28.9.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 240/103


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 230/2020

tal-11 ta’ Diċembru 2020

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2032]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (‘il-Ftehim dwar iż-ŻEE’), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (1) kienet inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2020 tal-14 ta’ Lulju 2020.

(2)

Iċ-ċifri għall-Iżlanda skont l-Artikoli 9 u 9a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/410, jeħtieġ li jiġu emendati.

(3)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt 21al (id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Fl-adattament (i), il-linja li tikkonċerna l-Iżlanda tinbidel b’dan li ġej:

“L-Iżlanda: 1 774 646 tunnellati ta’ CO2 ekwivalenti.”

2.

Fl-addatament (u):

(i)

fil-PARTI A, it-tabella li tikkonċerna l-Iżlanda taħt l-intestatura ‘1. Iċ-ċifri tal-Istati tal-EFTA skont l-Artikolu 9’ tinbidel bit-tabella li ġejja:

“

Sena

Ammont ta’ kwoti

2013

22 685

2014

22 268

2015

21 852

2016

21 435

2017

21 019

2018

20 602

2019

20 186

2020

19 769

”

(ii)

fil-PARTI A, it-tabella li tikkonċerna l-Iżlanda taħt l-intestatura ‘3. Iċ-ċifri tal-Istati tal-EFTA skont l-Artikolu 9a(2)’ tinbidel bit-tabella li ġejja:

“

Sena

Ammont ta’ kwoti

2013

1 682 010

2014

1 651 131

2015

1 620 252

2016

1 589 373

2017

1 558 494

2018

1 527 616

2019

1 496 737

2020

1 465 858

”

(iii)

fil-PARTI B, il-kolonna li tikkonċerna l-Iżlanda tinbidel bil-kolonna li ġejja:

“

CAP 2021-2030

L-Iżlanda

2021

1 432 642

2022

1 393 440

2023

1 354 238

2024

1 315 037

2025

1 275 835

2026

1 236 633

2027

1 197 432

2028

1 158 230

2029

1 119 029

2030

1 079 827

”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2020, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2020 tal-14 ta’ Lulju 2020 (2), skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Sabine MONAUNI


(1)   ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.

(2)   ĠU L 172, 6.7.2023, p. 33.