċċ u/jew jipprovdu ħarsa lejn is-sistemi tal-art jew ta' taħt il-wiċċ.

L-oġġetti jistgħu jkunu maħdumin bil-magni, miksijin, miżbugħin u/jew iffittjati b'materjali oħra bħal, iżda mhux limitati għal, konkrit, ċangaturi jew madum, iżda mhux idranti tat-tifi tan-nar, li joriġinaw fir-RPĊ u fl-Indja, attwalment klassifikati bil-kodiċi NM ex 7325 10 00 u ex 7325 99 10 (“il-prodott ikkonċernat”).

2.2.   Il-prodott simili

(37)

L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

(a)

il-prodott ikkonċernat;

(b)

il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ u tal-Indja;

(c)

il-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(38)

F'dan l-istadju l-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Talbiet rigward l-ambitu tal-prodott

(39)

Il-produtturi esportaturi Indjani argumentaw li l-ambitu tal-prodott għandu definizzjoni wiesgħa wisq. B'mod partikolari, argumentaw li l-ispralli tal-kanali, soġġetti għan-norma EN 1433, għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott. Biex isostnu d-dikjarazzjoni tagħhom, jibbażaw primarjament fuq l-argumenti li ġejjin.

(40)

L-ewwel nett, argumentaw li l-komponenti għall-ispralli tal-kanali huma prodotti skont proċessi ta' produzzjoni differenti u huma prodotti biss f'ammonti limitati fl-Unjoni. It-tieni nett, argumentaw li l-oqfsa u l-binarji tal-ispralli tal-kanali għandhom karatteristiċi fiżiċi bażiċi differenti u huma biss komponent tas-sistemi lineari tad-drenaġġ mibjugħa fis-suq tal-Unjoni.

(41)

Produttur esportatur Ċiniż wieħed għamel talba simili, fejn minbarra l-argumenti ta' hawn fuq, argumenta li l-ispralli tal-kanali mhumiex interkambjabbli minn għotjien ta' tappieri u huma soġġetti għal standard industrijali differenti.

(42)

L-assoċjazzjoni tal-importaturi mhux relatati appoġġjat it-talba għall-esklużjoni tal-prodott rigward l-ispralli tal-kanali u mal-argumenti ta' hawn fuq żiedet tgħid li l-ispralli tal-kanali għandhom użi finali u applikazzjonijiet differenti mill-bqija tal-prodotti kkonċernati u mhumiex f'kompetizzjoni diretta mal-prodotti manifatturati mill-produtturi tal-Unjoni. Skont din l-assoċjazzjoni, l-għarfien ta' kif wieħed jimmanifattura l-ispralli tal-kanali ma jistax jinstab fl-Unjoni.

(43)

L-ilmentaturi u produttur wieħed ieħor tal-Unjoni ddikjaraw li ma joġġezzjonawx għall-esklużjoni tal-ispralli tal-kanali.

(44)

L-investigazzjoni kkonfermat li l-ispralli tal-kanali huma soġġetti għal norma separata, differenti minn dawk applikabbli għall-bqija tal-prodotti kkonċernati, jiġifieri n-norma EN 1433. Barra minn hekk, il-partijiet interessati kollha qablu dwar l-esklużjoni tal-ispralli tal-kanali mill-ambitu tal-prodott f'din l-investigazzjoni. Għalhekk, b'mod provviżorju, il-Kummissjoni eskludiet dan il-prodott mill-prodott ikkonċernat u l-prodott simili.

(45)

Importatur wieħed mhux relatat argumenta li komponenti b'dimensjoni li taqbeż l-1 000 mm ta' ftuħ ċar, importati mill-importatur mhux relatat Gatic mir-RPĊ (“komponenti Gatic”) għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott għax dawn il-prodotti ma jistgħux jitqiesu bħala li flimkien jikkostitwixxu prodott wieħed u, minħabba d-daqs tagħhom, ma jaqgħux taħt in-norma EN 124. Biex isostni d-dikjarazzjoni tiegħu, ibbaża primarjament fuq tliet argumenti.

(46)

L-ewwel nett, argumenta li l-komponenti Gatic huma prodotti skont proċessi ta' produzzjoni differenti, peress li l-komponenti jiġu mmuntati fl-Unjoni bl-użu ta' materjali mir-Renju Unit sabiex jinħoloq il-prodott. It-tieni nett, argumenta li l-komponenti Gatic għandhom karatteristiċi fiżiċi bażiċi differenti, għax huma ta' kwalità ogħla u jeħtieġu inġinerija addizzjonali meta mqabbla mal-prodott ikkonċernat sabiex ikunu mingħajr gass u arja. It-tielet nett, allega li l-komponenti Gatic għandhom funzjonijiet u użi finali differenti, peress li jridu jiġu ssiġillati u tipikament huma mmuntati fi struttura akbar.

(47)

Barra minn hekk, l-assoċjazzjoni tal-importaturi argumentat li għotjien fonduti u spralli użati bħala komponenti Gatic mhumiex prodott awtonomu, mhumiex f'kompetizzjoni diretta ma' tipi oħrajn ta' prodotti taħt il-prodott ikkonċernat u jeħtieġu proċessar addizzjonali fil-proċess tal-produzzjoni.

(48)

Il-produtturi esportaturi Indjani argumentaw li l-komponenti Gatic, deskritti bħala tip ta' prodott iżda mhux limitati għal dimensjoni li taqbeż l-1 000 mm ta' ftuħ ċar, huma prodotti skont proċessi uniċi, li jirriżultaw fi prodott issiġillat li jrid jiġi mmuntat, u li l-għarfien tekniku mhuwiex disponibbli għall-biċċa l-kbira tal-produtturi tal-Unjoni.

(49)

Abbażi tal-argumenti deskritti fil-premessi (45)-(48), il-partijiet interessati kkonċernati talbu l-esklużjoni tal-komponenti Gatic mill-ambitu tal-prodott.

(50)

L-ilmentaturi ma qablux ma' din it-talba. Huma argumentaw li l-komponenti Gatic għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi bażiċi, l-istess funzjonijiet u użi finali, u l-istess proċessi ta' produzzjoni bħall-prodott ikkonċernat. Allegatament, xi tipi ta' prodotti oħra fi ħdan il-prodott ikkonċernat għandhom l-istess karatteristiċi ta' impermeabbiltà tal-arja bħall-komponenti ta' Gatic. Huma qablu wkoll li l-prodott ikkonċernat mhuwiex definit min-norma u jinkludi firxa usa' ta' tipi ta' prodotti min-norma EN 124.

(51)

Il-Kummissjoni osservat li l-ambitu tal-prodott tal-prodott ikkonċernat jinkludi oġġetti tal-ħadid fondut u partijiet minnhom. Għaldaqstant, l-argument li l-komponenti Gatic flimkien ma jikkostitwixxux prodott wieħed huwa irrilevanti.

(52)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tal-prodott, dawn huma ddeterminati mill-funzjoni, l-installazzjoni u l-lok, u huma l-iżjed ir-reżistenza tat-tagħbija tat-traffiku determinati mill-hekk imsejħa kategorija ta' tagħbija, l-istabbiltà tal-għatu u l-gradilja fil-qafas u l-aċċess sikur u faċli. Il-prodott jista' jkun tal-ħadid fondut griż jew duttili u l-għatu u/jew il-qafas tal-għatu jista' jimtela bil-konkrit jew b'materjali oħra. Il-prodott jista' jikkonforma ma' norma speċifika. F'dak li għandu x'jaqsam mal-funzjonijiet u l-użi finali tal-prodott, l-għotjien u l-frejms fonduti jipprovdu interfaċċa bejn in-netwerks ta' taħt l-art u l-wiċċ tat-triq jew tal-bankina. Il-prodott huwa manifatturat f'funderiji, li huma l-istess jew simili għal dawk li jipproduċu tipi oħra tal-prodott ikkonċernat.

(53)

Il-karatteristiċi kollha ta' hawn fuq japplikaw ukoll għall-komponenti Gatic, irrispettivament mid-dimensjoni tal-ftuħ ċar tal-prodott. Il-komponenti Gatic ma jistgħux jiġu distinti mill-prodott ikkonċernat fi kwalunkwe waħda mill-karatteristiċi ta' hawn fuq. Għaldaqstant, it-talba biex il-komponenti Gatic jiġu esklużi mill-prodott ikkonċernat hija rrifjutata.

(54)

Parti interessata waħda argumentat li katusi tal-art, katusi tas-soqfa, cleanouts u għotjien għall-cleanouts, u t-trademark irreġistrata Watts Dead Level Systems, soġġetta għan-norma EN 1253, għandhom ikunu esklużi mill-ambitu tal-prodott ikkonċernat. Biex isostni d-dikjarazzjoni tiegħu, argumenta li l-prodotti deskritti mill-parti interessata jaqgħu taħt norma differenti mill-prodott ikkonċernat.

(55)

L-ilmentaturi ċċaraw li ma jqisux tali prodotti soġġetti għall-EN 1253 bħala parti mill-prodott ikkonċernat, għax dawn għandhom funzjoni differenti u mhumiex użati bħala fondut muniċipali. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni ma tipproduċix dawn il-prodotti.

(56)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet li l-prodotti li jaqgħu taħt in-norma EN 1253 mhumiex ikkunsidrati li huma parti mill-ambitu tal-prodott tal-prodott ikkonċernat.

(57)

L-assoċjazzjoni ta' importaturi mhux relatati argumentat li l-kaxex tal-wiċċ għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott ikkonċernat. Biex isostni d-dikjarazzjoni tiegħu, ibbaża primarjament fuq l-argumenti li ġejjin.

(58)

Il-kaxex tal-wiċċ għandhom karatteristiċi fiżiċi u tekniċi differenti mill-għotjien ta' tappieri tradizzjonali, għax tipikament huma ħafna iżgħar u jaqgħu taħt in-normi nazzjonali ta' konformità u mhux taħt l-ambitu tan-norma EN 124. L-użi finali u l-applikazzjonijiet għal kaxex tal-wiċċ huma sostanzjalment differenti minn għotjien ta' tappieri, peress li dawn iservu bħala kompartimenti u għotjien protettivi, mhux bħala punt ta' aċċess għall-ħaddiema.

(59)

Kif stabbilit fil-premessa (36), il-Kummissjoni osservat li l-prodott ikkonċernat ma jkoprix biss oġġetti li jagħtu aċċess għal sistemi tal-art jew ta' taħt il-wiċċ, iżda wkoll oġġetti li jkopru jew jipprovdu aċċess għal sistemi tal-art jew ta' taħt il-wiċċ. Għaldaqstant, il-kaxex tal-wiċċ huma parti mill-prodott soġġett għall-investigazzjoni u t-talba li l-kaxex tal-wiċċ jiġu esklużi mill-prodott ikkonċernat ġiet irrifjutata.

