Official Journal L 249 , 10/11/1971 P. 0031 - 0031
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2391/71 tat-8 ta' Novembru 1971 dwar l-applikazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' assoċjazzjoni nru 1/69li tirrigwarda t-twaqqif tal-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva fis-settur doganali għall-applikazzjoni tal-ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tal-Marokk IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidra l-ftehim li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi kien ġie ffirmat ftehim fil-31 ta' Marzu 1969 bejn il-Komunità' Ekonomika Ewropea u r-Renju tal-Marokk [1] u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 1969; Billi skond kif stabbilit fl-Artikolu 16, paragrafu 2, tal-Protokoll li jirrigwarda d-definizzjoni tas-sens ta' "oġġetti oriġinarji" u għall-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva, li tifforma parti integrali mill-ftehim imsemmi hawn fuq, fis-26 ta' Settembru 1969 il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fformula ir-rakkomandazzjoni nru 1/69 li tirrigwarda t-twaqqif tal-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva fis-settur doganali dwar l-applikazzjoni tal-ftehim: filwaqt li tiġi kkunsidrata l-ħtieġa li jkunu applikati fil-KKomunità d-disposizzjonijiet li hemm previsti fir-rakkomandazzjoni msemmija hawn fuq. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Għal dak li jirrigwarda l-metodi ta' koperazzjoni amministrattiva fis-settur doganali dwar l-applikazzjoni tal-ftehim li joħloq għaqda bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tal-Marokk, jiġu applikati d-disposizzjonijiet stipulati fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni nru 1/69, tas-26 ta' Settembru 1969, annessa ma' dan ir-regolament. Artikolu 2 Dan ir-regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewopej, Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, illum it-8 ta' Novembru 1971. Għall-Kunsill Il-President A. Moro [1] ĠU L 197 tat-8 ta' Awissu 1969, pġ.1 u 88. --------------------------------------------------