21.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 29/2012

tal-10 ta’ Frar 2012

li temenda l-Anness XX (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX ta’ mal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 158/2011 tat-2 ta’ Diċembru 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/728/UE tad-29 ta’ Novembru 2010 li tistabbilixxi kwestjonarju li għandu jintuża għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (IPPC) (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni 2010/728/UE tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/194/KE (3) li hija inkorporata fil-Ftehim, u li konsegwentament għandha titħassar mill-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test fil-punt 1fc (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/194/KE) tal-Anness XX ta’ mal-Ftehim jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“ 32010 D 0728: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/728/UE tad-29 ta’ Novembru 2010 li tistabbilixxi kwestjonarju li għandu jintuża għar-rappurtar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (IPPC) (ĠU L 313, 30.11.2010, p. 13).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2010/728/UE bil-lingwa Islandiża u b’dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ ma’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2012, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Nru 28/2012 tal-10 ta’ Frar 2012 (4), tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, skont liema data minnhom tkun l-iktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ miegħu.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2012.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 76, 15.3.2012, p. 45.

(2)   ĠU L 313, 30.11.2010, p. 13.

(3)   ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 365–377.

(*1)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.

(4)  Ara paġna 34 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.