<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-372/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0372</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:206">EU:C:2019:206</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20190314">14.3.2019</DATE> – Kawża C‑372/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Dreyer</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 883/2004</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT></KEYWORD><KEYWORD>Imposti fuq id-dħul mill-assi ta’ resident Franċiż affiljat mal-iskema ta’ sigurtà soċjali Svizzera</KEYWORD><KEYWORD>Imposti assenjati għall-finanzjament ta’ żewġ benefiċċji ġestiti mill-fond nazzjonali Franċiż ta’ solidarjetà għall-għajxien indipendenti</KEYWORD><KEYWORD>Rabta diretta u suffiċjentement rilevanti ma’ ċerti fergħat tas-sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>benefiċċju tas-sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni individwali tal-ħtiġijiet personali tal-applikant</KEYWORD><KEYWORD>Teħid inkunsiderazzjoni tar-riżorsi tal-applikant fil-kalkolu tal-ammont tal-benefiċċji</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑372/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-cour administrative d’appel de Nancy (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Nancy, Franza), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20180607">7 ta’ Ġunju 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ministre de l’Action et des Comptes publics</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Sinjur u Sinjura Raymond Dreyer,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz, President tal-Awla, E. Levits u C. Vajda (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għas-Sinjur u s-Sinjura Dreyer, minn J. Schaeffer, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas u R. Coesme, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Martin u M. Van Hoof, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn il-ministre de l’Action et des Comptes publics (il-Ministru għall-Azzjoni u l-Kontijiet Pubbliċi, Franza) u s-Sinjur u s-Sinjura Raymond Dreyer, residenti Franċiżi għall-finijiet tat-taxxa u affiljati mal-iskema ta’ sigurtà soċjali Svizzera (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>konjuġi Dreyer<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), rigward il-pagament ta’ kontribuzzjonijiet u ta’ imposti li għalihom ġew suġġetti dawn il-persuni għas-sena 2015 fuq id-dħul tagħhom minn beni mobbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Ftehim dwar il-moviment liberu tal-persuni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, iffirmaw, fil-<DATE ISO="19990621">21 ta’ Ġunju 1999</DATE>, seba’ ftehimiet, fosthom il-Ftehim dwar il-moviment liberu tal-persuni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="114" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2002">ĠU 2002, L 114, p. 6</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Ftehim dwar il-moviment liberu tal-persuni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>). Permezz tad-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-ftehim dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika tal-<DATE ISO="20020404">4 ta’ April 2002</DATE> dwar il-konklużjoni tas-seba’ Ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 41, p. 89), dawn is-seba’ ftehimiet ġew approvati f’isem il-Komunità u daħlu fis-seħħ fl-<DATE ISO="20020601">1 ta’ Ġunju 2002</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-preambolu tal-Ftehim dwar il-moviment liberu tal-persuni, il-partijiet kontraenti huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>[d]eterminati li jġibu fis-seħħ il-moviment liberu tal-persuni bejniethom ibbażat fuq ir-regoli li japplikaw fil-Komunità Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 ta’ dan il-ftehim, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>B’mod partikolari, il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprovdu, skond l-Anness II, għall-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali bl-għan li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jiġi żgurat trattament ugwali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tiġi ddeterminata l-leġislazzjoni applikabbli;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>tinħoloq aggregazzjoni, sabiex jiġi miksub u miżmum id-dritt għall-benefiċċji, u jiġu kkalkolati tali benefiċċji, b’kont meħud, mil-liġijiet nazzjonali tal-pajjiżi kkonċernati, talperjodi kollha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>jitħallsu l-benefiċċji lill-persuni residenti fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>titrawwem assistenza u koperazzjoni