(60)

Għaldaqstant, b'mod provviżorju, il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-ispralli tal-kanali li huma soġġetti għan-norma EN 1433 mid-definizzjoni tal-prodott. Għall-kuntrarju, f'dan l-istadju ddeċidiet li l-prodotti soġġetti għan-norma EN 1253 ma kinux koperti bl-ilment u għalhekk mhumiex soġġetti għall-investigazzjoni. B'mod provviżorju rrifjutat ukoll it-talba li jiġu esklużi l-kaxex tal-wiċċ u komponenti Gatic mill-ambitu tal-investigazzjoni.

3.   DUMPING

3.1.   Ir-RPĊ

3.1.1.   Il-valur normali

3.1.1.1.   Trattament ta' ekonomija tas-suq (“TES”)

(61)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tiddetermina l-valur normali skont l-Artikolu 2(1) sa (6) tar-Regolament bażiku għal kwaunkwe produttur esportatur fir-RPĊ li jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u li għalhekk jista' jingħata TES.

(62)

Fil-qosor, u għall-faċilitar ta' referenza biss, dawn il-kriterji huma stabbiliti hawn taħt:

(1)

id-deċiżjonijiet tan-negozju jsiru bħala reazzjoni għall-kundizzjonijiet tas-suq u mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat, u l-kostijiet jirriflettu l-valuri tas-suq;

(2)

id-ditti għandhom sett wieħed ċar ta' rekords kontabilistiċi bażiċi, li jiġu vverifikati b'mod indipendenti, skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità u huma applikati għall-iskopijiet kollha;

(3)

ma hemm l-ebda distorsjoni sinifikanti li ntirtet mis-sistema preċedenti ta' ekonomija mhux tas-suq;

(4)

iċ-ċertezza u l-istabbiltà legali jiġu pprovduti permezz tal-liġijiet dwar il-fallimenti u dwar il-proprjetà; u

(5)

il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru skont ir-rata tas-suq.

(63)

Biex tiddetermina jekk il-kriterji tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku ntlaħqux, il-Kummissjoni kisbet l-informazzjoni neċessarja billi talbet lill-produtturi esportaturi kkonċernati biex jimlew il-formola tat-talba ta' TES. Produttur esportatur fil-kampjun wieħed biss, Botou Lisheng Casting Industry Co., Ltd (“Lisheng”) talab TES u wieġeb sal-iskadenza. Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni ppreżentata fil-bini tal-kumpanija kkonċernata.

(64)

Instab li Lisheng ma tikkonformax mal-kriterji fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u għalhekk il-Kummissjoni ċaħdet it-talba tagħha għal TES.

(65)

Instab li Lisheng ma ssodisfat l-ebda mill-ħames kriterji TES stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

(66)

Skont il-kriterju 1 għall-interferenza mill-istat, instab li l-kumpanija kienet bidlet is-sjieda tagħha mingħar ma żvelat dan il-fatt lill-Kummissjoni u li wieħed mis-sidien il-ġodda kellu rabtiet mal-Istat u mal-Partit Komunista taċ-Ċina.

(67)

Skont il-kriterju 2 rigward il-kontijiet, il-kontijiet tal-kumpanija ma kinux kompluti biżżejjed biex ikunu awditjati kif suppost, u ma kinux miżmuma f'konformità ma' standards kontabilistiċi Ċiniżi jew internazzjonali.

(68)

Skont il-kriterju 3 il-kumpanija ma setgħetx turi li ma kien hemm l-ebda distorsjoni sinifikanti li ntirtet mis-sistema ta' ekonomija mhux tas-suq rigward il-kiri tal-art u l-assi fissi tagħhom.

(69)

Skont il-kriterju 4 il-kumpanija ma setatx turi li l-liġi tal-proprjetà applikat għal din il-kumpanija peress li ma setatx tipprovdi evidenza rigward il-bidla ta' sjieda peress li kumpanija twaqqfet fl-2010.

(70)

Taħt il-kriterju 5, il-kumpanija ma setgħetx turi fil-kontijiet tagħha li kienet qed tikkonverti muniti barranin bir-rata tas-suq.

(71)

Il-Kummissjoni żvelat is-sejbiet lill-produttur esportatur ikkonċernat, lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u lill-industrija tal-Unjoni. Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwar is-sejbiet u jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. Il-Kummissjoni kkunsidrat il-fehmiet ippreżentati. Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bid-determinazzjoni TES finali.

(72)

Wara l-iżvelar tas-sejbiet TES, ma daħlu l-ebda kummenti mill-partijiet interessati. Il-konklużjoni li tiġi rrifjutata l-pretensjoni ta' Lisheng għalhekk baqgħet mhux mibdula.

3.1.1.2.   Produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES

3.1.1.2.1.   Il-pajjiż analogu

(73)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kien determinat abbażi tal-prezz jew il-valur maħdum f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES. Għal dan il-għan, kellu jintgħażel pajjiż terz b'ekonomija tas-suq.

(74)

Minbarra l-Indja, l-Istati Uniti tal-Amerka, in-Norveġja, it-Turkija u l-Iran, li kienu msemmija fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ppruvat tidentifika produtturi tal-prodott ikkonċernat fil-Brażil u fil-Korea. Abbażi tal-informazzjoni riċevuta, il-Kummissjoni talbet lil għaxar produtturi magħrufa tal-prodott simili biex jipprovdu informazzjoni. Żewġ produtturi fl-Istati Uniti tal-Amerika u produttur wieħed fin-Norveġja wieġbu għall-kwestjonarju tal-pajjiżi analogi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat l-informazzjoni miksuba mit-tliet produtturi Indjani fil-kampjun.

(75)

Is-sitwazzjoni tal-Indja ġiet eżaminata għall-ewwel darba skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku li jistipula li “fejn xieraq, għandu jiġi użat pajjiż terz b'ekonomija tas-suq li huwa soġġett għall-istess investigazzjoni”. Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni għalhekk kienet infurmat lill-partijiet interessati li b'mod provviżorju kienet għażlet lill-Indja bħala pajjiż analogu xieraq u kienet stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw.

(76)

Is-CCCME u l-assoċjazzjoni tal-importaturi mhux relatati saħqet li t-taqsima 15 tal-Protokoll ta' Adeżjoni tar-RPĊ mad-WHO kienet skadiet wara l-11 ta' Diċembru 2016. Għaldaqstant, l-għażla ta' pajjiż analogu ma kinitx għadha ġġustifikata u li l-Kummissjoni għandha tuża l-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi tal-produtturi biex tistabbilixxi l-eżistenza ta' dumping. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat li wieħed biss mill-ħames produtturi esportaturi fil-kampjun tabilħaqq ipprovda informazzjoni dwar il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi. F'kull każ, il-Kummissjoni fakkret li, konformi mal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kien determinat abbażi ta' data minn pajjiż analogu. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata.

(77)

L-ilmentatur tenna l-oppożizzjoni tiegħu għall-għażla tal-Indja bħala pajjiż analogu. L-ilmentatur argumenta li l-għażla tal-Indja ma kinitx xierqa minħabba evidenza prima facie ta' dumping, allegata differenza fil-proċessi ta' produzzjoni bejn il-produtturi fl-Indja u fir-RPĊ, allegati skemi ta' sussidji għall-esportazzjoni u distorsjonijiet tas-suq li jaffettwaw il-prezz tal-mineral tal-ħadid.

(78)

Il-Kummissjoni eżaminat id-dikjarazzjoni li l-Indja ma kinitx għażla xierqa minħabba evidenza prima facie ta' dumping. Il-Kummissjoni nnotat li evidenza prima facie ma tagħti l-ebda indikazzjoni dwar il-valur normali iżda dwar id-differenza potenzjali bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-Indja. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma kkonfermatx l-allegazzjoni ta' dumping tal-prodott ikkonċernat fl-Indja. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata.

(79)

Il-Kummissjoni eżaminat id-dikjarazzjoni li l-Indja ma kinitx għażla xierqa għax il-produtturi fir-RPĊ allegatament kienu awtomatizzaw il-linji ta' produzzjoni tagħhom u użaw teknoloġiji li kienu aktar simili għal dawk użati mill-produtturi fir-Renju Unit u fin-Norveġja. Il-verifiki fuq il-post li saru mill-Kummissjoni wrew li l-produtturi fl-Indja u fir-RPĊ kienu bdew jawtomatizzaw il-linji ta' produzzjoni tagħhom iżda l-produzzjoni globali fil-biċċa l-kbira baqgħet manwali fiż-żewġ pajjiżi. Għalhekk, il-Kummissjoni ma sabitx evidenza tad-differenza allegata fil-proċessi ta' produzzjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata.

(80)

Il-Kummissjoni eżaminat id-dikjarazzjoni li l-għażla tal-Indja ma kinitx xierqa minħabba allegati sussidji tal-esportazzjoni. Il-Kummissjoni nnotat li s-sussidji tal-esportazzjoni huma relatati b'mod dirett mal-prezzijiet tal-esportazzjoni, u mhux mal-valur normali, u l-ilmentatur ma ta l-ebda evidenza li dawn jaffettaw il-livell tal-valur normali. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata.

(81)

Il-Kummissjoni eżaminat id-dikjarazzjoni li l-għażla tal-Indja ma kinitx xierqa minħabba l-eżistenza ta' distorsjonijiet tas-suq li jaffettwaw il-prezz tal-mineral tal-ħadid. Il-Kummissjoni, matul l-investigazzjoni tagħha, stabbilixxiet li l-produtturi Indjani fil-kampjun użaw ħadid fondut grezz u mhux mineral tal-ħadid. Barra minn hekk, l-effett potenzjali tad-distorsjonijiet tas-suq fuq il-mineral tal-ħadid fuq prodotti downstream bħall-ħadid fondut grezz u l-prodott ikkonċernat ma setax jiġi evidenzjat fi ħdan il-qafas ta' din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet irrifjutata.

(82)

Il-Kummissjoni fakkret li l-Indja ntużat bħala pajjiż analogu fil-kuntest tal-proċediment anti-dumping li wassal għall-impożizzjoni ta' dazju anti-dumping fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li oriġina fir-RPĊ fl-2005. L-Indja u r-RPĊ igawdu livelli simili ta' żvilupp ekonomiku. Kif rikonoxxut mis-CCCME, mill-assoċjazzjoni ta' importaturi mhux relatati u mill-ilmentatur, l-Indja għandha bejgħ domestiku rappreżentattiv. Il-livell ta' kompetizzjoni fis-suq domestiku huwa għoli.

(83)

B'hekk, f'dan l-istadju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Indja hija pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

3.1.1.2.2.   Il-valur normali (pajjiż analogu)

(84)

L-informazzjoni riċevuta mingħand il-produtturi kooperattivi fil-pajjiż analogu intużat bħala bażi sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx TES, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(85)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku għal kull produttur esportatur fil-kampjun kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili għall-klijenti indipendenti fis-suq domestiku fil-pajjiż analogu jkun jirrappreżenta tal-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ b'esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni ta' kull produttur esportatur matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Abbażi ta' dan, il-bejgħ totali tal-prodott simili fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu kien rappreżentattiv.

(86)

Il-Kummissjoni identifikat it-tipi ta' prodotti manifatturati u mibjugħa f'livell domestiku mill-produtturi Indjani fil-kampjun li kienu identiċi jew komparabbli għat-tipi tal-prodott mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni għall-produtturi esportaturi.

