|
16.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 233/2013
tal-15 ta’ Marzu 2013
li jiffissal-ammont tal-għajnuna għar-riport u tal-għajnuna b’rata fissa għal ċerti prodotti tas-sajd għas-sena tas-sajd 2013
IL-KUMMISSJON EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tas-sajd u l-prodotti tal-akkwakultura (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2814/2000 tal-21 ta’ Diċembru 2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 dwar l-għoti ta’ għajnuna li tinġieb ‘il quddiem ta’ ċerti prodotti tas-sajd (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 939/2001 tal-14 ta’ Mejju 2001 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward l-għoti ta’ għajnuna b’rata fissa għal ċerti prodotti tas-sajd (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprevedi li tista’ tingħata għajnuna għal kwantitajiet ta’ ċerti prodotti friski rtirati mis-suq u li jew jiġu pproċessati sabiex jiġu stabbilizzati u maħżuna inkella jiġu priżervati. |
|
(2) |
L-għan ta’ dik l-għajnuna huwa li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jitħeġġu b’mod xieraq biex jipproċessaw jew jippreżervaw il-prodotti rtirati mis-suq sabiex il-qirda tagħhom tiġi evitata. |
|
(3) |
Il-livell tal-għajnuna ma għandux ikun tali li jħarbat il-bilanċ tas-suq tal-prodotti inkwistjoni jew jgħawweġ il-kompetizzjoni. |
|
(4) |
Il-livell tal-għajnuna ma għandux jisboq il-kostijiet tekniċi u finanzjarji assoċjati mal-operati essenzjali biex il-prodott jiġi stabbilizzat u maħżun kif dokumentati fl-Unjoni matul is-sena tas-sajd ta’ qabel is-sena inkwistjoni. |
|
(5) |
Biex ma jixxekkilx l-operat tas-sistema ta’ intervent fis-sena 2013, dan ir-Regolament għandu japplika b’lura mill-1 ta’ Jannar 2013. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 104/2000, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għas-sena tas-sajd 2013, l-ammonti ta’ għajnuna mħollija għas-sena ta’ wara kif imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, u l-ammonti ta’ għajnuna b’rata waħda msemmija fl-Artikolu 24(4) ta’ dak ir-Regolament, għandhom jiġu stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2013.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.
ANNESS
1. L-ammont ta’ għajnuna għar-riport għall-prodotti elenkati fl-Anness I, il-Partijiet A u B u għal-lingwata komuni (Solea spp.) elenkata fl-Anness I, il-Parti C tar-Regolament (KE) Nru 104/2000
|
Metodi ta’ pproċessar elenkati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 |
Għajnuna (EUR/tunnellata) |
||
|
1 |
2 |
||
|
|
||
|
368 |
||
|
298 |
||
|
410 |
||
|
280 |
||
|
264 |
2. Ammont ta’ għajnuna għar-riport għall-prodotti l-oħra elenkati fl-Anness I, il-Parti C tar-Regolament (KE) Nru 104/2000
|
Metodi ta’ pproċessar u/jew ippriżervar elenkati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 |
Prodotti |
Għajnuna (EUR/tunnellata) |
||
|
1 |
2 |
3 |
||
|
Ksampu (Nephrops norvegicus) |
327 |
||
|
Dnub tal-Ksampu (Nephrops norvegicus) |
250 |
|||
|
Ksampu (Nephrops norvegicus) |
295 |
||
|
Ksampu (Nephrops norvegicus) |
327 |
||
|
Granċijiet tal-ikel (Cancer pagurus) |
250 |
|||
|
Granċijiet tal-ikel (Cancer pagurus) |
392 |
||
|
Granċijiet tal-ikel (Cancer pagurus) |
215 |
3. Ammont ta’ għajnuna b’rata fissa għall-prodotti elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 104/2000
|
Metodi tal-ipproċessar |
Għajnuna (EUR/tunnellata) |
||
|
298 |
||
|
410 |