19.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 304/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 103/2009

tal-25 ta’ Settembru 2009

li temenda l-Anness XXI (Statistiki) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 89/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiki ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu f’ċerti żoni li m’humiex fl-Atlantiku tat-Tramuntana (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 217/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta1-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni tal-istatistika tal-qabda u tal-attività mill-Istati Membri li jistadu fil-Majjistral tal-Atlantiku (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiki ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 216/2009 jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/95 (5), li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentament għandu jiġi rrevokat taħt il-Ftehim.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 217/2009 jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2018/93 (6), li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentament għandu jiġi rrevokat taħt il-Ftehim.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3880/91 (7), li hu inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentament għandu jiġi rrevokat taħt il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-test tal-punt 25a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3880/91) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“ 32009 R 0218: Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiki ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).”

(2)

It-test tal-punt 25b (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2018/93) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“ 32009 R 0217: Ir-Regolament (KE) Nru 217/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiki ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-Majjistral tal-Atlantiku (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 42).”

(3)

It-test tal-punt 25c (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/95) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“ 32009 R 0216: Ir-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta’ statistiki ta’ qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu f’ċerti żoni li m’humiex fl-Atlantiku tat-Tramuntana (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 216/2009, (KE) Nru 217/2009 u (KE) Nru 218/2009 fil-lingwa Iżlandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Settembru 2009, sakemm in-notifikazzjonijiet kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Oda Helen SLETNES


(1)   ĠU L 277, 22.10.2009, p. 41.

(2)   ĠU L 87, 31.3.2009, p. 1.

(3)   ĠU L 87, 31.3.2009, p. 42.

(4)   ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70.

(5)   ĠU L 270, 13.11.1995, p. 1.

(6)   ĠU L 186, 28.7.1993, p. 1.

(7)   ĠU L 365, 31.12.1991, p. 1.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.