(87)

Xi tipi ta' prodotti esportati mir-RPĊ lejn l-Unjoni ma setgħux jitqabblu mat-tipi ta' prodotti prodotti fil-pajjiż analogu. F'istanzi bħal dawn, il-Kummissjoni ddeterminat il-valuri normali billi kkalkolat valur normali medju ponderat għat-tipi ta' prodotti kollha li użaw l-istess materja prima (ħadid duttili jew griż).

(88)

Il-valur normali ġie ddeterminat mod ieħor abbażi ta' medja ponderata għal kull tip ta' prodott tal-valuri normali kkalkolati għal kull wieħed mill-produtturi Indjani fil-kampjun kif stabbilit fil-premessi (99) sa (102).

3.1.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(89)

Il-produtturi esportaturi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni direttament lil klijenti indipendenti. Il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz attwalment imħallas jew li jista' jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.1.3.   Paragun

(90)

Il-Kummissjoni pparagunat il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun fuq bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika.

(91)

Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jkun żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport (bejn 1 % u 5 %, skont id-data rrapportata minn u vverifikata għall-kumpanija inkwistjoni), l-assigurazzjoni (bejn 0 u 0,2 %, skont id-data rrapportata minn u vverifikata għall-kumpanija inkwistjoni), l-immaniġġjar, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari (bejn 0,2 % u 2,5 %, skont id-data rrapportata minn u vverifkata għall-kumpanija inkwistjoni), l-imballaġġ (bejn 0 u 3 %, skont id-data rrapportata minn u vverifikata għall-kumpanija inkwistjoni), il-kreditu (bejn 0 u 1 %, skont id-data rrapportata minn u vverifikata għall-kumpanija inkwistjoni), u kumissjonijiet tal-bank (bejn 0,1 % u 0,2 %, skont id-data rrapportata minn u vverifikata għall-kumpanija inkwistjoni).

3.1.4.   Il-marġnijiet tad-dumping

(92)

Għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, il-Kummissjoni pparagunat il-valur normali medju ponderat ta' kull tip ta' prodott simili fil-pajjiż analogu (ara l-premessi (86) sa (88) hawn fuq) mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(93)

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta' dumping medji ponderati provviżorji, mfissra bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Tabella 1

Kampjun tal-marġni tad-dumping

Kumpanija

Marġni provviżorju ta' dumping (%)

Botou City Wangwu Town Tianlong Casting Factory

25,3

Botou Lisheng Casting Industry Co., Ltd

39,1

Fengtai (Handan) Alloy Casting Co., Ltd

42,8

Hong Guang Handan Cast Foundry Co., Ltd

28,9

Shijiazhuang Transun Metal Products Co., Ltd

33,1

(94)

Għall-produtturi esportaturi kooperattivi mhux inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni tad-dumping medju ponderat, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku.

(95)

Abbażi ta' dan, il-marġini tad-dumping provviżorju tal-produtturi esportaturi kooperattivi mhux fil-kampjun huwa ta' 33,1 %.

(96)

Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fir-RPĊ, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-marġini tad-dumping abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta' kooperazzjoni huwa l-volum ta' esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi kooperattivi lejn l-Unjoni mfisser bħala proporzjon tal-volum totali ta' esportazzjoni — kif irrapportat fl-istatistika tal-importazzjonijiet tal-Eurostat — mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni.

(97)

Il-livell ta' kooperazzjoni huwa għoli minħabba l-fatt li l-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu madwar 60 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni u l-industrija tal-prodott ikkonċernat wriet li hija frammentata għall-aħħar b'total ta' tmienja u sebgħin produttur esportatur jersqu 'l quddiem matul l-eżerċizzju tal-kampjunar. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża l-marġni tad-dumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha fil-livell tal-ogħla marġni ta' dumping tal-kumpaniji fil-kampjun.

(98)

Il-marġnijiet provviżorji tad-dumping mfissra bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Tabella 2

Marġni tad-dumping kollu

Kumpanija

Marġni provviżorju ta' dumping (%)

Botou City Wangwu Town Tianlong Casting Factory

25,3

Botou Lisheng Casting Industry Co., Ltd

39,1

Fengtai (Handan) Alloy Casting Co., Ltd

42,8

Hong Guang Handan Cast Foundry Co., Ltd

28,9

Shijiazhuang Transun Metal Products Co., Ltd

33,1

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

33,1

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

42,8

3.2.   l-Indja

3.2.1.   Il-valur normali

(99)

Il-Kummissjoni vverifikat tliet kumpaniji/gruppi ta' produtturi esportaturi Indjani. Grupp wieħed jikkonsisti minn produttur u kumpanija relatata, l-ieħor minn żewġ produtturi esportaturi.

(100)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta' bejgħ domestiku ta' kull wieħed mit-tliet produtturi esportaturi kienx rappreżentattiv, skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk it-total tal-volum tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat lejn Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(101)

Ħlief għal tip ta' prodott wieħed mibjugħ minn produttur esportatur wieħed biss li għalih il-Kummissjoni użat il-prezz fl-andament normali tal-kummerċ, it-tipi l-oħra kollha tal-prodott tat-tliet gruppi ta' produtturi esportaturi ma nbigħux fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku. Għalhekk, il-Kummissjoni fasslet il-valur normali għal kull tip ta' prodott minbarra wieħed f'konformità mal-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

(102)

Il-valur normali tfassal billi ingħadd dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produtturi esportaturi fil-kampjun matul il-perjodu ta' investigazzjoni:

(a)

l-ispejjeż tal-bejgħ medji ponderati, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) imġarrbin mill-gruppi fil-kampjun ta' produtturi esportaturi għall-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fl-andament normali tan-negozju, matul il-perjodu tal-investigazzjoni; u

(b)

il-profitt medju ponderat li għamlu l-gruppi ta' produtturi esportaturi fil-kampjun fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fl-andament kummerċjali normali tagħhom, matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

3.2.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(103)

Il-gruppi ta' produtturi esportaturi fil-kampjun esportaw direttament lejn l-Unjoni lil klijenti indipendenti. Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz li verament tħallas jew kien pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.2.3.   Paragun

(104)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-gruppi ta' produtturi esportaturi fil-kampjun fuq il-bażi tal-prezz mill-fabbrika.

(105)

Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jkun żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport (bejn 0 u 4,4 %, skont id-data rrapportata minn u vverifikata għall-kumpanija inkwistjoni), l-assigurazzjoni (bejn 0 u 0,04 %, skont id-data rrapportata minn u vverifikata għall-kumpanija inkwistjoni), l-immaniġġjar, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari (bejn 0,1 % u 1,8 %, skont id-data rrapportata minn u vverifkata għall-kumpanija inkwistjoni), l-imposti fuq l-immaniġġjar, il-merkanzija u l-importazzjonijiet fl-Unjoni (bejn 0 u 0,4 %, skont id-data rrapportata minn u vverifikata għall-kumpanija inkwistjoni), il-kost tal-kreditu (bejn 0,3 % u 1,5 %, skont id-data rrapportata minn u vverifikata għall-kumpanija inkwistjoni), l-ispejjeż tal-imballaġġ (bejn 1,3 % u 2,4 % skont id-data rrapportata minn u vverifikata għall-kumpanija inkwistjoni), il-kummissjonijiet tal-bank (bejn 0 u 0,2 %, skont id-data rrapportata minn u vverifikata għall-kumpanija inkwistjoni, provvedimenti oħra (bejn 0 u 0,4 % skont id-data rrapportata minn u vverfikata għall-kumpanija inkwistjoni) u kummissjonijiet (bejn 0 u 6,5 %, skont id-data rrapportata minn u vverifikata għall-kumpanija inkwistjoni).

3.2.4.   Dumping

(106)

Għall-gruppi ta' produtturi esportaturi fil-kampjun, il-Kummissjoni pparagunat il-valur normali medju ponderat ta' kull tip ta' prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(107)

Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni b'mod provviżorju ma sabet l-ebda dumping għall-gruppi ta' produtturi esportaturi fl-Indja fil-kampjun. B'konsegwenza, il-Kummissjoni ma stabbilixxiet l-ebda dumping provviżorju għall-produtturi esportaturi li kkooperaw barra l-kampjun, f'konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, u l-ebda dumping provviżorju għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fl-Indja peress li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Indjani li kkooperaw jirrappreżentaw volum għoli ħafna (madwar 85 %) tal-esportazzjonijiet Indjani totali lejn l-Unjoni.

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(108)

Fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, 24 produttur immanifatturaw il-prodott simili fl-Unjoni. Erbgħa minnhom waqqfu l-produzzjoni tagħhom matul il-perjodu kkunsidrat, u dan ħalla 20 produttur fl-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(109)

L-assoċjazzjoni tal-importaturi argumentat li sitt produtturi tal-Unjoni ma kinux inklużi fil-lista tal-produtturi tal-Unjoni. L-ilmentaturi saħqu li tnejn minn dawn il-produtturi ma pproduċewx il-prodott ikkonċernat, prodottur wieħed falla qabel il-perjodu kkunsidrat, il-produzzjoni ta' produttur wieħed kienet diġà inkluża fil-lista, u l-ilmentaturi ma kellhomx l-informazzjoni kollha għal produttur wieħed. Għalhekk l-ilmentaturi inkludew produttur tal-Unjoni wieħed addizzjonali fil-lista tal-produtturi tal-Unjoni, rifless fin-numru totali ta' produtturi fil-premessa preċedenti.

(110)

Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli rigward l-industrija tal-Unjoni, bħall-ilment, tweġibiet tal-kwestjonarju vverifikati mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u preżentazzjonijiet ivverifikati mill-ilmentaturi, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni għal madwar 360 elf tunnellata.

(111)

Kif indikat fil-premessa (13), tliet produtturi tal-Unjoni intgħażlu fil-kampjun u jirrappreżentaw 48 % tat-total tal-produzzjoni tal-Unjoni u 43 % tal-bejgħ totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

4.2.   Il-konsum fl-Unjoni

(112)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni abbażi tad-data dwar l-importazzjoni tal-Eurostat, preżentazzjonijiet ivverifikati mill-ilmentaturi, u d-data ivverifikata dwar il-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

(113)

Il-konsum tal-Unjoni ta' oġġetti tal-ħadid fondut żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Il-konsum tal-Unjoni (MT)

 

2013

2014

2015

il-perjodu ta' investigazzjoni

Total tal-Unjoni Il-konsum (MT)

584 903

584 235

557 067

539 933

Indiċi

100

100

95

92

Sors: Eurostat, sottomissjoni tal-ilmentaturi u tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati.

(114)

Il-konsum tal-Unjoni kontinwament naqas bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-suq ta' oġġetti ta' ħadid fondut jiddependi fuq id-domanda primarjament influwenzata mis-setturi tad-drenaġġ u tal-ilma li jiddependu fuq l-iżvilupp ekonomiku globali fl-Unjoni.

