<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-25/11</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62011CJ0025</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:94">EU:C:2012:94</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20120216">16.2.2012</DATE> — KAWŻA C-25/11</P><P>VARZIM SOL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Sitt Direttiva tal-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 17 (2) u (5), u Artikolu 19</KEYWORD><KEYWORD><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Sussidji<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> użati għax-xiri ta’ oġġetti u servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Limitazzjoni tad-dritt għal tnaqqis</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-25/11,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall), permezz tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20101110">10 ta’ Novembru 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20110117">17 ta’ Jannar 2011</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Varzim Sol — Turismo, Jogo e Animação SA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Fazenda Pública,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, President tal-Awla, L. Bay Larsen (Relatur) u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Varzim Sol — Turismo, Jogo e Animação SA, minn A Jacinto u M. Brás, avukati</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Lozano Palacios u P. Guerra e Andrade, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 17(2) u (5) u l-Artikolu 19 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Varzim Sol — Turismo, Jogo e Animação SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Varzim Sol<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u l-Fazenda Pública, dwar avviż ta’ ħlas supplimentari tat-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u dwar interessi moratorji għas-snin 2002 sa 2004.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tas-Sitt Direttiva jissuġġetta għall-VAT <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>il-provvista ta’ oġġetti u servizzi magħmula bi ħlas fit-territorju tal-pajjiż minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> u l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>importazzjoni ta’ oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 A paragrafu 1(a) tal-imsemmija direttiva jgħid dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="011A"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>A. Fit-territorju tal-pajjiż</TI.ART><PARAG IDENTIFIER="011A.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-ammont taxxabbli għandu jkun:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fir-rigward ta’ provvisti ta’ oġġetti u servizzi barra dawk msemmija f’(b), (ċ) u (d) isfel, dak kollox li jikkostitwixxi l-konsiderazzjoni li kien jew irid jinkiseb mill-fornitur mix-xerrej, il-klijenti jew it-tielet parti għal dawn il-provvisti inklużi s-sussidji marbuta direttament mal-prezz tat-tali provvisti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></ARTICLE></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva, li jsemmi l-oriġini u l-iskop tad-dritt għal tnaqqis, jistipula, fil-paragrafi (2) u (5) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sa kemm l-oġġetti u s-servizzi huma użati għall-iskopijiet fuq it-transazzjoni taxxabbli tiegħu, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata biex tnaqqas mit-taxxa li hi responsabbli biex tħallas:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>taxxa fuq il-valur [VAT] miżjud dovuta jew mħallsa fir-rigward ta’ oġġetti jew servizzi pprovduti jew li għandhom ikunu pprovduti lilu minn persuna taxxabbli oħra;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>taxxa fuq il-valur [VAT] miżjud dovuta jew imħallsa fir-rigward ta’ oġġetti importati;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>taxxa fuq il-valur miżjud [VAT] taħt l-Artikoli 5(7)(a) u 6 (3).</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fir-rigward ta’ oġġetti u servizzi li għandhom ikunu wżati minn persuna taxxabbli kemm għal transazzjonijiet koperti b’paragrafi 2 u 3, fir-rigward ta’ li t-taxxa fuq il-valur miżjud titnaqqas, u għal transazzjonijiet fir-rigward ta’ li t-taxxa fuq il-valur miżjud ma titnaqqasx, it-tali proporzjon biss tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandu jkun imnaqqas kif hu attribwit għat-transazzjonijiet ta’ qabel.</P><P>Dan il-proporzjon għandu jkun determinat, b’mod konformi mal-Artikolu 19, għat-transazzjonijiet kollha mwettqa minn persuna taxxabbli.</P><?PAGE NO="3"?