amministrattiva reċiproka bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Anness II tal-imsemmi ftehim, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat Konġunt stabbilit bl-istess ftehim, tal-<DATE ISO="20120331">31 ta’ Marzu 2012</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="103" PAGE.FIRST="51" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 103, p. 51</REF.DOC.OJ>), jinkludi l-Artikolu 1, ifformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-partijiet kontraenti jaqblu, fir-rigward tal-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali, li japplikaw bejniethom l-atti legali tal-Unjoni Ewropea li għalihom qiegħda ssir referenza u kif emendati, bis-Sezzjoni A ta’ dan l-Anness, jew ir-regoli ekwivalenti għal dawn l-atti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>It-terminu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Stat(i) Membru/i<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> inkluż fl-atti legali msemmija fis-sezzjoni A ta’ dan l-Anness għandu jinftiehem li jinkludi lill-Isvizzera flimkien mal-Istati koperti mill-atti legali rilevanti tal-Unjoni Ewropea.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>It-Sezzjoni A ta’ dan l-anness tagħmel riferiment, b’mod partikolari, għar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 883/2004</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) u (3) tar-Regolament Nru 883/2004 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dan ir-Regolament għandu japplika għal-leġislazzjoni kollha li tikkonċerna l-fergħat li ġejjin tas-sigurtà soċjali:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>benefiċċji marbutin mal-mard;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>benefiċċji ta’ maternità u benefiċċji ekwivalenti ta’ paternità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>benefiċċji marbutin ma’ l-invalidità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>benefiċċji marbuta ma’ l-età;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>benefiċċji għas-superstiti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>benefiċċji marbutin ma’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol u mard marbut max-xogħol;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>għotjiet marbutin ma’ mewt;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>h)</NO.P><TXT>benefiċċji mogħtija lil persuni li ma jkunux impjegati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>benefiċċji ta’ qabel l-irtirar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>j)</NO.P><TXT>benefiċċji marbuta mal-familja.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal benefiċċji speċjali, li mhumiex kontributorji, li jingħataw fi flus u li huma koperti mill-Artikolu 70.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Il-persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom ikunu suġġetti għal-leġislazzjoni ta’ Stat Membru wieħed biss. Din il-leġislazzjoni għandha tkun determinata skond dan it-Titolu.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 1600-0 F bis tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxi, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>I. – L-imposta soċjali fuq id-dħul mill-assi hija stabbilita skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu L. 245‑14 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 245‑16 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti fil-kawża prinċipali, kien jgħid:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>I. – Ir-rati tal-imposti soċjali msemmija fl-Artikoli L. 245‑14 u L. 245‑15 hija stabbilita għal 4.5 %.</P><P><LIST TYPE="ROMAN"><ITEM><NP><NO.P>II.</NO.P><TXT>– Dak li jiddaħħal mill-imposti msemmija fil-Parti I huwa mqassam kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>parti korrispondenti għal rata ta’ 1.15 % lill-Fond Nazzjonali ta’ Solidarjetà għall-Għajxien Indipendenti;</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu L. 14‑10‑1 tal-Kodiċi tal-Azzjoni Soċjali u tal-Familji:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>I. – Il-Fond Nazzjonali ta’ Solidarjetà għall-Għajxien Indipendenti għandu bħala missjonijiet:</P><P>1° li jikkontribwixxi fil-finanzjament għall-prevenzjoni u l-akkumpanjament tat-telf ta’ għajxien indipendenti tal-persuni anzjani u tal-persuni b’diżabbiltà, fid-dar u f’faċilitajiet residenzjali, kif ukoll fil-finanzjament għall-appoġġ tal-familjari li jieħdu ħsieb lill-persuna anzjana, filwaqt li tiġi rrispettata l-ugwaljanza fit-trattament tal-persuni kkonċernati fit-territorju kollu;</P><P>[…]</P><P>10° li jikkontribwixxi fil-finanzjament għall-investiment intiż għall-konformità mal-istandards tekniċi u ta’ sigurtà, għall-immodernizzar tal-bini li qed jintuża kif ukoll għall-ħolqien ta’ postijiet ġodda f’faċilitajiet residenzjali u servizzi soċjali u mediko-soċjali;</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 14‑10‑4 ta’ dan il-kodiċi huwa fformulat kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Id-dħul assenjat lill-Fond Nazzjonali ta’ Solidarjetà għall-Għajxien Indipendenti huwa kkostitwit minn:</P><P>[…]</P><P>2° Kontribuzzjoni addizzjonali fl-imposta soċjali msemmija fl-Artikolu L. 245‑14 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali u kontribuzzjoni addizzjonali fl-imposta soċjali msemmija fl-Artikolu L. 245‑15 tal-istess kodiċi. Dawn il-kontribuzzjonijiet addizzjonali huma bbażati, ikkontrollati, irkuprati u eżiġibbli f-istess kundizzjonijiet u taħt l-istess sanzjonijiet bħal dawk applikabbli għal dawn l-imposti soċjali. Ir-rata tagħhom hija stabbilita għal 0.3 %;</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 232‑1 tal-istess kodiċi jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Kull persuna anzjana li tirrisjedi fi Franza li tinsab fl-inkapaċità li ġġorr il-konsegwenzi tan-nuqqas jew tat-telf ta’ għajxien indipendenti marbuta mal-istat fiżiku jew mentali tagħha għandha dritt għal allowance personali għall-għajxien indipendenti li tippermetti kura adattata għall-bżonnijiet tagħha.</P><P>Din l-allowance, iddefinita f’kundizzjonijiet identiċi fit-territorju nazzjonali kollu, hija intiża għall-persuni li, minkejja l-kura li huma jistgħu jirċievu, ikollhom bżonn għajnuna għat-twettiq tal-atti essenzjali tal-ħajja jew li l-istat tagħhom jeħtieġ superviżjoni regolari.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 232‑2 tal-istess kodiċi jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>L-allowance personali għall-għajxien indipendenti, li għandha n-natura ta’ benefiċċju in natura, tingħata, fuq talba tagħha, fil-limiti ta’ tariffi ffissati b’mod leġiżlattiv, lil kull persuna li turi li għandha residenza stabbli u regolari u li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ età u ta’ telf ta’ għajxien indipendenti, evalwat bl-għajnuna ta’ tabella nazzjonali, ukoll iddefiniti b’mod leġiżlattiv.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 232‑4 tal-Kodiċi tal-Azzjoni Soċjali u tal-Familji jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>L-allowance personali għall-għajxien indipendenti hija ugwali għall-ammont tal-frazzjoni mill-pjan ta’ għajnuna li l-benefiċjarju juża, imnaqqas bil-parti mġarrba minnu.</P><P>Din il-parti hija kkalkolata u aġġornata fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, skont ir-riżorsi tiegħu ddeterminati fil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli L. 132‑1 u L. 132‑2 u skont l-ammont tal-pjan ta’ għajnuna, filwaqt li tiġi segwita skala nazzjonali li tiżdied kull sena fl-1 ta’ Jannar b’applikazzjoni tal-Artikolu L 232‑3‑1.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 245‑1 ta’ dan il-kodiċi huwa fformulat kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>I. – Kull persuna b’diżabbiltà li tirrisjedi b’mod stabbli u regolari fi Franza metropolitana, fil-komunitajiet imsemmija fl-Artikolu L. 751‑1 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali jew f’Saint-Pierre-et-Miquelon, li l-età tagħha tkun inqas minn limitu stabbilit b’digriet u li d-diżabbiltà tagħha tissodisfa kriterji ddefiniti b’digriet li jieħdu fost l-oħrajn inkunsiderazzjoni n-natura u l-importanza tal-bżonnijiet għal kumpens fir-rigward tal-pjan ta’ ħajja tagħha, għandha dritt għal benefiċċju ta’ kumpens li għandu n-natura ta’ benefiċċju in natura li jista’ jitħallas, skont kif jagħżel il-benefiċjarju, in natura jew fi flus.</P><P>Meta l-persuna tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ età li jippermettu l-ftuħ tad-dritt għall-allowance previst fl-Artikolu L. 541‑1 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali, l-aċċess għall-benefiċċju ta’ kumpens isir fil-kundizzjonijiet previsti fil-Parti III ta’ dan l-artikolu.</P><P>Meta l-benefiċjarju tal-benefiċċju ta’ kumpens ikollu dritt tal-istess natura mogħti taħt skema ta’ sigurtà soċjali, is-somom imħallsa b’dan il-mod jitnaqqsu mill-ammont tal-benefiċċju ta’ kumpens f’kundizzjonijiet stabbiliti b’digriet.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 245‑6 tal-imsemmi kodiċi jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Il-benefiċċju ta’ kumpens huwa kkalkolat abbażi ta’ tariffi u ta’ ammonti stabbiliti skont in-natura tal-ispiża, fil-limitu tar-rati ta’ kopertura li jistgħu jvarjaw skont ir-riżorsi tal-benefiċjarju. L-ammonti massimi, it-tariffi u r-rati ta’ kopertura huma stabbiliti permezz ta’ digrieti tal-ministru inkarigat mill-persuni b’diżabbiltà. Il-modalitajiet u t-tul tal-għoti ta’ dan il-benefiċċju huma ddefiniti b’digriet.