4.3.   Importazzjonijiet mir-RPĊ

4.3.1.   Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(115)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati għandhomx jiġu vvalutati b'mod kumulattiv, skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

(116)

Peress li b'mod provviżorju ma nstab li jeżisti l-ebda dumping għall-Indja, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-effett ta' dawk l-importazzjonijiet ma jistax jiġi vvalutat flimkien mal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ.

4.3.2.   Volum u sehem tas-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ

(117)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-volum tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit billi tqabblu l-volumi tal-importazzjonijiet mal-konsum tal-Unjoni kif muri fit-tabella 3 tal-premessa (113).

(118)

L-importazzjonijiet ta' oġġetti ta' ħadid fondut mir-RPĊ lejn l-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

Il-volum tal-importazzjonijiet (MT) u s-sehem mis-suq

 

2013

2014

2015

il-perjodu ta' investigazzjoni

Il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ (tunnellati)

126 790

157 728

152 494

147 186

Indiċi

100

124

120

116

Sehem mis-suq (%)

21,7

27,0

27,4

27,3

Indiċi

100

125

126

126

Sors: Eurostat, sottomissjoni tal-ilmentaturi u tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati.

(119)

Il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni żdied b'16 % matul il-perjodu kkunsidrat. Wara żieda ta' 24 % bejn l-2013 u l-2014, l-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu b'mod kostanti fl-2015 b'4 punti perċentwali u b'4 punti perċentwali oħra fil-perjodu ta' investigazzjoni.

(120)

B'mod parallel, is-sehem mis-suq tal-Unjoni li kellhom l-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied minn 21,7 % fl-2013 għal 27,3 % fil-perjodu tal-investigazzjoni.

(121)

Is-CCCME esprimiet it-tħassib tagħha rigward l-affidabilità tad-data dwar l-importazzjoni. Hi argumentat li l-ilmentaturi bbażaw fuq data mill-Eurostat, li ma tikkorrispondix bis-sħiħ għad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(122)

Il-Kummissjoni tinnota li fl-ilment, l-ilmentaturi spjegaw il-metodu tagħhom biex jaslu għad-data dwar l-importazzjoni limitata għall-prodott ikkonċernat bl-użu tad-data tal-Eurostat. Fin-nuqqas ta' metodu u data aktar affidabbli, il-Kummissjoni bbażat id-determinazzjoni tal-volum ta' importazzjoni tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ fuq dan il-metodu bl-użu ta' data tal-Eurostat esklużi l-ispralli tal-kanali. Barra minn hekk, is-CCCME ma provdiet l-ebda data alternattiva. Għaldaqstant, din il-pretensjoni ġiet irrifjutata.

4.3.3.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u t-twaqqigħ tal-prezz

(123)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat.

(124)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ żviluppa kif ġej:

Tabella 5

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

 

2013

2014

2015

il-perjodu ta' investigazzjoni

Il-prezz tal-importazzjoni mir-RPĊ

1 088

1 123

1 247

1 136

Indiċi

100

103

115

104

Sors: Eurostat.

(125)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni mir-RPĊ żdiedu b'4 % matul il-perjodu kkunsidrat. Wara żieda ta' 15 % mill-2013 sal-2015 kien hemm tnaqqis qawwi ta' 11-il punt perċentwali bejn l-2015 u l-perjodu ta' investigazzjoni.

(126)

Peress li din id-data hija bbażata fuq statistika tal-importazzjonijiet u l-komponenti dettaljati tat-tip ta' prodott mhumiex magħrufa, l-evoluzzjoni tal-prezzijiet mhijiex kompletament affidabbli.

(127)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta' investigazzjoni billi qabblet:

(1)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta' prodott tat-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mitluba lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika; u

(2)

il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta' prodott tal-importazzjonijiet mill-ħames produtturi esportaturi fil-kampjun fir-RPĊ lejn l-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF, b'aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali ta' 1,7 % għal prodotti ta' ħadid griż u 2,7 % għal prodotti ta' ħadid duttili.

(128)

Il-Kummissjoni qabblet il-prezzijiet fuq il-bażi ta' tip b'tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ, aġġustati kif xieraq fejn meħtieġ, u wara tnaqqis ta' ribassi u skontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil ingħata bħala perċentwal tal-fatturat tat-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Wera marġnijiet ta' twaqqigħ tal-prezz li jvarjaw minn 35,4 % sa 42,7 %.

4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Rimarki ġenerali

(129)

F'konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-analiżi tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(130)

Kif imsemmi fil-premessa (12), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(131)

Għad-determinazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi ta' dannu makroekonomiku u mikroekonomiku.

(132)

Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi (il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, l-impjiegi, it-tkabbir, il-produttività u d-daqs tal-marġnijiet tad-dumping u l-irkupru mid-dumping fl-imgħoddi) abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-ilmentaturi u l-produtturi tal-Unjoni. Id-data kienet tirrigwarda l-produtturi kollha tal-Unjoni.

(133)

L-assoċjazzjoni tal-importaturi mhux relatati argumentat li l-indikaturi makroekonomiċi juru sitwazzjoni pożittiva u stabbli fl-industrija tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-data tirrifletti tnaqqis globali fid-domanda Ewropea għall-prodott taħt investigazzjoni, li m'għandux jiġi attribwit għall-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Indja.

(134)

Il-Kummissjoni vverifikat l-indikaturi makroekonomiċi li ngħataw mill-ilmentaturi. Id-data għall-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi kienet ibbażata fuq data vera għall-ilmentaturi u produtturi ta' appoġġ u stimi verifikati provduti mill-ilmentaturi rigward il-bqija tal-industrija tal-Unjoni.

(135)

Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni kkunsidrat li s-sett ta' data makroekonomika huwa rappreżentattiv tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(136)

Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi (prezzijiet medji tal-bejgħ ta' kull unità, il-kostijiet lavorattivi, il-kost tal-unità, l-inventarji, u r-redditu fuq l-investimenti) abbażi tad-data fit-tweġibiet tal-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, verifikati kif xieraq. Id-data relatata mal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

4.4.2.   L-indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Produzzjoni, kapaċità ta' produzzjoni u użu tal-kapaċità

(137)

Matul il-perjodu inkunsiderazzjoni, il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità totali tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 6

Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2013

2014

2015

il-perjodu ta' investigazzjoni

Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

378 424

390 209

362 881

361 561

Indiċi

100

103

96

96

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

697 794

688 543

665 308

669 176

Indiċi

100

99

95

96

Użu tal-kapaċità (%)

54,2

56,7

54,5

54,0

Indiċi

100

104

100

99

Sors: Sottomissjoni tal-ilmentaturi u tweġibiet għall-kwestjonarju verifikati.

(138)

Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b'4 % matul il-perjodu kkunsidrat. Wara żieda żgħira bejn l-2013 u l-2014, il-volum tal-produzzjoni naqas fl-2015 b'7 punti perċentwali sabiex baqa' stabbli fil-perjodu ta' investigazzjoni.

(139)

It-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni bejn l-2014 u l-perjodu ta' investigazzjoni kien xprunat mit-tnaqqis sinifikanti fil-konsum kif irrapportat fit-Tabella 3 tal-premessa (113) kif ukoll miż-żieda fil-volum ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ.

(140)

Iċ-ċifri tal-kapaċità tal-produzzjoni rrapportati tal-industrija tal-Unjoni jirreferu għall-kapaċità teknika, li timplika li ttieħdu inkunsiderazzjoni l-aġġustamenti, meqjusin bħala standards mill-industrija, għaż-żmien meħtieġ għall-istabbiliment, il-manutenzjoni, l-ostakoli u perjodi normali oħrajn ta' waqfien.

(141)

Abbażi ta' dan, il-kapaċità ta' produzzjoni naqset mill-2013 għall-2015 b'5 punti perċentwali, u wara kien hemm żieda żgħira ta' 1 punt perċentwal.

(142)

Peress li l-volum ta' produzzjoni u l-kapaċità ta' produzzjoni jsegwu bejn wieħed u ieħor l-istess tendenza ta' tnaqqis, l-użu tal-kapaċità jibqa' stabbli matul il-perjodu kkunsidrat. B'mod ġenerali, l-użu tal-kapaċità baqa' f'livelli baxxi ħafna matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(143)

Matul il-perjodu inkunsiderazzjoni, il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

Tabella 7

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2013

2014

2015

il-perjodu ta' investigazzjoni

Il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

355 353

343 683

320 748

317 276

Indiċi

100

97

90

89

Sehem mis-suq (%)

60,8

58,8

57,6

58,8

Indiċi

100

97

95

97

Sors: Sottomissjoni tal-ilmentaturi u tweġibiet għall-kwestjonarju verifikati.

(144)

Il-volum ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(145)

Simili għall-iżvilupp tal-volum tal-produzzjoni, it-tnaqqis fil-kwantità ta' bejgħ bejn l-2014 u l-perjodu ta' investigazzjoni kien xprunat mit-tnaqqis fil-konsum fis-suq tal-Unjoni spjegat fil-premessa (113) kif ukoll miż-żieda fil-volum ta' importazzjonijiet li huma oġġetti ta' dumping mir-RPĊ.

(146)

Minħabba ż-żieda fl-importazzjonijiet mir-RPĊ f'suq b'konsum li qed jonqos, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 3 %.

4.4.2.3.   Tkabbir

(147)

Il-konsum tal-Unjoni naqas b'mod gradwali mill-2013 sal-perjodu ta' investigazzjoni bi 8 % jew kważi 46 000 tunnellata. Dan it-tnaqqis għandu impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni tal-bejgħ u l-kwantitajiet tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

4.4.2.4.   L-impjiegi u l-produttività

(148)

Matul il-perjodu inkunsiderazzjoni, l-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej:

Tabella 8

L-impjiegi u l-produttività

 

2013

2014

2015

il-perjodu ta' investigazzjoni

Għadd ta' impjegati

3 123

3 288

2 929

2 910

Indiċi

100

105

94

93

Il-produttività (tunnellata/FTE)

121,2

118,7

123,9

124,2

Indiċi

100

98

102

103

Sors: Sottomissjoni tal-ilmentaturi u tweġibiet għall-kwestjonarju verifikati.

(149)

L-industrija tal-Unjoni naqqset il-livell ta' impjiegi b'7 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan it-tnaqqis kien reazzjoni għat-tnaqqis ta' 4 % fil-volumi ta' produzzjoni kkawżati minn tnaqqis fid-domanda u l-kwantitajiet dejjem akbar ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ.

4.4.2.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru mid-dumping tal-passat

(150)

Il-marġni tad-dumping mir-RPĊ huwa ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet attwali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqies il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ.

(151)

Fl-2005, il-Kunsill impona dazji definittivi anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fundituri li joriġinaw fir-RPĊ (4). Dawn il-miżuri tħassru f'Settembru 2011 (5). Il-figuri miġbura matul l-investigazzjoni attwali jissuġġerixxu li fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat reġa' tfaċċa d-dumping.

4.4.3.   L-indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(152)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta' unità tat-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2013

2014

2015

il-perjodu ta' investigazzjoni

Prezz medju tal-bejgħ (EUR/tunnellata)

1 595

1 567

1 536

1 511

Indiċi

100

98

96

95

Kost għal kull unità ta' produzzjoni (EUR/tunnellata)

1 511

1 500

1 480

1 464

Indiċi

100

99

98

97

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati.

