10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 34/2010

tat-12 ta’ Marzu 2010

li temenda l-Anness XIX (Protezzjoni tal-Konsumatur) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 86/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1).

(2)

Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (verżjoni kodifikata) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2006/114/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE) fl-Anness XIX tal-Ftehim għandu jiġi sostitwit b’li ġej:

“ 32006 L 0114: Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (verżjoni kodifikata) (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2006/114/KE fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li se jkunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-13 ta’ Marzu 2010, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 277, 22.10.2009, p. 38.

(2)   ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21.

(3)   ĠU L 250, 19.9.1984, p. 17.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.