Brussell, 18.8.2022

COM(2022) 397 final

ANNESS

tal-

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emenda tal-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżwali u soċjetà tal-informatika) u l-Protokoll 37 (Li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) għall-Ftehim ŻEE


ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru [...]

ta’ [...]

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informatika) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi l-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju u li tħassar id-Deċiżjoni 2002/622/KE 1 għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2019 tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE 2 , li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE.

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XI u l-Protokoll 37 tal-Ftehim ŻEE jiġu emendati skont dan,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 5ch (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE) tal-Anness XI tal-Ftehim ŻEE huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘32019 D 0612(01): Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2019 li twaqqaf il-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju u li tħassar id-Deċiżjoni 2002/622/KE (ĠU C 196, 12.6.2019, p. 16).

Il-modalitajiet għall-assoċjazzjoni tal-Istati tal-EFTA skont l-Artikolu 101 ta’ dan il-Ftehim:

L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fil-Grupp għall-Politika dwar l-Ispettru tar-Radju u fi ħdanu għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-UE, ħlief għad-dritt tal-vot.”

Artikolu 2

Fil-punt 16 tal-Protokoll 37, il-kliem “id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/622/KE” jinbidel bil-kliem “id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-11 ta’ Ġunju 2019”.

Artikolu 3

It-test tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2019 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi[…], bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE 3*.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, […].

   Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

   Il-President

   […]

   Is-Segretarji

   Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

   […]

(1)    ĠU C 196, 12.6.2019, p. 16. 
(2)    ĠU L 198, 27.7.2002, p. 49.
(3) *    [Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]