(153)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun naqsu kontinwament b'5 %, filwaqt li l-kost unitarju medju tal-produzzjoni naqas bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(154)

Sabiex jillimitaw it-telf fis-sehem mis-suq u jikkompetu mal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping bi prezzijiet baxxi mir-RPĊ, il-produtturi tal-Unjoni kellhom inaqqsu l-prezz tal-bejgħ tagħhom. It-tnaqqis fil-prezz jaqbeż it-tnaqqis fil-kost tal-produzzjoni tagħhom, li primarjament irriżulta mit-tnaqqis fil-prezzijiet tal-materja prima matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(155)

Il-kost lavorattiv medju tat-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Kost lavorattiv medju għal kull impjegat

 

2013

2014

2015

il-perjodu ta' investigazzjoni

Kostijiet lavorattivi medji (EUR)

56 018

55 789

57 977

57 501

Indiċi

100

100

103

103

Sors: Sottomissjoni tal-ilmentaturi u tweġibiet għall-kwestjonarju verifikati.

(156)

Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat żdied bi 3 fil-mija matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.3.3.   Inventarji

(157)

Il-livelli tal-istokks tat-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Inventarji

 

2013

2014

2015

il-perjodu ta' investigazzjoni

Stokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

29 456

36 406

33 824

32 971

Indiċi

100

124

115

112

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati.

(158)

Il-livell ta' stokkijiet tal-għeluq tat-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żdied bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda mill-2013 għall-2014 kienet ikkawżata miż-żieda fil-volum tal-produzzjoni, filwaqt li naqas il-bejgħ fis-suq tal-Unjoni.

(159)

Ir-raġuni ewlenija għaż-żieda fl-inventarji kienet li għalkemm l-industrija tal-Unjoni llimtat il-volumi ta' produzzjoni tagħha, il-volumi tal-bejgħ naqsu b'rata aktar mgħaġġla peress li l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq għall-importazzjonijiet Ċiniżi.

4.4.3.4.   Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(160)

Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tat-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2013

2014

2015

il-perjodu ta' investigazzjoni

Il-profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

5,3

4,3

3,7

3,1

Indiċi

100

81

69

59

Fluss tal-flus ('000 EUR)

34 956

15 206

22 551

21 672

Indiċi

100

44

65

62

Investimenti ('000 EUR)

47 996

47 287

46 781

43 991

Indiċi

100

99

97

92

Redditu fuq l-investimenti (%)

35,6

30,4

28,3

31,2

Indiċi

100

86

80

88

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati.

(161)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabilità tat-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-prodott simili għall-klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ.

(162)

L-industrija tal-Unjoni ħabtet wiċċha ma' tnaqqis gradwali fil-profitti matul l-aħħar għaxar snin. Filwaqt li l-profitabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni kienet ta' madwar 10 % fl-2006, din kienet ta' biss 5,3 % fl-ewwel sena tal-perjodu kkunsidrat u baqgħet sejra lura matul il-perjodu kkunsidrat. Il-profitabbiltà tat-tliet kumpaniji fil-kampjun naqset b'41 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(163)

Din it-tendenza negattiva kienet ikkawżata mit-tnaqqis fil-kwantità ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet jonqsu b'rata aktar mgħaġġla mill-kost tal-produzzjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(164)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Il-fluss tal-flus naqas b'38 % matul il-perjodu kkunsidrat. Wara t-tnaqqis ta' 56 % bejn l-2013 u l-2014, li kien influwenzat minn produzzjoni akbar meta mqabbel mal-2013 meta l-bejgħ kien qed jonqos, dan tjieb fl-2015. Minkejja dan, it-tendenza negattiva kompliet matul il-perjodu tal-investigazzjoni, bi tnaqqis relattivament żgħir.

(165)

L-investimenti huma l-valur kontabilistiku nett tal-assi. Huma naqsu b'mod kostanti bejn l-2013 u l-2015 bi tliet (3) punti perċentwali u mbagħad niżlu f'daqqa fil-perjodu ta' investigazzjoni b'ħames (5) punti perċentwali. Kumplessivament, fil-perjodu kkunsiderat, l-investimenti naqsu bi 8 %. Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti li jirrifletti l-livell ta' deprezzament tal-assi. Il-profittabiltà naqset bi 12 % matul il-perjodu kkunsidrat. Wara tnaqqis stabbli mill-2013 għall-2015, li kien influwenzat minn tnaqqis sostanzjali fil-bejgħ, dan tjieb kemxejn fil-perjodu ta' investigazzjoni. Madankollu, dan l-indikatur minnu nnifsu mhux indikattiv tal-istat tal-industrija tal-Unjoni. L-assi tal-industrija tal-Unjoni huma kważi għal kollox deprezzati u għalhekk il-valur nett tal-assi huwa baxx, li jirriżulta f'redditu arifiċjalment għoli fuq l-investiment.

(166)

Il-prestazzjoni finanzjara dgħajfa tal-industrija tal-Unjoni bejn l-2013 u l-perjodu ta' investigazzjoni llimitat il-kapaċità tagħha li jinġabar kapital. L-industrija li tipproduċi ħadid fondut hija waħda ta' kapital intensiv u hija kkaratterizzata minn investimenti sostanzjali rikorrenti kull 15 sa 20 sena biex jiġu aġġornati l-magni neċessarji għall-proċess tal-produzzjoni. Il-faċilitajiet ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni qed jeqdiemu b'mod rapidu u l-industrija tal-Unjoni teħtieġ investimenti sinifikanti u fit-tul sabiex tkun tista' tkompli bl-operat tagħha. Ir-redittu fuq l-investiment matul il-perjodu kkunsidrat mhux suffiċjenti biex ikopri tali investimenti sostanzjali.

4.4.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

(167)

L-eżaminazzjoni tal-fatturi msemmija hawn fuq turi li bejn l-2013 u l-perjodu ta' investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-produzzjoni (– 4 %) u tilfet parti mis-sehem mis-suq tagħha. Matul il-perjodu kkunsidrat fallew erba' fonderiji tal-Unjoni.

(168)

Barra minn hekk, il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni naqset kważi bin-nofs f'livell baxx ħafna bejn l-2013 u l-perjodu ta' investigazzjoni.

(169)

Apparti minn hekk, indikaturi oħra ta' dannu, bħall-kapaċità (– 4 %), il-volum tal-bejgħ fl-Unjoni (– 11 %), u l-impjiegi (– 7 %) żviluppaw b'mod negattiv matul il-perjodu kkunsidrat.

(170)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f'dan l-istadju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   KAWŻALITÀ

(171)

F'konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħrajn fl-istess ħin setgħux kienu ta' dannu lill-industrija tal-Unjoni.

(172)

Il-Kummissjoni żgurat li kull dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħrajn barra l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mir-RPĊ ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet oġġett ta' dumping. Dawn il-fatturi huma: importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, prestazzjoni tal-bejgħ mill-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni, it-tnaqqis fid-domanda, il-kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni, il-ġestjoni tal-industrija tal-Unjoni, u allegata segmentazzjoni fis-suq tal-Unjoni.

5.1.   L-effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping

(173)

Il-prezzijiet ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ b'mod sinifikanti jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni b'marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz li jvarjaw minn 35,4 % għal 42,7 % li wassal għal inqas sehem mis-suq u profitti għall-industrija tal-Unjoni (minn 5,3 % fl-2013 għal 3,1 % fil-perjodu ta' investigazzjoni). Fil-fatt, matul il-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni tilfet 11 % tal-volum tal-bejgħ f'suq li naqas bi 8 % filwaqt li l-volum ta' importazzjoni mir-RPĊ żdied b'16 %.

(174)

B'mod ġenerali, matul il-perjodu kkunsidrat, it-telf mis-sehem tas-suq tal-industrija ta' 2,1 punti perċentwali ġie assorbit miż-żieda fis-sehem tas-suq ta' 5,6 punti perċentwali ta' importazzjonijiet dumped li joriġinaw fir-RPĊ.

5.2.   Effetti ta' fatturi oħrajn

5.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(175)

Il-volum ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 13

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Il-pajjiż

 

2013

2014

2015

Perjodu ta' Investigazzjoni

l-Indja

Volum (tunnellati)

37 917

51 561

51 452

46 004

Indiċi

100

136

136

121

Sehem mis-suq (%)

6,5

8,8

9,2

8,5

Il-prezz medju

945

1 027

1 055

976

Indiċi

100

109

112

103

Pajjiżi terzi oħrajn

Volum (tunnellati)

64 843

31 263

32 373

29 468

Indiċi

100

48

50

45

Sehem mis-suq (%)

11,1

5,4

5,8

5,5

Il-prezz medju

928

1 702

1 770

1 795

Indiċi

100

183

190

193

Total tal-pajjiżi terzi kollha għajr ir-RPĊ

Volum (tunnellati)

102 759

82 824

83 825

75 471

Indiċi

100

81

82

73

Sehem mis-suq (%)

17,6

14,2

15,0

14,0

Il-prezz medju

922

1 269

1 317

1 282

Indiċi

100

138

143

139

Sors: Eurostat, sottomissjoni verifikata tal-ilmentaturi.

(176)

Il-volumi ta' importazzjoni minn pajjiżi oħra għajr ir-RPĊ naqsu b'27 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn 102 759 tunnellata fl-2013 għal 75 471 tunnellata matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Is-sehem tas-suq tagħhom naqas b'20 %. Il-biċċa l-kbira ta' dawn l-importazzjonijiet joriġinaw fl-Indja (61 % fil-perjodu ta' investigazzjoni). L-importazzjonijiet ta' pajjiżi terzi jammontaw għal madwar 34 % tal-importazzjonijiet kollha fl-Unjoni fil-perjodu ta' investigazzjoni, bl-importazzjonijiet mill-Indja jkunu madwar 21 % fil-perjodu ta' investigazzjoni.

(177)

Meta jiġu kkunsidrati l-volumi ta' importazzjonijiet mill-Indja, dawn żdiedu b'19 % matul il-perjodu kkunsidrat, minn 37 917-il tunnellata fl-2013 għal madwar 46 004 tunnellati fil-perjodu tal-investigazzjoni. Is-sehem mis-suq Indjan żdied bi 30 % minn 6,5 % fl-2013 għal 8,5 % fil-perjodu ta' investigazzjoni.

(178)

Matul il-perjodu kkunsidrat, ir-RPĊ kisbet sehem mis-suq parzjalment mill-industrija tal-Unjoni u parzjalment minn pajjiżi terzi għajr l-Indja, filwaqt li ma jistax jiġi eskluż li l-Indja żiedet is-sehem mis-suq tagħha tal-anqas parzjalment ukoll għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni.

