11.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 359/117


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1789

tat-8 ta’ Ottubru 2021

li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-referenzi ta’ Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni għal pajpijiet flessibbli bil-friefet b’attrezzaturi fit-truf u ċerti prodotti għall-bini oħra

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu,

Billi:

(1)

F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011, il-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika għandhom jużaw il-metodi u l-kriterji pprovduti fid-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini koperti minn dawk id-dokumenti b’rabta mal-karatteristiki essenzjali tagħhom.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, wara diversi talbiet mill-manifatturi għal Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika fasslet u adottat 14-il Dokument Ewropew ta’ Valutazzjoni.

(3)

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni li ġew imfassla u adottati mill-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika huma relatati mal-prodotti għall-bini li ġejjin:

—

pajpijiet flessibbli bil-friefet b’attrezzaturi fit-truf;

—

injam b’segment laminat b’sezzjoni trasversali rettangolari magħmul minn zkuk maqtugħin b’mod radjali;

—

injam mastizz b’ġonot strutturali mrikkbin f’xulxin li jiflaħ għat-tensjoni u li jista’ jiġi pproċessat ma’ injam laminat inkullat u injam mastizz inkullat;

—

injam laminat inkullat b’ġonta mrikkba trasversali sħiħa;

—

twavel tal-iżolazzjoni akustika/strippi magħmula minn sistemi ta’ kontrabejt niexef li jifilħu għat-tagħbija li huma magħmula minn kartun ikkorrugat mimli bir-ramel kwarzuż;

—

kompost għall-bitum u taħlitiet bituminużi magħmula minn trab tal-gomma mfarrka;

—

makrofibri ta’ polimeri rinfurzati bil-fibri tal-bażalt għall-użu fil-konkos;

—

valvoli tal-ibbilanċjar bil-flanġ;

—

kanali tal-ankraġġ;

—

sistemi għall-konnessjonijiet tar-rebars installati wara bit-tkaħħil;

—

elementi tal-irbit mekkaniku għall-użu fil-konkos;

—

elementi tal-irbit bl-espansjoni kkontrollati bit-torque għall-użu f’konkos b’ċiklu tal-ħajja varjabbli sa 50 sena;

—

elementi tal-irbit installati wara fil-konkos taħt tagħbija ċiklika b’reħja;

—

kits/sistemi ta’ armat tax-xater permanenti li ma jiflaħx għat-tagħbija bbażati fuq blokok vojta jew pannelli ta’ materjali iżolanti u xi kultant konkos.

(4)

Id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni mfassla u adottati mill-organizzazzjoni tal-Korpi tal-Valutazzjoni Teknika jissodisfaw it-talbiet li għandhom jiġu ssodisfati fir-rigward tar-rekwiżiti bażiċi għax-xogħlijiet tal-bini stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011. Għalhekk jixraq li r-referenzi ta’ dawk id-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-lista tar-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni ġiet ippubblikata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 (2). Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jenħtieġ li r-referenzi tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni l-ġodda jiżdiedu ma’ dik il-lista.

(6)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 tiġi emendata skont dan.

(7)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni minn kmieni kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/450 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5.

(2)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/450 tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar il-pubblikazzjoni tad-Dokumenti Ewropej ta’ Valutazzjoni (EADs) għall-prodotti tal-bini abbozzati b’appoġġ tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 77, 20.3.2019, p. 78).


ANNESS

Fl-Anness, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali skont l-ordni tan-numri ta’ referenza:

“100012-00-1106

Pajpijiet flessibbli bil-friefet b’attrezzaturi fit-truf

130348-00-0304

Injam b’segment laminat b’sezzjoni trasversali rettangolari magħmul minn zkuk maqtugħin b’mod radjali

130484-00-0304

Injam mastizz b’ġonot strutturali mrikkbin f’xulxin li jiflaħ għat-tensjoni u li jista’ jiġi pproċessat ma’ injam laminat inkullat u injam mastizz inkullat

130661-00-0304

Injam laminat inkullat b’ġonta mrikkba trasversali sħiħa

210134-00-1202

Twavel tal-iżolazzjoni akustika/strippi magħmula minn sistemi ta’ kontrabejt niexef li jifilħu għat-tagħbija li huma magħmula minn kartun ikkorrugat mimli bir-ramel kwarzuż

230145-00-0105

Kompost għall-bitum u taħlitiet bituminużi magħmula minn trab tal-gomma mfarrka

260067-00-0301

Makrofibri ta’ polimeri rinfurzati bil-fibri tal-bażalt għall-użu fil-konkos

280004-00-0702

Valvoli tal-ibbilanċjar bil-flanġ

330008-03-0601

Kanali tal-ankraġġ

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 330008-02-0601’)

330087-01-0601

Sistemi għall-konnessjonijiet tar-rebars installati wara bit-tkaħħil

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 330087-00-0601’)

330232-01-0601

Elementi tal-irbit mekkaniku għall-użu fil-konkos

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘EAD 330232-00-0601’)

330232-01-0601 -v01

Elementi tal-irbit bl-espansjoni kkontrollati bit-torque għall-użu f’konkos b’ċiklu tal-ħajja varjabbli sa 50 sena

330250-00-0601

Elementi tal-irbit installati wara fil-konkos taħt tagħbija ċiklika b’reħja

340309-00-0305

Kits/sistemi ta’ armat tax-xater permanenti li ma jiflaħx għat-tagħbija bbażati fuq blokok vojta jew pannelli ta’ materjali iżolanti u xi kultant konkos

(tissostitwixxi l-ispeċifikazzjoni teknika ‘ETAG 009’)”