><P>Madanakollu, l-Istati Membri jistgħu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jawtorizzaw lill-persuna taxxabbli biex tistabbilixxi proporzjon għal kull settur tan-negozju tiegħu, sakemm kontijiet separati huma miżmuma għal kull settur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>iġiegħlu ’l-persuna taxxabbli biex tiddetermina proporzjon għal kull settur tan-negozju tiegħu u żżomm kontijiet separati għal kull settur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>jawtorizzaw jew iġiegħlu l-persuna taxxabbli biex tagħmel it-tnaqqis fuq il-bażi ta’ l-użu ta’ kollha jew parti mill-oġġetti u s-servizzi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>jawtorizzaw lill-persuna taxxabbli mġiegħla tagħmel it-tnaqqis b’mod konformi mar-regola stabbilita fl-ewwel sub-paragrafu, fir-rigward ta’ l-oġġetti u s-servizzi kollha użati għal transazzjonijiet msemmija hemmhekk;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>jipprovdu li fejn it-taxxa fuq il-valur miżjud li m’hix imnaqqsa mill-persuna taxxabbli hi insinifikanti, hi għandha tkun trattata bħala xejn.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 19 tal-imsemmija direttiva, li jistabbilixxi regoli applikabbli għall-kalkolu tal-proporzjon li jista’ jitnaqqas, fl-ewwel paragrafu tiegħu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Il-proporzjon imnaqqas taħt l-ewwel sub-paragrafu tal-Artikolu 17(5) għandu jkun magħmul minn frazzjoni li jkollha:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>bħala numeratur, l-ammont totali, esklussiv mit-taxxa fuq il-valur miżjud [VAT], tal-bejgħ kull sena attribwit għat-transazzjonijet li fuqhom it-taxxa fuq il-valur miżjud titnaqqas taħt l-Artikolu 17(2) u (3),</P></ITEM><ITEM><P>bħala denominatur, l-ammont totali, esklussiv tat-taxxa fuq il-valur miżjud [VAT], tal-bejgħ kull sena attribwit lit-transazzjonijiet inklużi fin-numeratur u lit-transazzjonijiet fir-rigward ta’ li t-taxxa fuq il-valur miżjud mhux imnaqqas. L-Istati Membri jistgħu ukoll jinkludu fid-denominatur l-ammont ta’ sussidji, għajr dawk speċifikati fl-Artikolu 11 A(1)(a).</P></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Il-proporzjon għandu jkun stabbilit fuq bażi annwali, iffissat bħala persentaġġ u magħmul figura sħiħa li ma teċċedix il-numru li jmiss.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 tal-kodiċi dwar il-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta, fl-eżerċizzju tal-attività tagħha, il-persuna taxxabbli twettaq kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi, li parti minnhom ma tkunx eliġibbli għad-dritt għal tnaqqis, it-taxxa mħallsa fuq ix-xiri għandha titnaqqas biss għal dik il-perċentwali li tikkorrispondi għall-ammont annwali ta’ tranżazzjonijiet eliġibbli għad-dritt għal tnaqqis.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti, il-persuna taxxabbli tista’ twettaq it-tnaqqis skont l-allokazzjoni reali tal-oġġetti u tas-servizzi użati kollha jew ta’ parti minnhom, bil-kundizzjoni li d-direttorat ġenerali tat-taxxi diretti u indiretti jiġi informat minn qabel, bla ħsara għall-possibbiltà li dan tal-aħħar jimponi fuqha kundizzjonijiet speċjali jew li jwaqqaf din il-proċedura fil-każ li jiġu kkonstatati distorsjonijiet sinjifikattivi fit-tassazzjoni.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="023.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-amministrazzjoni fiskali tista’ tobbliga lill-persuna taxxabbli ssegwi l-proċeduri skont il-paragrafu preċedenti:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>meta l-persuna taxxabbli teżerċita attivitajiet ekonomiċi distinti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>meta l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 twassal għal distorsjonijiet sinjifikattivi fit-tassazzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Il-perċentwali ta’ tnaqqis speċifika msemmija fil-paragrafu 1 tirriżulta minn frazzjoni komposta minn, bħala numeratur, l-ammont annwali, bl-esklużjoni tat-taxxa, tal-kunsinni ta’ oġġetti u ta’ provvisti ta’ servizzi li huma eliġibbli għad-dritt għal tnaqqis taħt l-Artikoli 19 u 20(1), u, bħala denominatur, l-ammont annwali, bl-esklużjoni tat-taxxa, tat-transazzjonijiet kollha mwettqa mill-persuna taxxabbli, inklużi t-transazzjonijiet eżenti minn jew li ma humiex suġġetti għat-taxxa, b’mod partikolari s-sussidji li ma humiex suġġetti għat-taxxa li ma jinkludux is-sussidji għal apparat.