31973R0501



Official Journal L 049 , 22/02/1973 P. 0018 - 0019
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0097
Greek special edition: Chapter 03 Volume 9 P. 0046
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0097
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 6 P. 0207
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 6 P. 0207


IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 501/73 TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta' Frar 1973

li jemenda r-Regolament Nru 283/67/KEE dwar regoli dettaljati sabiex jiġi applikat l-ammont ta' kumpens applikabbli għall-importazzjoni ta' ċerti żjut veġetali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE[1] tat-22 ta' Settembru 1966 dwar it-twaqqif ta' organizzazzjoni komuni fis-suq ta' żjut u xaħmijiet, kif l-aħħar emendat mill-Att[2] anness mat-Trattat[3] li jikkonċerna s-sħubija ta' Stati Membri ġodda fil-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, iffirmat fi Brussell fit-22 ta' Jannar 1972;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 143/67 KEE[4] tal-21 ta' Ġunju 1967 dwar l-ammont ta' kumpens applikabbli għal importazzjonijiet ta' ċerti żjut veġetali, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2077/71[5], u partikolarment Artikolu 7 miġjub fih;

Billi r-Regolament Nru 143/67/KEE ġie emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2077/71 sabiex jestendi l-iskop tiegħu lejn żejt taż-żebbuġa irfinut; billi, għalhekk, huwa xieraq, bil-ħsieb ta' l-istess għan, li jiġi aġġustat ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 283/67/KEE[6] tal-11 ta' Lulju 1967 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-ammont ta' kumpens applikabbli għal importazzjonijiet ta' ċerti żjut veġetali;

Billi l-miżuri provvduti f'dan ir-Regolament huma b'mod konformi ma' l-Opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taż-Żjut u x-Xaħmijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Artikolu 1 tar-Regolament Nru 283/67/KE huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 1

Il-prezzijiet għaż-żjut, prodotti li minnhom jinkisbu u prodotti oħra miksuba mill-proċessar riferit f'Artikolu 1 tar-Regolament Nru 143/67/KEE għandhom jiġu stabbiliti, fuq il-bażi ta' offerti attwali magħmula għal prodott, frank abbord (fob) jew ex-fruntiera tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-pajjiż ta' esportazzjoni ta' żjut msemmija.

Jekk dawn l-offerti ma jsirux frank abbord (fob) jew ex-fruntiera għandhom isiru l-aġġustamenti meħtieġa."

Artikolu 2

Artikolu 2 tar-Regolament Nru 283/67/KEE huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 2

Jekk ma ssir l-ebda offerta fil-pajjiżi konċernati għal prodotti li minnhom jinkisbu ż-żjut ta' importazzjoni jew għal prodotti oħra miksuba minn proċessar, l-offerti li jridu jitqiesu għandhom ikunu l-offerti l-aktar favorevoli magħmula fuq is-suq dinji, kalkolati skond iċ-ċikostanzi p.a.t Rotterdam jew p.a.t Imperia, frank abbord (fob) aġġustat jew ex-fruntiera tal-pajjiż ta' l-oriġini jew tal-pajjiż ta' esportazzjoni."

Artikolu 3

Artikolu 4 tar-Regolament Nru 283/67/KEE huwa mibdul b'dan li ġej:

"Artikolu 4

1. Għall-għanijiet tal-kalkolu tal-proporzjon riferit f'Artikolu 1(b) tar-Regolament Nru 143/67/KEE, il-ġbir li jrid jitqies għandhom ikunu dawk li jinsabu fil-pajjiż ta' esportazzjoni jew fil-pajjiż tal-oriġini. Jekk ikun impossibbli li jinkiseb tagħrif preċiż biżżejjed fuq dan il-ġbir, jistgħu jiġu stmati fuq il-bażi ta' ġbir medju magħruf għal dawn il-prodotti.

2. Għall-għanijiet ta' kalkolu tal-proporzjon riferit f' paragrafu 1 bejn żejt irfinut jew żjut mill-fdalijiet taż-żebbuġa irfinuti minn banda waħda u, rispettivament, verġni lampanti jew żjut mill-fdalijiet taż-żebbuġa mill-banda l-oħra il-formuli ġenerali li ġejjin għandhom jgħoddu:

(a) verġni lampanti proċessat f' żejt taż-żebbuġa irfinut:

2 (a - 1) + 2;

(b) huma żjut mill-fdalijit taż-żebbuġa proċessati fi żjut mill-fdalijiet taż-żebbuġa irfinuti:

2a + 2.

F' dawn il-formuli "a" tirrappreżenta l-kontenut aċidiku f'verġni lampanti jew fi żjut mill-fdalijiet taż-żebbuġa irfinuti.

3. Jekk iż-żejt offrut ikun żejt taż-żebbuġa pur jew żejt mill-fdaliijiet taż-żebbuġa irfinut miż-żebbuġ, meta jiġi stabbilit l-proporzjoni riferit fil-paragrafu 1 għandha titqies it-taħlita medja li ġejja:

(a) fil-każ ta' żejt taż-żebbuġa pur:

- 18 % żejt verġni taż-żebbuġa,

- 82 % żejt taż-żebbuġa irfinut,

(b) fil-każ ta' żejt mill-fdalijiet taż-żebbuġa irfinut miż-żebbuġa:

- 18 % żejt verġni taż-żebbuġa,

- 82 % żjut mill-fdalijiet taż-żebbuġa irfinuti.

Il-kwalità ta' żejt verġni taż-żebbuġa li trid titqies hija l-kwalità l-aktar valida użata f'taħlitiet fil-pajjiż tal-oriġini jew fil-pajjiż ta' l-esportazzjoni."

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fl-20 ta' Frar 1973.

Għall-Kummissjoni

Il-President

François-Xavier ORTOLI

Proofread by Stephen Zammit

[1] ĠU Ċ 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66.

[2] ĠU L 73, tas-27.3.1972, p. 14.

[3] ĠU L 73, tas-27.3.1972, p. 5.

[4] ĠU Ċ 125, tas-26.6.1967, p. 2463/67.

[5] ĠU L 220, tat-30.9.1971, p. 1.

[6] ĠU Ċ 151, tat-13.7.1967, p. 5.