European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/5941

6.11.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12470 – SUN PHARMA / ORGANON)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/5941)

1.   

Fit-28 ta’ Ottubru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Sun Pharma America, Inc. (L-Istati Uniti), ikkontrollata minn Sun Pharmaceutical Industries Limited (flimkien mal-kumpaniji tal-grupp tagħha “Sun Pharma”, l-Indja),

—

Organon & Co. (“Organon”, l-Istati Uniti).

Sun Pharma se takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll eskużiv tat-totalità ta’ Organon.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Sun Pharma hija kumpanija ta’ ġeneriċi speċjalizzata elenkata fin-National Stock Exchange of India u BSE Limited. Il-portafoll tagħha jkopri l-kardjoloġija, il-psikjatrija, in-newroloġija, il-gastroenteroloġija, u d-dermatoloġija u jinkludi (i) ġeneriċi u ġeneriċi tad-ditta, (ii) prodotti speċjalizzati & kumplessi, (iii) OTC, (iv) antiretrovirali u (v) ingredjenti farmaċewtiċi attivi. Sun Pharma għandha wkoll taqsima tal-mediċini innovattivi. Sun Pharma hija preżenti f’aktar minn 100 pajjiż, b’faċilitajiet ta’ manifattura f’ħames kontinenti,

—

Organon, elenkata fil-Borża ta’ New York, hija kumpanija globali tal-kura tas-saħħa ffukata primarjament fuq is-saħħa tan-nisa u l-bijosimili, li tipprovdi soluzzjonijiet permezz ta’ terapiji bir-riċetta u apparat mediku. Il-portafoll ta’ Organon jinkludi ‘l fuq minn 70 prodott, iffukat fuq tliet pilastri ewlenin: is-saħħa tan-nisa (inklużi l-kontraċezzjoni u l-fertilità), il-bijosimili (immunoloġija u onkoloġija), u ditti stabbiliti (primarjament prodotti oriġinaturi li skaditilhom il-privattiva f’oqsma terapewtiċi bħal dawk kardjovaskulari, respiratorji u dermatoloġija). Organon hija preżenti f’140 pajjiż, b’sitt faċilitajiet ta’ manifattura madwar id-dinja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12470 — SUN PHARMA / ORGANON

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5941/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)