(179)

Barra minn hekk, il-prezzijiet ta' importazzjoni mill-Indja waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni f'livelli simili għall-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi (minn 40 % għal 50 %). Abbażi tal-volum f'tunnellati, il-prezzjonijiet tal-importazzjoni Ċiniżi kienu bħala medja ogħla mill-prezzijiet Indjani matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, din id-differenza fil-prezzijiet mhix indikattiva peress li t-taħlita tal-prodott fl-esportazzjonijiet Indjani u Ċiniżi hija differenti. Tabilħaqq, l-esportazzjonijiet Indjani lejn l-UE kienu l-aktar ta' ħadid griż filwaqt li l-esportazzjonijiet Ċiniżi kienu l-aktar ta' ħadid duttili. Minħabba l-fraġilità relattivament akbar tal-ħadid griż, huwa meħtieġ volum akbar ta' materjal fil-każ ta' prodotti ta' ħadid griż milli għal prodott magħmul minn ħadid duttili sabiex tkun tista' tintlaħaq presatazzjoni kumparabbli. Għalhekk, il-prodotti magħmula minn ħadid griż huma itqal, u dan iwassal għal livell simili ta' prezz għal kull biċċa mill-prodott ikkonċernat.

(180)

Peress li l-importazzjonijiet mill-Indja jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, huma kkontribwew għad-dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, għandhom volumi u sehem mis-suq ħafna anqas (8,5 % sehem mis-suq fil-perjodu ta' investigazzjoni, imqabbel ma' 27,3 % fir-RPĊ). B'mod partikolari, il-livell ta' importazzjonijiet matul il-perjodu ta' investigazzjoni mir-RPĊ (147 186 tunnellata matul il-perjodu ta' investigazzjoni) huwa ħafna aktar sinifikanti u aktar minn tliet darbiet ogħla mil-livell ta' importazzjonijiet mill-Indja matul il-perjodu ta' investigazzjoni (46 004 tunnellata matul il-perjodu ta' investigazzjoni). Konsegwentement, l-importazzjonijiet Indjani ma kisrux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, u ma setgħax kellu aktar minn effett marġinali fuq id-dannu tal-industrija tal-Unjoni.

(181)

Analiżi tad-data tal-Eurostat uriet li l-prezzijiet ta' importazzjoni minn pajjiżi oħra għajr l-Indja u mir-RPĊ żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat u b'hekk laħqu livelli li huma ogħla mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni filwaqt li l-volumi ta' importazzjoni naqsu b'55 % matul il-perjodu kkunsidrat (minn 64 843 tunnellata għal 29 468 tunnellata) (6). Għalhekk, dawn l-importazzjonijiet ma setgħux ikkaġunaw dannu lill-industrija tal-Unjoni.

(182)

Il-Kummissjoni analizzat ukoll b'mod kumulattiv l-importazzjonijiet minn pajjiżi apparti r-RPĊ. Il-volum ta' importazzjonijiet naqas b'27 %, il-prezz medju żdied b'39 % u kien ogħla b'mod sinifikanti mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ. Konsegwentement, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kollha barra r-RPĊ ma kisrux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, u ma setgħax kellu aktar minn effett marġinali fuq id-dannu tal-industrija tal-Unjoni.

5.2.2.   Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(183)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-volum tal-esportazzjonijiet tat-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppa kif ġej:

Tabella 14

Il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

 

2013

2014

2015

Perjodu ta' Investigazzjoni

Volum tal-esportazzjonijiet (tunnellati)

14 030

16 015

19 363

19 842

Indiċi

100

114

138

141

Prezz medju (EUR)

1 452

1 509

1 463

1 443

Indiċi

100

104

101

99

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju vverifikati.

(184)

Fil-volum u fil-valur, l-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni lejn klijenti relatati u mhux relatati żdied matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezz medju tal-unità tal-esportazzjonijiet lejn klijenti mhux relatati jibqa' bil-ferm ogħla mill-prezz medju tal-unità tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Għalhekk, il-bejgħ ta' esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni ma kienx ta' kontribut għall-profittabilità dgħajfa u l-użu tal-kapaċità baxxa tal-industrija tal-Unjoni. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prestazzjoni ta' esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx ta' kontribut għad-dannu mġarrab.

(185)

L-assoċjazzjoni tal-importaturi argumentat li kwalunkwe dannu materjali allegat imġarrab mill-industrija tal-Unjoni huwa primarjament ikkawżat minn tnaqqis sostanzjali tal-esportazzjonijiet tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(186)

Il-Kummissjoni nnotat li l-assoċjazzjoni tal-importaturi tirrikorri għall-Eurostat għar-raġunament tagħha. Kif spjegat fil-premessa (36), il-prodott ikkonċernat huwa ex kodiċi fl-Eurostat u għalhekk l-Eurostat ma tagħtix data għad-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(187)

Id-data vverifikata mill-produtturi tal-Unjoni wriet żieda fil-volum esportat tal-prodott taħt investigazzjoni, kif muri fit-tabella 14 fil-premessa (183).

(188)

L-assoċjazzjoni tal-importaturi ma pprovdiet l-ebda raġunament biex tirribatti d-data vverifikata kif ipprovduta mill-kumpaniji fil-kampjun u għalhekk it-talba ġiet irrifjutata.

5.2.3.   Kontrazzjoni fid-domanda

(189)

L-assoċjazzjoni tal-importaturi argumentat li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni huwa relatat mas-swieq tal-kostruzzjoni, il-bini u l-inġinerija ċivili li għadhom ma rkuprawx kompletament mill-kriżi ekonomika. Barra minn hekk, il-prospett inċert tal-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni ħoloq problemi lill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, l-assoċjazzjoni tal-importaturi ma tatx evidenza konklużiva għal dawn id-dikjarazzjonijiet.

(190)

Barra minn hekk, l-industrija Indjana argumentat li l-ilmentaturi inizjalment ma wrewx evidenza ta' rabta diretta bejn l-għeluq ta' fonderiji tal-produtturi tal-Unjoni Aco, Dois Portos u EJ Access Systems u pressjoni minn importazzjonijiet li allegatament huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ u l-Indja. Madankollu, dan l-għeluq ikkoinċida maż-żieda f'importazzjonijiet dumped mir-RPĊ, it-telf tas-sehem mis-suq u t-tnaqqis fil-prezzijiet u l-profitabilità tal-industrija tal-Unjoni.

(191)

Il-Kummissjoni nnotat li matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum fl-Unjoni naqas bi 8 %, filwaqt li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 11 % u l-importazzjonijiet dumped Ċiniżi żdiedu b'16 %. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li, anke jekk it-tnaqqis fid-domanda seta' kellu effett fuq is-sitwazzjoni ta' dannu tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta' investigazzjoni, ma setax ikisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk il-Kummissjoni tirrifjuta din id-dikjarazzjoni.

5.2.4.   Kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni

(192)

L-assoċjazzjoni tal-importaturi argumentat li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni huwa relatat mal-kompetizzjoni ġewwa l-Unjoni minn produtturi bbażati fi Stati Membri tal-Lvant li rriżulta f'dannu għall-produtturi bbażati fl-Istati Membri tal-Punent.

(193)

L-ilmentaturi kkontradixxew dan ta' hawn fuq u argumentaw li l-produtturi mill-Ewropa ċentrali u tal-lvant ma kellhomx it-tendenza li jikkompetu ħafna fl-Istati Membri tal-punent, għax is-suq fl-Istati Membri tal-punent ma tantx kien attraenti fid-dawl tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ.

(194)

Il-Kummissjoni nnutat li jeżisti kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta' oġġetti tal-ħadid fondut, anki bejn Stati Membri tal-punent u dawk ċentrali/tal-lvant. Il-kummerċ fi ħdan l-Unjoni juri tendenza stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u għalhekk ma setgħax kien li kkontribwixxa għad-dannu mġarrab matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, din il-pretensjoni ġiet irrifjutata.

5.2.5.   Il-ġestjoni tal-industrija tal-Unjoni

(195)

L-assoċjazzjoni tal-importaturi argumentat li l-pożizzjoni aktar dgħajfa tal-industrija tal-Unjoni hija attribwibbli għad-deċiżjonijiet mhux effiċjenti adottati mill-maniġment u nuqqas ta' investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp.

(196)

L-assoċjazzjoni tal-importaturi ma pprovdietx evidenza għal dawn id-dikjarazzjonijiet. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat dawn it-talbiet.

5.2.6.   Is-segmentazzjoni fis-suq tal-Unjoni

(197)

Is-CCCME argumentat li hemm differenzi sinifikanti fit-tipi ta' prodotti mibjugħa skont il-post ġeografiku tal-Istati Membri, primarjament relatati mad-diviżjoni bejn ħadid griż u prodotti tal-ħadid duttili. Jidher li l-klijenti għal kull Stat Membru b'mod konsistenti jużaw wieħed miż-żewġ prodotti. L-industrija tal-Unjoni hija maqsuma bejn il-produzzjoni ta' ħadid griż u ħadid duttili u l-importazzjonijiet mir-RPĊ huma prinċipalment magħmula minn ħadid duttili, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Indja huma prinċipalment magħmula minn ħadid griż. L-industrija Indjana wkoll qajment din il-kwistjoni.

(198)

Is-CCCME saħqet li d-dannu mġarrab fi Stat Membru b'bejgħ predominanti ta' ħadid griż ma jistax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat, peress li dawn mhumiex f'kompetizzjoni ma' xulxin.

(199)

Il-Kummissjoni nnutat li s-suq tal-Unjoni huwa suq unika, li għandu norma pan-Ewropea u anki standards nazzjonali, b'kummerċ fi ħdan l-Unjoni u penetrazzjoni ta' importazzjonijiet. Għalkemm tista' teżisti preferenza potenzjali bejn prodotti tal-ħadid griż u tal-ħadid duttili, il-bejgħ u l-produzzjoni mhumiex esklussivament ibbażati fuq it-tip ta' ħadid fondut. Iż-żewġ tipi għandhom l-istess użu aħħari u jistgħu jservu ta' sostitut wieħed lill-ieħor. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qieset lill-prodotti tal-ħadid griż u tal-ħadid duttili bħala prodotti interkambjabbli.

(200)

Is-CCCME saħqet ukoll li parti mill-industrija tal-Unjoni hija speċjalizzata fil-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti mhux standard. L-importazzjonijiet ma jikkonċernawx prodotti mhux standard u d-dannu relatat ma' tali prodotti ma jistax jiġi attribwit għall-importazzjonijiet mir-RPĊ jew l-Indja.

(201)

Il-Kummissjoni użat sistema ta' kategorizzazzjoni tal-prodott li ppermettiet paragun tal-prodotti importati ma' prodotti simili manifatturati mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, id-differenzi bejn il-prodotti jittieħdu inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tal-livell ta' dannu. Għaldaqstant, din il-pretensjoni ġiet irrifjutata.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(202)

Il-Kummissjoni b'mod provviżorju stabbilixxiet rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ.

(203)

Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

(204)

Il-fatturi identifikati l-oħrajn bħal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, il-prestazzjoni tal-bejgħ minn esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni, it-tnaqqis fid-domanda, il-kompetizzjoni bejn il-produtturi tal-Unjoni, il-ġestjoni tal-industrija tal-Unjoni, u allegata segmentazzjoni fis-suq tal-Unjoni b'mod provviżorju ma nstabux li jkissru r-rabta kawżali, anke jekk wieħed jikkunsidra l-effett ikkombinat possibbli tagħhom.

