27.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/56


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-21 ta' Ġunju 2013

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Österreichische Nationalbank

(2013/326/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2013/8 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' April 2013 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Österreichische Nationalbank (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Wara li saret emenda, il-Liġi dwar l-Österreichische Nationalbank issa jistipula illi l-Österreichische Nationalbank teleġġi awditur estern u awditur estern alternattiv ta’ kull sena minflok żewġ awdituri esterni u żewġ awdituri esterni alternattivi. L-awditur estern alternattiv jingħata l-mandat biss f’każ li l-awditur estern ma jistax iwettaq il-verifika.

(3)

Il-mandati tal-awdituri esterni u tal-awdituri esterni alternattivi tal-Österreichische Nationalbank intemmu wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2012. Huwa għalhekk meħtieġ illi jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2013.

(4)

L-Österreichische Nationalbank għażel lil KPMG Wirtschaftsprüfungs- und Steuerberatungs AG bħala l-awdituri esterni tiegħu u lil PwC Wirtschaftsprüfung GmbH bħala l-awdituri esterni alternattivi tiegħu għas-sena finanzjarja 2013.

(5)

Il-mandati tal-awdituri esterni u tal-awdituri esterni alternattivi jistgħu jiġġeddu fuq bażi annwali, f’kull każ għal perijodu totali ta' mhux aktar minn ħames snin.

(6)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li KPMG Wirtschaftsprüfungs- und Steuerberatungs AG jinħatru bħala l-awdituri esterni u PwC Wirtschaftsprüfung GmbH bħala l-awdituri esterni alternattivi tiegħu għas-snin finanzjarji 2013 sa 2017.

(7)

Huwa adatt li r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE tiġi segwita u li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(9) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE huwa sostitwit b'dan li ġej:

"9   KPMG Wirtschaftsprüfungs- und Steuerberatungs AG huwa b'dan approvat bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali Ewropew u PwC Wirtschaftsprüfung GmbH bħala l-awdituri esterni alternattivi tal-Österreichische Nationalbank għas-snin finanzjarji 2013 sa 2017".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-BĊE.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kunsill

ll-President

M. NOONAN


(1)   ĠU C 115, 23.4.2013, p. 1.

(2)   ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69. Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 01 Volume 03 P. 65 - 66