</P><P>Huma esklużi mir-riżorsi kkunsidrati għad-determinazzjoni tar-rata ta’ kopertura msemmija fil-paragrafu preċedenti:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>id-dħul minn attività professjonali tal-persuna kkonċernata;</P></ITEM><ITEM><P>l-allowances temporanji, benefiċċji u vitalizji mogħtija lill-vittmi ta’ inċidenti fuq ix-xogħol jew lill-aventi kawża tagħhom imsemmija fil-punt 8° tal-Artikolu 81 tal-Kodiċi Ġenerali dwar it-Taxxi;</P></ITEM><ITEM><P>id-dħul ta’ sostituzzjoni li l-lista tiegħu hija ffissata b’mod leġiżlattiv;</P></ITEM><ITEM><P>id-dħul minn attività tal-konjuġi, tal-koabitant, tal-persuna li magħha l-persuna kkonċernata tkun ikkonkludiet patt ta’ unjoni ċivili, tal-familjari li jgħin li, filwaqt li jgħix fid-dar tal-persuna kkonċernata, jagħtiha l-għajnuna effettiva, tal-ġenituri tagħha anki meta l-persuna kkonċernata tkun iddomiċiljata għandhom;</P></ITEM><ITEM><P>il-vitalizji msemmija fil-punt 2° tal-Parti I tal-Artikolu 199 septies tal-Kodiċi Ġenerali dwar it-Taxxi, meta jkunu ġew ikkostitwiti mill-persuna b’diżabbiltà għalija nnifisha jew, favuriha, mill-ġenituri tagħha jew mir-rappreżentant legali tagħha, min-nanniet tagħha, minn ħutha jew minn uliedha;</P></ITEM><ITEM><P>ċerti benefiċċji soċjali bi skop speċjalizzat li l-lista tagħhom hija stabbilita b’mod leġiżlattiv.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-konjuġi Dreyer huma ċittadini Franċiżi, li jirrisjedu fi Franza u li huma ddomiċiljati, għall-finijiet ta’ taxxa, f’dan l-Istat Membru. R. Dreyer, li dan iż-żmien huwa rtirat, wettaq il-karriera professjonali tiegħu fl-Isvizzera, u l-konjuġi tiegħu kif ukoll huwa nnifsu huma affiljati mal-iskema ta’ sigurtà soċjali Svizzera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>B’avviż ta’ rkupru tal-<DATE ISO="20161031">31 ta’ Ottubru 2016</DATE>, ikkonfermat b’deċiżjoni tas-<DATE ISO="20161206">6 ta’ Diċembru 2016</DATE>, l-amministrazzjoni fiskali Franċiża ssuġġettat lill-konjuġi Dreyer, għad-dħul mill-assi rċevut fi Franza tul is-sena 2015 fil-forma ta’ dħul minn beni mobbli, għall-kontribuzzjoni soċjali ġenerali, għall-kontribuzzjoni għar-rimbors tad-dejn soċjali, għall-imposta soċjali u għall-kontribuzzjoni addizzjonali tagħha kif ukoll għall-imposta ta’ solidarjetà (iktar ’il quddiem, meħudin flimkien, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>kontribuzzjonijiet u l-imposti inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>). Dawn tal-aħħar jgħinu biex jiffinanzjaw tliet organi Franċiżi, jiġifieri l-Fond ta’ Solidarjetà għax-Xjuħija (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>FSV<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), il-Fond għall-Ħlas Lura tad-Dejn Soċjali (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>CADES<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>) u l-Fond ta’ Solidarjetà għall-Għajxien Indipendenti (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>CNSA<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Filwaqt li qiesu li l-benefiċċji ġestiti mill-FSV, miċ-CADES u miċ-CNSA u ffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet u mill-imposti inkwistjoni kienu benefiċċji tas-sigurtà soċjali, il-konjuġi Dreyer ikkontestaw, quddiem it-tribunal administratif de Strasbourg (il-Qorti Amministrattiva ta’ Strasbourg, Franza), l-issuġġettar tagħhom għall-imsemmija kontribuzzjonijiet u imposti, peress li diġà kienu affiljati mal-iskema ta’ sigurtà soċjali Svizzera u peress li ma kellhomx jikkontribwixxu fil-finanzjament tal-iskema ta’ sigurtà soċjali Franċiża, abbażi tal-prinċipju ta’ uniċità tal-leġiżlazzjoni soċjali li jirriżulta<?PAGE NO="7"?> mir-Regolament Nru 883/2004. B’sentenza tal-<DATE ISO="20170711">11 ta’ Lulju 2017</DATE>, it-tribunal administratif de Strasbourg (il-Qorti Amministrattiva ta’ Strasbourg) laqgħet ir-rikors tal-konjuġi Dreyer u ħelsithom mill-kontribuzzjonijiet u l-imposti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Ministru de l’Action et des Comptes publics (il-Ministru għall-Azzjoni u l-Kontijiet Pubbliċi) sussegwentement appella minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju, il-cour administrative d’appel de Nancy (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Nancy, Franza).