26.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8988 — Energizer/Spectrum Brands (Battery and Portable Lighting Business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 388/12)

1.   

Fid-19 ta' Ottubru 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Energizer Holdings, Inc. (USA),

—

In-Negozju Dinji tal-Batteriji u tad-Dawl Portabbli ta' Spectrum Brands Holdings, Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerika).

Energizer Holdings, Inc. (“Energizer”) se takkwista, fis-sens tal-Artikolu Article 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani tan-Negozju Dinji tal-Batteriji u tad-Dawl Portabbli kollu kemm hu ta' Spectrum Brands Holdings, Inc. (“in-Negozju tal-Batteriji u tad-Dawl Portabbli ta' Spectrum Brands”).

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta' ishma u assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Energizer hija kumpanija dinjija, bil-kwartieri ġenerali tagħha fl-Istati Uniti tal-Amerika, li n-negozju prinċipali tagħha hija l-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta' batteriji għall-konsumaturi. Il-batteriji ta' Energizer huma mibjugħa madwar id-dinja, inkluż fiż-ŻEE, bil-marki tad-ditta Energizer u Eveready. Energizer hija attiva wkoll fil-bejgħ ta' chargers tal-batteriji rikarikabbli prodotti tad-dawl portabbli,

—

In-negozju tal-Batteriji u tad-Dawl Portabbli ta' Spectrum Brands jinkludi n-negozju dinji ta' Spectrum fil-batteriji għall-konsumatur, prodotti tad-dawl portabbli u chargers portabbli għal batteriji rikarikabbli mibjugħa bil-marki tad-ditta ta' Spectrum u l-affiljati tagħha (inklużi Varta u Rayovac).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8988 — Energizer/Spectrum Brands (Battery and Portable Lighting Business)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta' kuntatt ta' hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).