(205)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f'dan l-istadju li d-dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni li kien ikkawżat mill-importazzjonijiet dumped mir-RPĊ u l-fatturi l-oħra, meqjusin b'mod individwali jew kollettivament ma kissirx ir-rabta kawżali.

6.   INTERESS TAL-UNJONI

(206)

F'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx b'mod ċar tikkonkludi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f'dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta' dumping dannuż. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq valutazzjoni tal-bosta interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti.

6.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(207)

L-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn kumpaniji kbar kif ukoll żgħar u medji u b'mod dirett timpjega madwar 3 000 impjegat fir-rigward tal-prodott simili matul il-perjodu kkunsidrat. L-industrija tinsab prinċipalment fil-Belġju, fi Franza, fil-Ġermanja, fi Spanja u fir-Renju Unit bi ftit produzzjoni fil-Kroazja, fir-Repubblika Ċeka, fil-Finlandja, fl-Italja, fin-Netherlands, fil-Polonja, fis-Slovenja u fl-Iżvezja

(208)

Tmien produtturi tal-Unjoni (li minnhom tnejn huma relatati ma' xulxin) ikkooperaw matul l-investigazzjoni. L-ebda produttur magħruf ma oppona l-bidu tal-investigazzjoni. Kif muri fit-taqsima 4.4.4 hawn fuq, fl-analiżi tal-iżvilupp tal-indikaturi tad-dannu sa mill-bidu tal-perjodu kkunsidrat, l-industrija sħiħa tal-Unjoni esperjenzat deterjorament tas-sitwazzjoni tagħha u kienet affettwata b'mod negattiv mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

(209)

Il-Kummissjoni tistenna li l-impożizzjoni ta' dazju antidumping provviżorju sejra tirrestawra kundizzjonijiet tal-kummerċ ġusti fis-suq tal-Unjoni, u twaqqaf id-dipressjoni tal-prezzijiet u tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tirkupra s-sehem mis-suq mitluf tagħha. Dan iwassal għal titjib fil-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni lejn livelli meqjusa neċessarji għal din l-industrija b'kapital intensiv.

(210)

L-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping. Il-Kummissjoni tfakkar li ħafna mill-indikaturi ta' dannu wrew tendenza negattiva sa mill-bidu tal-perjodu kkunsidrat. B'mod partikolari, l-indikaturi ta' dannu relatati mal-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, bħall-profittabilità, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti kienu affettwati serjament.

(211)

Għalhekk, huwa importanti li l-prezzijiet jitreġġgħu lura għal livell li jippermetti lill-produtturi joperaw f'kundizzjonijiet ta' kummerċ ġust fis-suq tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta' miżuri, huwa probabbli ħafna li jkun hemm deterjorament ulterjuri tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

(212)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet b'mod provviżorju li l-impożizzjoni ta' dazji antidumping tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. Kwalunkwe impożizzjoni ta' miżuri antidumping tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tirkupra mill-effetti tad-dumping dannuż li jinstab.

6.2.   L-interess tal-importaturi mhux relatati

(213)

Kif indikat fil-premessa (21), 28 importatur, li minnhom 19 huma membri tal-assoċjazzjoni tal-importaturi msemmija fil-premessa (7), jikkooperaw fl-investigazzjoni u tlieta minnhom ġew ikkampjunati. L-importaturi kooperattivi huma responsabbli għal 62 % tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-Indja. It-tliet importaturi fil-kampjun jirrappreżentaw 42 % tal-volum importat mill-importaturi kooperattivi kollha. It-tliet importaturi kollha fil-kampjun flimkien mal-membri l-oħra tal-assoċjazzjoni tal-importaturi jopponu l-impożizzjoni ta' miżuri.

(214)

L-assoċjazzjoni tal-importaturi argumentat li l-adozzjoni ta' miżuri anti-dumping ma tkunx fl-interess tal-Unjoni peress li din tiġġenera distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni u tipprevjeni l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni, billi l-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-Indja jirrappreżentaw kważi t-totalità tal-importazzjonijiet kollha tal-Unjoni.

(215)

L-ilmentaturi opponew dan l-argument u nnotaw li l-impożizzjoni ta' miżuri anti-dumping tistabbilixxi mill-ġdid il-prezzijiet tal-Unjoni f'livell li jippermetti kompetizzjoni ġusta, mingħajr ma tagħlaq is-suq għall-importazzjonijiet mir-RPĊ jew l-Indja jew twassal biex produttur tal-Unjoni jikseb pożizzjoni dominanti fis-suq tal-Unjoni.

(216)

L-assoċjazzjoni tal-importaturi argumentat li importaturi mhux relatati diġà jaffaċċjaw diffikultajiet serji biex jiksbu provvisti adegwati tal-prodott taħt investigazzjoni fis-suq tal-Unjoni, minħabba integrazzjoni vertikali tal-produtturi tal-Unjoni, li ser tiddeterjora jekk jiġu imposti miżuri anti-dumping.

(217)

Il-Kummissjoni skopriet li l-industrija tal-Unjoni tbigħ lil distributuri indipendenti u mhijiex integrata vertikalment, bħalma ddikkjarat l-assoċjazzjoni tal-importaturi mhux relatati. Attwalment, l-industrija tal-Unjoni qed taħdem b'livell baxx ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità u madwar 10 % tal-importazzjonijiet joriġinaw minn pajjiżi għajr ir-RPĊ u l-Indja, għalhekk l-importaturi jistgħu jagħmlu bidla għal produzzjoni fl-Unjoni jew importazzjonijiet oħra. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ilmentaturi setgħu jasserixxu s-sigurtà tal-provvista biex jissodisfaw kwalunkwe domanda addizzjonali.

(218)

Skont l-assoċjazzjoni tal-importaturi l-biċċa l-kbira tal-importaturi mhux relatati huma SMEs u għandhom kapaċità limitata li jadattaw in-negozju tagħhom għall-impożizzjoni ta' miżuri anti-dumping.

(219)

Il-Kummissjoni evalwat id-dikjarazzjonijiet kemm tal-importaturi kif ukoll tal-ilmentaturi u kkonkludiet li abbażi tad-data attwali l-importaturi jżidu ftit valur fl-Unjoni u dazju anti-dumping ma jistax jiġi assorbit mingħajr żidiet fil-prezzijiet. Il-Kummissjoni qabblet il-prezzjiet tal-bejgħ medji tal-importaturi u l-industrija tal-Unjoni u kkonkludiet li hemm lok għal żidiet fil-prezzijiet.

(220)

Għalkemm l-importaturi sostnew li huwa diffiċli għalihom jaqilbu għal sorsi alternattivi ta' provvista minħabba l-kost ta' forom u ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni qieset li dan huwa possibbli għar-raġuni li ġejja. L-industrija tal-Unjoni taħdem b'użu tal-kapaċità ta' 54 % u jidher li l-Indja, li b'mod provviżorju ma nstabitx tagħmel dumping, tipproduċi dejjem aktar ħadid duttili, u għalhekk hija sors possibbli ta' provvista, flimkien ma' pajjiżi oħra bħat-Turkija u n-Norveġja.

(221)

Il-Kummissjoni sabet li f'termini ta' impjieg, l-importaturi għandhom rwol minuri. Filwaqt li t-tliet importaturi tal-Unjoni fil-kampjun jimpjegaw madwar 1 200 persuna, għaż-żewġ importaturi fil-kampjun li jimportaw mir-RPĊ anqas minn 100 persuna setgħu jiġu assenjati għall-prodott ikkonċernat.

(222)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li abbażi tal-informazzjoni disponibbli f'dan l-istadju, li xorta hija ser tivverifika wara l-impożizzjoni ta' miżuri provviżorji, l-impatt probabbli tal-miżuri fuq importaturi mhux relatati mhuwiex sostantiv u mhuwiex akbar mill-effett pożittiv tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni.

6.3.   L-interess tal-utenti

(223)

L-utenti finali ewlenin għall-prodott ikkonċernat huma s-servizzi pubbliċi. Fil-każ tal-utenti, il-prodott ikkonċernat jifforma parti żgħira biss mill-kosti tagħhom fi proġetti infrastrutturali li spiss ikunu akbar.

(224)

L-assoċjazzjoni tal-importaturi esprimiet biża' li l-miżuri anti-dumping iwasslu għal prezzijiet ogħla għad-detriment tal-utenti finali, li prinċipalment huma entitajiet pubbliċi. Madankollu, l-utenti finali ma jistgħux iserrħu fuq il-prezzijiet li huma taħt il-kost għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni.

(225)

Ma ppreżenta ruħu l-ebda utent jew assoċjazzjoni tal-konsumatur. Fid-dawl tan-nuqqas ta' kooperazzjoni ta' dawn il-partijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni provviżorja ta' miżuri ma taffettwax bla bżonn is-sitwazzjoni tagħhom.

6.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(226)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet persważivi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri provviżorji fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-RPĊ f'dan l-istadju tal-investigazzjoni.

7.   MIŻURI PROVVIŻORJI ANTIDUMPING

(227)

Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar id-dumping, dannu, kawżalità u l-interess tal-Unjoni, jeħtieġ li jiġu imposti miżuri provviżorji sabiex jiġi evitat li jsir aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet Ċiniżi li huma l-oġġett ta' dumping. Fir-rigward tal-Indja, peress li ma nstab l-ebda dumping, mhu ser tiġi imposta l-ebda miżura provviżorja, iżda l-investigazzjoni ser tkompli għaddejja sakemm isiru sejbiet definittivi.

7.1.   Il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu

(228)

Sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' dawn il-miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet l-ammont ta' dazju neċessarju sabiex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(229)

Id-dannu jiġi eliminat jekk l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tagħmel profitt qabel it-taxxa mill-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni li jista' jinkiseb b'mod raġjonevoli f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni minn industrija ta' dan it-tip fis-settur, jiġifieri fin-nuqqas ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping.

(230)

Sabiex ikun jista' jiġi stabbilit dan il-profitt li jista' jintlaħaq b'mod raġjonevoli f'kundizzjonijiet normal ta' kompetizzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat il-profitti li saru fuq il-bejgħ mhux relatat li jintużaw għall-iskop tad-determinazzjoni tal-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu.

(231)

Il-profitt fil-mira ġie stabbilit b'mod proviżorju fil-livell ta' 5,3 %, f'konformità mal-profitti tal-2013 mill-bejgħ mhux relatat. Peress li li kien hemm żieda kbira fl-importazzjonijiet soġġett ta' dumping fl-2014, u wara dan stabbilizzaw, jitqies li l-livell tal-2013 tal-profitti jirrifletti dak li seta' jintlaħaq b'mod raġjonevoli taħt kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni, jiġifieri fin-nuqqas ta' importazzjonijiet suġġetti ta' dumping. Imbagħad, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu fuq il-bażi ta' tqabbil tal-prezz ta' importazzjoni medju ponderat tal-produtturi esportaturi kooperattivi fil-kampjun fir-RPĊ, aġġustat kif xieraq għall-ispejjeż tal-importazzjoni u d-dazji doganali, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-prezz mingħajr dannu medju ponderat tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ingħatat bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni.