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Din tal-aħħar l-ewwel nett ikkonfermat, bħat-tribunal administratif de Strasbourg (il-Qorti Amministrattiva ta’ Strasbourg), li l-konjuġi Dreyer kellhom jinħelsu mill-parti tal-kontribuzzjonijiet u tal-imposti inkwistjoni assenjata lill-FSV u liċ-CADES, jiġifieri l-kontribuzzjoni soċjali ġenerali, il-kontribuzzjoni għall-ħlas lura tad-dejn soċjali, l-imposta ta’ solidarjetà u parti mill-imposta soċjali. Skont il-qorti tar-rinviju, din il-parti tal-kontribuzzjonijiet u imposti inkwistjoni għandha rabta diretta u suffiċjentement rilevanti ma’ fergħat oħra tas-sigurtà soċjali u hija għaldaqstant irregolata mill-prinċipju ta’ uniċità tal-leġiżlazzjoni, previst fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 883/2004. Għalhekk, peress li l-konjuġi Dreyer huma affiljati mal-iskema ta’ sigurtà soċjali Svizzera, huma ma jistgħux jiġu suġġetti fi Franza għal kontribuzzjonijiet u imposti soċjali intiżi sabiex tiġi ffinanzjata l-iskema ta’ sigurtà soċjali Franċiża, skont il-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>de Ruyter</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑623/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:123">EU:C:2015:123</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-qorti tar-rinviju tesprimi dubji rigward il-kwistjoni dwar jekk il-parti tal-kontribuzzjonijiet u imposti inkwistjoni assenjata liċ-CNSA, jiġifieri parti mill-imposta soċjali u l-kontribuzzjoni addizzjonali, tistax titqies, hija wkoll, li tiffinanzja benefiċċji tas-sigurtà soċjali, fis-sens tar-Regolament Nru 883/2004, u li għandha rabta, għalhekk, diretta u suffiċjentement rilevanti ma’ ċerti fergħat oħra tas-sigurtà soċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tfakkar, b’riferiment għall-punt 37 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Hosse</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑286/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:125">EU:C:2006:125</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li, bis-saħħa ta’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, benefiċċju jista’ jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>benefiċċju tas-sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> sa fejn, minn naħa, huwa jingħata lill-benefiċjarji mingħajr ebda evalwazzjoni individwali u diskrezzjonali tal-ħtiġijiet personali abbażi ta’ sitwazzjoni legalment iddefinita u sa fejn, min-naħa l-oħra, huwa marbut ma’ wieħed mir-riskji elenkati b’mod espliċitu fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 883/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward taż-żewġ benefiċċji taċ-CNSA ffinanzjati minn parti mill-kontribuzzjonijiet u imposti inkwistjoni, jiġifieri l-allowance personali għall-għajxien indipendenti (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>APA<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>) u l-benefiċċju kumpensatorju għad-diżabbiltà (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>PCH<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>), il-qorti tar-rinviju tqis li t-tieni kundizzjoni msemmija fil-punt preċedenti tista’ titqies li hija ssodisfatta b’mod sħiħ. Fil-fatt, filwaqt li tikkonstata li l-APA u l-PCH jingħataw mingħajr ebda evalwazzjoni diskrezzjonali tal-ħtiġijiet personali tal-applikant abbażi ta’ sitwazzjoni legalment iddefinita, il-qorti tar-rinviju tosserva, b’risposta għall-argument imqajjem mill-Ministru għall-Azzjoni u l-Kontijiet Pubbliċi, li l-APA u l-PCH jistgħu ma jitqisux li jingħataw mingħajr evalwazzjoni individwali tal-ħtiġijiet personali tal-benefiċjarji, minħabba li l-ammont tagħhom jiddependi mil-livell ta’ riżorsi ta’ dawn il-benefiċjarji jew ivarja skont dawn ir-riżorsi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-cour administrative d’appel de Nancy (il-Qorti Amministrattiva tal-Appell ta’ Nancy) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Il-kontribuzzjonijiet allokati lill-[CNSA], li jikkontribwixxu għall-finanzjament [tal-APA u tal-PCH], għandhom rabta diretta u suffiċjentement rilevanti ma’ ċerti fergħat tas-sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament [Nru 883/2004] u għalhekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament sempliċement minħabba li dawn is-servizzi jirrelataw ma’ wieħed mir-riskji elenkati fl-imsemmi Artikolu 3 u jingħataw mingħajr ebda evalwazzjoni diskrezzjonali abbażi ta’ sitwazzjoni ddefinita legalment?