Official Journal L 106 , 27/04/1994 P. 0006 - 0013
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 57 P. 0004
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 57 P. 0004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 919/94 tas-26 ta' April 1994 li jipprovdi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill fir-rigward tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-banana IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 tat-13 ta' Frar 1993 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-banana [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3518/93 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu; Billi r-Regolament (KEE) Nru 404/93 jipprovdi disposizzjonijiet għat-twaqqif ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-banana; billi, biex jiġu rikonoxxuti, dawk l-organizzazzjonijiet għandhom jissodifaw kondizzjonijiet speċifiċi; billi l-kondizzjonijiet huma maħsuba biex jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli illi l-organizzazzjoni, bis-saħħa tad-daqs tagħha, it-tul ta' żmien li jkunu ilhom joperaw, il-kostituzzjoni tagħhom u l-mod li bih jiffunzjonaw, għandhom jikkontribwixxu għat-titjib imfittex fil-kondizzjonijiet li fihom il-banana hija prodotta u mqiegħda fis-suq; Billi dawn il-ħtiġiet, li huma maħsuba li jiżguraw illi l-organizzazzjonijiet ta' produtturi jkollhom livell minimu ta' stabbilità u attività ekonomika, partikolarment fir-rigward tan-numru tal-membri u volum ta' produzzjoni, għandhom ikunu stabbiliti fid-dawl tad-diversità strutturali tar-reġjuni produtturi fil-Komunità; Billi, ukoll għall-għan ta' stabbilità u effettività, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat, l-ewwel, il-mezzi u l-faċilitajiet li l-organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom iqiegħdu għad-disposizzjoni tal-membri tagħhom u, it-tieni, it-tip ta' regoli li dawk l-organizzazzjonijiet għandhom jadottaw u jimponu fuq il-membri tagħhom biex jilħqu l-għanijiet ta' gruppi rikonoxxuti skond ir-regoli tal-Komunità; Billi l-implimentazzjoni tal-miżuri speċifiċi adottati mill-Kunsill, flimkien ma' dawk ta' dan ir-Regolament, jimplikaw obbligazzjoni stretta għall-organizzazzjonijiet ta' produtturi li jgħaddu informazzjoni dettaljata f'intervalli stabbiliti lill-awtoritajiet nominati mill-Istati Membri, sabiex jippermettu lil dawn ta' l-aħħar li jmexxu l-eżekuzzjoni ta' l-impriżi magħmula mill-organizzazzjonijiet ta' produtturi sabiex jiġu rikonoxxuti; filwaqt illi l-verifiki li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri u l-komunikazzjonijiet għat-tmexxija ta' l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet fuq imsemmija għandhom jiġu speċifikati; Billi huwa meħtieġ li jiġu speċifikati d-disposizzjonijiet li għandhom japplikaw għall-gruppi ta' produtturi li jkunu ġew rikonoxxuti skond ir-Regolament (KEE) Nru 1360/78 tat-18 ta' Ġunju 1978 dwar gruppi ta' produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3669/93 [4] u li, taħt is-sistema mwaqqfa mill-imsemmi Regolament, ikunu irċevew għajnuna lejn it-twaqqif u l-ispejjeż amministrattivi tagħhom; Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat li Jimmaniġġja l-Banana ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jagħtu għarfien speċifiku, kif provdut fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 404/93, lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa "organizzazzjonijiet ta"' produtturi', li l-attività ekonomika tagħhom tikkonċerna l-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' banana friska u li jikkonformaw ma' l-Artikolu 5 ta' l-imsemmi Regolament u mad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. L-organizzazzjonijiet