20.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 309/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 95/2008

tas-26 ta’ Settembru 2008

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 42/2008 tal-25 ta’ April 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 688/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 li jemenda l-Annessi III u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-monitoraġġ tal-enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu u materjal tal-annimali bovini ta’ riskju speċifiku fl-Iżvezja (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 722/2007 tal-25 ta’ Ġunju 2007 li jemenda l-Annessi II, V, VI, VIII, IX u XI tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 727/2007 tas-26 ta’ Ġunju 2007 li jemenda l-Annessi I, III, VII u X tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2007 tad-29 ta’ Ottubru 2007 li jemenda l-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/667/KE tal-15 ta’ Ottubru 2007 li tawtorizza l-użu tal-annimali bovini ta’ riskju sa tmiem il-ħajja produttiva tagħhom fil-Ġermanja wara konferma uffiċjali tal-preżenza tal-BSE (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(7)

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-Iżlanda bil-perjodu tranżitorju speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Parti Introduttorja tal-Kapitolu 1 tal-Anness I.

(8)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kapitolu I ta’ Anness I għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 12 (ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill) fil-Parti 7.1:

“—

32006 R 0688: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 688/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 (ĠU L 120, 5.5.2006, p. 10),

—

32007 R 0722: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 722/2007 tal-25 ta’ Ġunju 2007 (ĠU L 164, 26.6.2007, p. 7),

—

32007 R 0727: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 727/2007 tal-26 ta’ Ġunju 2007 (ĠU L 165, 27.6.2007, p. 8),

—

32007 R 1275: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2007 tad-29 ta’ Ottubru 2007 (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 8).”

(2)

It-test tal-adattament A li ġej għandu jiżdied fil-punt 12 (ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill) fil-Parti 7.1:

“Fl-Anness III, Kapitolu A, Parti I, għandu jiżdied dan li ġej:

2.3.

In-Norveġja tista’ tiddeċiedi li teżamina biss kampjun każwali billi wieħed jidderoga mill-punt 2.2 u għal dak li għandu x’jaqsam ma’ annimali bovini li twieldu, kienu mrobbija u maqtula fit-territorju tagħha. Il-kampjun għandu jikkonsisti minn tal-anqas 10 000 annimali fis-sena.”

(3)

L-inċiż li ġej tal-adattament C fil-punt 12 (ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill) fil-Parti 7.1 għandu jitħassar:

(4)

Taħt l-intestatura “ATTI LI L-ISTATI TAL-EFTA U L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA GĦANDHOM IQISU KIF DOVUT” , il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 41 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/411/KE) fil-Parti 7.2:

“41a.

32007 D 0667: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/667/KE tal-15 ta’ Ottubru 2007 li tawtorizza l-użu tal-annimali bovini ta’ riskju sa tmiem il-ħajja produttiva tagħhom fil-Ġermanja wara konferma uffiċjali tal-preżenza tal-BSE (ĠU L 271, 16.10.2007, p. 16).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti tal-Kummisjoni (KE) Nri 688/2006, 722/2007, 727/2007 u 1275/2007 u d-Deċiżjoni 2007/667/KE, fl-ilsien Islandiz u l-ilsien Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)   ĠU L 223, 21.8.2008, p. 33.

(2)   ĠU L 120, 5.5.2006, p. 10.

(3)   ĠU L 164, 26.6.2007, p. 7.

(4)   ĠU L 165, 27.6.2007, p. 8.

(5)   ĠU L 284, 30.10.2007, p. 8.

(6)   ĠU L 271, 16.10.2007, p. 16.

(*1)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.