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Bid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 883/2004 għandux jiġi interpretat fis-sens li benefiċċji, bħall-APA u l-PCH, jistgħu, sabiex ikunu jistgħu jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>benefiċċji tas-sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jitqiesu li jingħataw mingħajr ebda evalwazzjoni individwali tal-ħtiġijiet personali tal-benefiċjarju, meta l-kalkolu tal-ammont tagħhom jiddependi mir-riżorsi tal-benefiċjarji jew ivarja skont dawn ir-riżorsi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jiġi osservat li, skont l-Artikolu 8 tal-Ftehim dwar il-moviment liberu tal-persuni, il-partijiet kontraenti jirregolaw, skont l-Anness II tal-imsemmi ftehim, il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali sabiex jiġu żgurati, fost l-oħrajn, id-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli u l-ħlas tal-benefiċċji lill-persuni li jirrisjedu fit-territorju tal-partijiet kontraenti. L-Anness II, Sezzjoni A, punt 1, ta’ dan il-ftehim jipprevedi l-applikazzjoni, bejn il-partijiet kontraenti, tar-Regolament Nru 883/2004. Għalhekk, u peress li, skont l-Artikolu 1(2) tal-Anness II tal-imsemmi ftehim, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>[i]t-terminu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Stat(i) Membru/i<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="2019" ID="QE0030"/> inkluż fl-atti legali msemmija fis-sezzjoni A ta’ dan l-Anness għandu jinftiehem li jinkludi lill-Isvizzera flimkien mal-Istati koperti mill-atti legali rilevanti tal-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ikopru ukoll lill-Konfederazzjoni Svizzera (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180321">21 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Klein Schiphorst</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-551/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:200">EU:C:2018:200</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-sitwazzjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, ċittadini ta’ Stat Membru affiljati mal-iskema ta’ sigurtà soċjali Svizzera, taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180321">21 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>Klein Schiphorst</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑551/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:200">EU:C:2018:200</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-mertu tad-domanda magħmula, għandu jitfakkar li d-distinzjoni bejn il-benefiċċji li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 u dawk li huma esklużi minnu hija bbażata essenzjalment fuq l-elementi li jikkostitwixxu kull benefiċċju, b’mod partikolari l-għanijiet u l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dan, u mhux fuq il-fatt li benefiċċju huwa jew ma huwiex ikklassifikat bħala benefiċċju tas-sigurtà soċjali mil-leġiżlazzjoni nazzjonali [ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980305">5 ta’ Marzu 1998</DATE>, <NAME.CASE>Molenaar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑160/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:84">EU:C:1998:84</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150916">16 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑433/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:602">EU:C:2015:602</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>A (Għajnuna għal persuna b’diżabbiltà)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑679/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:601">EU:C:2018:601</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li benefiċċju jista’ jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>benefiċċju tas-sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> sa fejn, minn naħa, jingħata lill-benefiċjarji mingħajr ebda evalwazzjoni individwali u diskrezzjonali tal-ħtiġijiet personali tagħhom, abbażi ta’ sitwazzjoni legalment iddefinita, u sa fejn, min-naħa l-oħra, huwa marbut ma’ wieħed mir-riskji elenkati b’mod espliċitu fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 883/2004 [ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari s-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19850327">27 ta’ Marzu 1985</DATE>, <NAME.CASE>Hoeckx</NAME.CASE>, <NO.CASE>249/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:139">EU:C:1985:139</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150916">16 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑433/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:602">EU:C:2015:602</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>A (Għajnuna għal persuna b’diżabbiltà)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑679/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:601">EU:C:2018:601</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni msemmija fil-punt preċedenti, għandu jitfakkar li din hija ssodisfatta meta l-għoti ta’ benefiċċju jsir abbażi ta’ kriterji oġġettivi li, ladarba jkunu ssodisfatti, joħolqu d-dritt għall-benefiċċju mingħajr ma l-awtorità kompetenti tkun tista’ tieħu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi personali oħra [ara