ta' produtturi li ġew rikonoxxuti skond ir-Regolament (KEE) Nru 1360/78 għandhom jingħataw rikonoxximent speċifiku, kif provdut fl-ewwel paragrafu, meta l-awtoritajiet kompetenti jsibu li l-istrument kostitwenti u r-regoli ta' operazzjoni ta' dawk l-organizzazzjonijiet jikkonformaw mad-disposizzjonijiet li għalihom jirreferi l-ewwel paragrafu. Artikolu 2 1. Organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom jibgħatu l-applikazzjoni għar-rikonoxximent speċifiku lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi nominati mill-Istati Membri, flimkien ma' l-istrument li jikkostitwihom u l-informazzjoni speċifikata fit-Taqsima A ta' l-Anness II. 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw l-akkuratezza ta' l-informazzjoni mibgħuta, billi jeżaminaw id-dokumenti u jwettqu spezzjonijiet fuq il-post. Fil-każi ta' dubju, għandhom iwettqu verifiki oħra biex jiżguraw li l-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 1 huma mħarsa. 3. Rikonoxximent speċifiku għandu jingħata fi żmien 90 jum minn meta tiġi riċevuta l-applikazzjoni, bla ħsara għal xi żmien addizzjonali meħtieġ għall-investigazzjonijiet supplimentari. Artikolu 3 1. Il-volum minimu ta' banana li jista' jitqiegħed fis-suq u n-numru minimu ta' membri li l-organizzazzjonijiet ta' produtturi għandu jkollhom skond l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 404/93 għandu jkun kif imniżżel fl-Anness I. 2. Għall-għanijiet tal-paragrafu 1, il-produzzjoni li għandu jittieħed kont tagħha għandha tkun il-produzzjoni ta' banana medja mqiegħda fis-suq mill-produtturi li jkunu jagħmlu sehem mill-organizzazzjoni li tkun qed tapplika għar-rikonoxximent matul it-tliet snin tas-suq qabel dak ir-rikonoxximent. Iżda, meta żona ta' produzzjoni turi tnaqqis fil-produzzjoni minħabba eċċezzjonijiet fil-kondizzjonijiet tat-temp matul il-perijodu li għalih jirreferi l-ewwel subparagrafu, il-volum ta' produzzjoni f'sena waħda tas-suq jew aktar qabel it-temp eċċezzjonali tista' tiġi kkunsidrata. Artikolu 4 Il-mezzi meħtieġa mqiegħda għad-disposizzjoni tal-membri produtturi jew miżmuma mill-organizzazzjoni ta' produtturi biex jintlaħqu l-għanijiet li għalihom jirreferi l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 404/93 għandhom jinkludu ta' l-anqas faċilitajiet għal: - għażla, għażla skond id-daqs u tħejjija għas-suq, b'kapaċità addattata għall-volum ta' produzzjoni tal-banana mwassla mill-membri, - l-amministrazzjoni ta' attività teknika u kummerċjali, - żamma ta' kotba ċentralizzati. Artikolu 5 Għad-dħul ta' membri ġodda, ir-regoli ta' assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom jinkludu l-ħtiġiet li ġejjin: (a) sħubija ġdida għandha jkollha effett mill-bidu tas-sena tas-suq biss; (b) membri ġodda għandhom jiġu aċċettati fuq il-bażi tal-kapaċità attwali u mbassra ta' l-organizzazzjoni; (ċ) kull membru għandu jintrabat li jagħmel sehem mill-organizzazzjoni ta' produtturi għal ta' l-anqas tliet snin, u għandu jagħti avviż bil-miktub ta' 12-il xahar qabel ir-riżenja. Iżda fil-każ ta' l-organizzazzjonijiet ta' produtturi li kellhom l-għarfien qabel l-1 ta' Jannar 1995, il-perjodu minimu għandu jkun ta' sentejn; (d) kull membru għandu jintrabat li jħares l-obbligazzjonijiet kollha mposti mill-organizzazzjoni ta' produtturi. Artikolu 6 1. Ir-regoli mniżżla mill-organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-banana skond l-Artikolu 5(1)(d) tar-Regolament (KEE) Nru 404/93 għandhom ta' l-anqas jipprovdu dan li ġej: (a) biex tiġi stabbilita l-produzzjoni, il-produtturi għandhom jibgħatu dikjarazzjonijiet taż-żoni miżrugħa, volum stmat ta' ħsad, u kwantitajiet attwalment maħsuda; (b) fir-rigward tal-produzzjoni, id-definizzjoni, fuq il-bażi ta' l-istrateġija tat-tqegħid fis-suq u s-swieq, tat-tipi differenti ta' banana li għandhom jitkabbru, konvertiti jew imnaddfa mill-għeruq, it-teknika kulturali li għandha tintuża u ż-żmien tal-ħsad; (ċ) fir-rigward tat-tqegħid fis-suq, il-kriterji minimi tal-kwalità, daqs, ippakkjar, preżentazzjoni u mmarkar. 