(232)

Il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji kooperattivi oħra” u għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” huwa definit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji (ara l-premessi (94) sa (98) aktar 'l fuq).

7.2.   Miżuri provviżorji

(233)

Għandhom jiġu imposti miżuri provviżorji antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-RPĊ, skont ir-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping. L-ammont tad-dazju għandu jiġi stabbilit fil-livell tal-marġni tad-dumping aktar baxx u fil-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu.

(234)

Abbażi ta' dan ta' hawn fuq, ir-rati tad-dazju provviżorju antidumping, imfissra fil-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, id-dazju doganali mhux imħallas, għandhom ikunu kif ġej:

Kumpanija

Il-marġini tad-dumping (%)

Il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu (%)

Dazju provviżorju antidumping (%)

Botou City Wangwu Town Tianlong Casting Factory

25,3

70,7

25,3

Botou Lisheng Casting Industry Co., Ltd

39,1

59,9

39,1

Fengtai (Handan) Alloy Casting Co., Ltd

42,8

80,7

42,8

Hong Guang Handan Cast Foundry Co., Ltd

28,9

77,8

28,9

Shijiazhuang Transun Metal Products Co., Ltd

33,1

73,5

33,1

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

33,1

72,1

33,1

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

42,8

80,7

42,8

(235)

Ir-rati tad-dazju antidumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tal-konklużjonijiet ta' din l-investigazzjoni. Gћaldaqstant, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta' dazju huma esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ u manifatturat mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b'mod speċifiku fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma' dawk imsemmijin b'mod speċifiku, għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi rata individwali ta' dazju antidumping.

(236)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati ta' dazju antidumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (7). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li t-tibdil ma jaffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenifika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk it-tibdil fl-isem tal-kumpanija ma jaffettwax id-dritt tagħha li tibbenifika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat avviż li jinnotifika dwar it-tibdil tal-isem f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(237)

Biex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji antidumping, ir-rata tad-dazju antidumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha għandha tapplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f'din l-investigazzjoni, imma anki għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni.

8.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(238)

Fl-interessi ta' amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni sejra tistieden lill-partijiet interessati sabiex iressqu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa.

(239)

Il-konklużjonijiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta' dazji provviżorji huma provviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju provviżorju anti-dumping huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti ta' ħadid fondut bil-grafit lamellari (ħadid griż) jew ħadid fondut bil-grafit sferojdali (magħruf ukoll bħala ħadid fondut duttili), u partijiet minnhom li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7325 10 00 (kodiċi TARIC 7325100031) u ex 7325 99 10 (kodiċi TARIC 7325991051) u li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

Dawn l-oġġetti huma ta' tip użat għal:

—

kopertura tal-art jew sistemi ta' taħt il-wiċċ, u/jew fetħiet f'sistemi tal-art jew taħt il-wiċċ, u wkoll

—

aċċess għal sistemi tal-art jew ta' taħt il-wiċċ u/jew jipprovdu ħarsa lejn is-sistemi tal-art jew ta' taħt il-wiċċ.

L-oġġetti jistgħu jkunu maħdumin bil-magni, miksijin, miżbugħin u/jew iffitjati b'materjali oħra bħal iżda mhux limitati għal konkrit, ċangaturi jew madum.

It-tipi ta' prodotti li ġejjin huma esklużi mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat:

—

spralli tal-kanali soġġetti għan-norma EN 1433, biex jitwaħħlu bħala komponent fuq kanali tal-polimeru, plastik jew konkrit li jippermettu l-fluss tal-ilma tas-superfiċje għal ġol-kanal;

—

idranti tan-nirien.

2.   Ir-rati tad-dazju antidumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:

Kumpanija

Dazju provviżorju antidumping (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Botou City Wangwu Town Tianlong Casting Factory

25,3

C221

Botou Lisheng Casting Industry Co., Ltd.

39,1

C222

Fengtai (Handan) Alloy Casting Co., Ltd.

42,8

C223

Hong Guang Handan Cast Foundry Co., Ltd.

28,9

C224

Shijiazhuang Transun Metal Products Co., Ltd.

33,1

C225

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness

33,1

Ara l-Anness

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

42,8

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmijin fil-paragrafu 2 għandha tkun bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li joħroġ tali fattura, identifikat b'ismu/isimha u l-kariga, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li t-tagħrif mogħti f'din il-fattura huwa sħiħ u korrett.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandha tapplika r-rata ta' dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta' depożitu ta' garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet rilevanti dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

1.   Fi żmien 25 jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-partijiet interessati jistgħu:

(a)

Jitolbu divulgazzjoni tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom ġie adottat dan ir-Regolament;

(b)

Jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni; u

(c)

Jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali.

2.   Fi żmien 25 jum kalendarju mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament, il-partijiet imsemmija fl-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036 jistgħu jikkummentaw fuq l-applikazzjoni tal-miżuri provviżorji.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta' sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Notifika ta' Bidu ta' proċediment antidumping dwar l-importazzjonijiet ta' ċerti oġġetti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indja (ĠU C 461, 10.12.2016, p. 22).

(3)  Il-Kummissjoni normalment tieħu tliet snin sal-perjodu tal-investigazzjoni, ara pereżempju r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/141 tas-26 ta' Jannar 2017 li jimponi dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma' tarf ta' tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan (ĠU L 22, 27.1.2017, p. 14) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1559 tat-18 ta' Settembru 2015 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' tubi u pajpijiet ta' ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta' ħadid fondut sferojdali), li joriġina mill-Indja (ĠU L 244, 19.9.2015, p. 25).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005 tal-25 ta' Lulju 2005 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 199, 29.7.2005, p. 1).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 871/2011 tas-26 ta' Awwissu 2011 li jtemm ir-reviżjoni ta' skadenza u r-reviżjoni parzjali interim tal-miżuri anti-dumping dwar importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jirrevoka dawk il-miżuri (ĠU L 227, 2.9.2011, p. 1).

(6)  Il-prezz medju tal-importazzjoni minn pajjiżi għajr l-Indja u r-RPĊ għall-2013 mhuwiex rappreżentattiv, peress li wħud minn dawn l-importazzjonijiet ġejjin, skont l-Eurostat, minn pajjiżi u territorji mhux speċifikati għal raġunijiet kummerċjali jew militari fil-qafas tal-kummerċ intra-UE bi prezz mhux rappreżentattiv.

(7)   European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussels, Belgium.


ANNESS

Produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun:

Isem

Kodiċi TARIC addizzjonali

Baoding City Maikesaier Casting Ltd

C226

Baoding GB Metal Products Co., Ltd

C232

Baoding Hualong Casting Co., Ltd

C233

Baoding Shuanghu Casting Co., Ltd

C234

Bo Tou Chenfeng Casting Co., Ltd

C235

Botou City Minghang Casting Co., Ltd

C236

Botou City Qinghong Foundry Co., Ltd u l-kumpanija relatata Cangzhou Qinghong Foundry Co., Ltd

C237

Botuou City Simencum Town Bai of Tang Casting Factory

C238

Botou Dongli Foundry Co., Ltd

C239

Botou GuangTai Precision Casting Factory

C240

Botou Mancheng Foundry Co., Ltd

C241

Botou Okai Foundry Co., Ltd

C242

Botou Sanjiang Casting Co., Ltd

C243

Botou TongYang Casting Factory

C244

Botou Weili Precision Casting Co., Ltd

C245

Botou Xinrong Foundry Co., Ltd

C246

Botou Zhengxin Foundry Co., Ltd

C247

Cangzhou Hongyuan Machinery & Foundry Co., Ltd

C248

Cangzhou Yadite Casting Machinery Co., Ltd

C249

Changsha Jinlong Foundry Industry Co., Ltd

C250

Changyi City ChangZhan Casting Co., Ltd

C251

China National Minerals Co., Ltd

C252

Dingxiang Sitong Forging and Casting Industrial

C253

Dingzhou Dongyu Foundry Co., Ltd

C254

Handan City Jinzhu Foundry Co., Ltd

C255

Handan Haolin Casting Co., Ltd

C256

HanDan Qunshan Foundry Co., Ltd

C257

Handan Yanyuan Machinery Foundry Co., Ltd

C258

Handan Yuanyang Foundry Co.,Ltd

C259

Handan Zhangshui Pump Manufacturing Co., Ltd

C260

Hebei Cheng'An Babel Casting Co., Ltd

C261

Hebei Feixiang East Foundry Products Co., Ltd

C262

Hebei Jinghua Casting Co., Ltd

C263

Hebei Shunda Foundry Co., Ltd

C264

Hebei Tengfeng Metal Products Co., Ltd

C265

Hebei Zhonghe Foundry Co., Ltd

C266

Hengtong Valve Co.,LTD

C267

Heping Cast Co., Ltd Yi County

C268

Jiaocheng County Honglong Machinery Manufacturing Co., Ltd

C269

Jiaocheng County Xinlei Machinery Manufacturing Co., Ltd

C270

Jiaocheng County Xinxing Casting Co., Ltd

C271

Laiwu City Haitian Machinery Plant

C272

Laiwu Xinlong Weiye Foundry Co., Ltd

C273

Lianyungang Ganyu Xingda Casting Foundry

C274

Lingchuan County Rainbow Casting Co., Ltd

C275

Lingshouxian Boyuan Fountry Co., Ltd

C276

Pingyao County Master Casting Co., Ltd

C277

Qingdao Jiatailong Industrial co., Ltd

C278

Qingdao Jinfengtaike Machinery Co., Ltd

C279

Qingdao Qitao Casting Co., Ltd

C280

Qingdao Shinshu Casting Co., Ltd

C281

Qingyuanxian Yueda Fountry Co., Ltd

C282

Rockhan Technology Co., Ltd

C283

Shahe City Fangyuan Casting Co., Ltd

C284

Shandong Hongma Engineering Machinery Co., Ltd

C285

Shandong Lulong Group Co., Ltd

C286

Shanxi Associated Industrial Co., Ltd

C287

Shanxi Jiaocheng Xinglong Casting Co., Ltd

C288

Shanxi Solid Industrial Co., Ltd

C289

Shanxi Yuansheng Casting and Forging Industrial Co., Ltd

C290

Shaoshan Huanqiu Castings Foundry

C291

Tang County Kaihua Metal Products Co., Ltd

C292

Tangxian Hongyue Machinery Accessory Foundry Co., Ltd

C293

Tianjin Jinghai Chaoyue Industrial and Commercial Co., Ltd

C294

Tianjin Yu Xing Da Casting Co., Ltd

C295

Wangdu Junrong Foundry Co., Limited

C296

Weifang Nuolong Machinery Co., Ltd

C297

Weifang Stable Casting Co., Ltd

C298

Weifang Weikai Casting Co., Ltd

C299

Wen Shui Hengli Nature of the Company

C300

Wuhan RedStar Agro-Livestock Machinery Co. Ltd

C301

Zibo Joy's Metal Co., Ltd

C302