f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920716">16 ta’ Lulju 1992</DATE>, <NAME.CASE>Hughes</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑78/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:331">EU:C:1992:331</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150916">16 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑433/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:602">EU:C:2015:602</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>A (Għajnuna għal persuna b’diżabbiltà)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑679/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:601">EU:C:2018:601</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, rigward benefiċċji li l-għoti tagħhom isir jew jiġi rrifjutat jew li l-ammont tagħhom jiġi kkalkolat billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-ammont tad-dħul tal-benefiċjarju, li l-għoti ta’ tali benefiċċji ma jiddependix fuq l-evalwazzjoni individwali tal-ħtiġijiet personali tal-applikant, għaliex huwa kriterju oġġettiv u legalment iddefinit li joħloq id-dritt għal dan<?PAGE NO="9"?> il-benefiċċju mingħajr ma l-awtorità kompetenti tkun tista’ tieħu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi personali oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930802">2 ta’ Awwissu 1993</DATE>, <NAME.CASE>Acciardi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑66/92</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:341">EU:C:1993:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060718">18 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>De Cuyper</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑406/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:491">EU:C:2006:491</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150916">16 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑361/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:601">EU:C:2015:601</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat, barra minn hekk, fil-punt 38 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180725">25 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>A (Għajnuna għal persuna b’diżabbiltà)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑679/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:601">EU:C:2018:601</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li, sabiex ikun jista’ jitqies li ma ġietx issodisfatta l-ewwel kundizzjoni msemmija fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, in-natura diskrezzjonali tal-evalwazzjoni, mill-awtorità kompetenti, tal-ħtiġijiet personali tal-benefiċjarju ta’ benefiċċju għandha tkun marbuta qabel kollox mal-ħolqien tad-dritt għal dan il-benefiċċju. Dawn il-kunsiderazzjonijiet jgħoddu, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>, f’dak li jirrigwarda n-natura individwali tal-evalwazzjoni, mill-awtorità kompetenti, tal-ħtiġijiet personali tal-benefiċjarju ta’ benefiċċju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-benefiċċji inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li kull persuna li għandha mill-inqas 60 sena li titqies li qed titlef l-għajxien indipendenti abbażi ta’ kriterji ddefiniti minn qabel u li tirrisjedi fi Franza b’mod stabbli u regolari għandha dritt għall-APA. Fir-rigward tal-PCH, din tibbenefika lil kull persuna b’diżabbiltà li għandha, fil-prinċipju, inqas minn 60 sena u li tirrisjedi fi Franza b’mod stabbli u regolari, u li d-diżabbiltà tagħha tissodisfa ċertu numru ta’ kriterji ddefiniti minn qabel. Huwa stabbilit li l-aċċess għal dawn iż-żewġ benefiċċji huwa indipendenti mir-riżorsi tal-applikant. Minkejja li dawn ir-riżorsi jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat l-ammont effettiv li jitħallas lill-benefiċjarju, mill-Artikoli L. 232-4 u L. 245-6 tal-Kodiċi tal-Azzjoni Soċjali u tal-Familji jirriżulta li dan l-ammont huwa kkalkolat, essenzjalment, abbażi ta’ kriterji oġġettivi applikabbli mingħajr distinzjoni għall-benefiċjarji kollha skont il-livell ta’ riżorsi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalhekk, minn dawn id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Azzjoni Soċjali u tal-Familji jirriżulta li t-teħid inkunsiderazzjoni tar-riżorsi tal-benefiċjarju jikkonċerna mhux il-ħolqien tad-dritt għall-APA u għall-PCH, iżda l-modalitajiet għall-kalkolu ta’ dawn il-benefiċċji, għaliex dawn tal-aħħar għandhom jingħataw meta l-applikant jissodisfa, indipendentement mil-livell tar-riżorsi tiegħu, il-kundizzjonijiet li joħolqu d-dritt għall-imsemmija benefiċċji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li t-teħid inkunsiderazzjoni tar-riżorsi tal-benefiċjarju biss għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont effettiv tal-APA jew tal-PCH abbażi ta’ kriterji oġġettivi u legalment iddefiniti ma jimplikax evalwazzjoni individwali tal-ħtiġijiet personali ta’ dan il-benefiċjarju mill-awtorità kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Bil-kontra ta’ dak li jsostni l-Gvern Franċiż fl-osservazzjonijiet tiegħu, il-ħtieġa li jiġi evalwat, għall-finijiet tal-għoti tal-APA u tal-PCH, il-livell ta’ telf ta’ għajxien indipendenti jew ta’ diżabbiltà tal-applikant lanqas ma timplika evalwazzjoni individwali tal-ħtiġijiet personali ta’ dan l-applikant. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja, l-evalwazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>telf ta’ għajxien indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>diżabbiltà<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> (għall-PCH) issir minn tabib jew minn professjonist ta’ team mediku-soċjali jew minn team pluridixxiplinari abbażi ta’ tabelli, listi u parametri ddefiniti minn qabel, jiġifieri, skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 34 ta’ din is-sentenza, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u legalment iddefiniti li, ladarba jkunu ssodisfatti, joħolqu d-dritt għall-benefiċċju korrispondenti. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi sostnut li l-għoti tal-APA u tal-PCH jiddependi fuq evalwazzjoni individwali tal-ħtiġijiet personali tal-applikant, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 32 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Minbarra dan, u wkoll bil-kontra ta’ dak li jsostni l-Gvern Franċiż fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, l-APA u l-PCH ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>benefiċċji speċjali, li mhumiex kontributorji, li jingħataw fi flus<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> fis-sens tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Nru 883/2004. Fil-fatt, peress li jirriżulta kemm mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kif ukoll mill-konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju mfakkra fil-punt 26 ta’ din is-sentenza li ż-żewġ kundizzjonijiet kumulattivi msemmija fil-punt 32 ta’ din is-sentenza huma ssodisfatti u peress li l-APA u l-PCH għandhom għalhekk jiġu kklassifikati bħala<?PAGE NO="10"?> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>benefiċċji tas-sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, ma hemmx lok li jiġi vverifikat jekk dawn iż-żewġ benefiċċji jistgħux ukoll jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>benefiċċji speċjali, li mhumiex kontributorji, li jingħataw fi flus<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, peress li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li dawn iż-żewġ kwalitajiet jeskludu waħda lill-oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060221">21 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Hosse</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑286/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:125">EU:C:2006:125</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150916">16 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Is-Slovakkja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑433/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:602">EU:C:2015:602</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 883/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li benefiċċji, bħall-APA u l-PCH, għandhom, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>benefiċċji tas-sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jitqiesu li huma mogħtija mingħajr ebda evalwazzjoni individwali tal-ħtiġijiet personali tal-benefiċjarju, peress li r-riżorsi ta’ dan tal-aħħar jittieħdu inkunsiderazzjoni biss għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont effettiv ta’ dawn il-benefiċċji abbażi ta’ kriterji oġġettivi u legalment iddefiniti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE> dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li benefiċċji, bħall-allowance personali għall-għajxien indipendenti u l-benefiċċju kumpensatorju għad-diżabbiltà, għandhom, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħhom bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>benefiċċji tas-sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jitqiesu li huma mogħtija mingħajr ebda evalwazzjoni individwali tal-ħtiġijiet personali tal-benefiċjarju, peress li r-riżorsi ta’ dan tal-aħħar jittieħdu inkunsiderazzjoni biss għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont effettiv ta’ dawn il-benefiċċji abbażi ta’ kriterji oġġettivi u legalment iddefiniti.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>