2. L-organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom jagħtu pariri u jgħinu lill-membri tagħhom biex jiżguraw applikazzjoni xierqa tar-regoli li jadottaw. Għandhom jippenalizzaw in-non-konformità bil-mod kif jixraq. Artikolu 7 1. Mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu ta' kull sena, u għall-ewwel darba sa l-1 ta' Marzu 1995, l-organizzazzjonijiet ta' produtturi għandhom jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali it-tagħrif li għalih jirreferi l-Anness II. L-Istati Membri għandhom, fejn jidhrilhom xieraq, jadottaw regoli addizzjonali dwar il-punti fit-Taqsima B ta'l-Anness II. 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Mejju ta' kull sena, u għall-ewwel darba sal-1 ta' Mejju 1995, lista ta' l-organizzazzjonijiet ta' produtturi tal-banana li għandhom rikonoxximent fit-territorju tagħhom u rikonoxximent speċifiku fit-Taqsima A ta' l-Anness II għal kull organizzazzjoni ta' produtturi. 3. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi, b'kollaborazzjoni ma' l-Istati Membri konċernati, għal komunikazzjoni elettronika tat-tagħrif kollu jew parti minnu li għalih jirreferi l-Anness II. Artikolu 8 L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw il-konformità tat-twaqqif u x-xogħol ta' l-organizzazzjoniijiet ta' produtturi u l-akkuratezza tat-tagħrif li għalih jirreferi l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 404/93 u l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament. Kull organizzazzjoni ta' produtturi għandha ssirilha spezzjoni fuq il-post ta' l-anqas darba kull tliet snin. Artikolu 9 L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirtiraw ir-rikonoxximent, meta jsibu, skond il-każ, illi: - l-obbligazzjonijiet imposti mir-regoli tal-Komunità ma ġewx imwettqa, - it-tagħrif li għalih jirreferi l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 404/93 u l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament kien miżmum intenzjonalment jew iffalsifikat bil-ħsieb ta' frodi. Artikolu 10 Għajnuna sabiex jiġi mħajjar it-twaqqif u l-għajnuna fl-operazzjoni ta' amministrazzjoni ta' l-organizzazzjonijiet ta' produtturi, kif riferut fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 404/93, m'għandhiex tingħata lill-organizzazzjonijiet ta' produtturi li jkunu rċevew l-għajnuna li għaliha jipprovdi l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 1360/78. Artikolu 11 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum li jiġi wara dak li fih jiġi ppublikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' April 1994. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 47, tal-25.2.1993, pġ. 1. [2] ĠU L 320, tat-22.12.1993, pġ. 15. [3] ĠU L 166, tat-23.6.1978, pġ. 1. [4] ĠU L 338, tal-31.12.1993, pġ. 26. -------------------------------------------------- ANNESS I Ir-reġjun tal-produzzjoni fil-komunità | Numru minimu ta' membri | Volum minimu tal-produzzjoni tal-banana tajba għas-suq (f' tunnellati) | Spanja (Gżejjer Kanarji) | 25 | 5000 | Franza | | | —Guadeloupe | 100 | 30000 | —Martinique | 100 | 30000 | Greċja (Kreta u Lakonia) | 4 | 40 | Portugall (Madeira, l-Azores and Algarve) | 5 | 10 | -------------------------------------------------- ANNESS II TAGĦRIF DWAR L-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUTTURI TAL-BANANA, B'RIFERENZA GĦAL ARTIKOLU 5 +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------