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-kumpanniji li jibbenefikaw minn konċessjoni għall-operat tal-logħob tal-ażżard f’żona tal-logħob huma suġġetti b’mod partikolari għad-dispożizzjonijiet tad-Digriet-Liġi Nru 422/89, tat-<DATE ISO="19891202">2 ta’ Diċembru 1989</DATE>, kif emendata. L-Artikolu 16 ta’ dan id-Digriet-Liġi jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bla ħsara għall-obbligi l-oħra msemmija f’dan it-test, fil-leġiżlazzjoni komplementari u fil-kuntratti ta’ konċessjoni rispettivi, il-kumpanniji konċessjonarji għandhom jimpenjaw ruħhom sabiex:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jorganizzaw b’mod regolari, fil-post fejn jinsab il-casino maħsub għal dan il-għan, programmi ta’ animazzjoni ta’ livell artistiku tajjeb;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>jirreklamaw u jorganizzaw manifestazzjonijiet turistiċi, kulturali u sportivi, jipparteċipaw fl-inizjattivi uffiċjali tal-istess natura, intiżi li jiffavorixxu t-turiżmu fiż-żona tal-logħob ikkonċernata u sabiex isostnu jew jippromwovu ż-żona tal-logħob barra mill-pajjiż […].</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="016.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-obbligi tagħhom previsti fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu ta’ hawn fuq, il-konċessjonarji għandhom jikkontribwixxu ammont li jikkorrispondi għal mhux inqas minn 3 % tad-dħul gross fuq il-logħob li jitwettaq fis-sena ta’ qabel jew, fil-każ tal-ewwel sena tal-konċessjonijiet, tas-sena inkwistjoni u, f’kull każ, is-somma li tiġi kkontribwita fir-rigward tal-imsemmija obbligi għandha tkun ta’ mhux inqas minn 1 % ta’ dan id-dħul.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Is-sistema kuntrattwali ta’ konċessjonijiet għall-operat tal-logħob tal-ażżard fiż-żoni tal-logħob ġiet emendata bid-Digriet-Liġi Nru 275/2001 tas-<DATE ISO="20011017">17 ta’ Ottubru 2001</DATE>. L-Artikolu 2(4) ta’ dan id-Digriet-Liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-korrispettivi annwali li magħhom jibqgħu marbuta l-konċessjonarji taż-żoni tal-logħob tal-Algarve, ta’ Espinho, ta’ Estoril u ta’ Póvoa de Varzim ma jistgħux ikunu inqas mill-valuri indikati fit-tabella li tinsab fl-anness […]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-imsemmi Digriet-Liġi, li jirrigwarda t-tnaqqis tal-ispejjeż fil-qasam tal-animazzjoni u tal-promozzjoni turistika, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-korrispettivi annwali tal-operat, li l-kumpanniji konċessjonarji huma marbuta li jikkontribwixxu […], it-tnaqqis, sa 1 % tad-dħul gross fuq il-logħob, isir fuq l-ispejjeż tal-eżekuzzjoni tal-obbligi previsti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 16(1) tad-Digriet-Liġi Nru 422/89 […], spejjeż li għandhom ikunu mhux inqas minn 3 % tad-dħul gross fuq il-logħob.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ li l-imsemmija spejjeż, flimkien mal-ispejjeż netti tal-animazzjoni u tar-ristorazzjoni, jaqbżu t-3 % tad-dħul gross fuq il-logħob, il-konċessjonarji […] għandhom id-dritt li jnaqqsu, barra minn hekk, 50 % tal-ispejjeż li jeċċedu l-imsemmi ammont minimu […], dan it-tnaqqis supplimentari għandi jkun ta’ mhux iktar minn 3 % tad-dħul gross fuq il-logħob.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Dan l-aħħar tnaqqis jista’ jsir biss fir-rigward ta’ u fi ħdan il-limitu ta’ 25 % taż-żieda fid-dħul gross fuq il-logħob ta’ kull sena finanzjarja, fil-każ taż-żoni tal-logħob ta’ Póvoa de Varzim […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-regoli b’hekk stabbiliti fir-rigward tat-tnaqqis tal-ispejjeż fil-qasam tal-animazzjoni u tal-promozzjoni turistika huma riprodotti fil-kuntratt ta’ konċessjoni għall-operat tal-logħob tal-ażżard fiż-żona permanenti tal-logħob f’Póvoa de Varzim, mogħti lil Varzim Sol.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Varzim Sol topera fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ konċessjoni għall-operat tal-logħob tal-ażżard fiż-żona permanenti ta’ Póvoa de Varzim, konkluż fl-<DATE ISO="20011214">14 ta’ Diċembru 2001</DATE>. Dan il-kuntratt jobbliga lil Varzim Sol torganizza attivitajiet ta’ animazzjoni artistika u kulturali, iżda wkoll li tipparteċipa fil-promozzjoni taż-żona li fiha jinsab il-casino.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Varzim Sol fl-istess ħin timpenja ruħha f’attivitajiet relatati mas-settur tal-logħob, li huma eżentati mill-VAT, fis-setturi tar-ristorazzjoni u tal-animazzjoni, li huma suġġetti għall-VAT, u fis-settur amministrattiv u finanzjarju, bi tnaqqis parziali tal-VAT. Fis-setturi li huma suġġetti għall-VAT, it-tnaqqis tal-VAT imħallsa jsir permezz tal-metodu tal-użu attwali, skont l-Artikolu 23(2) tal-Kodiċi tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ir-regoli applikabbli u l-kuntratt ta’ konċessjoni, Varzim Sol hija marbuta li tħallas lill-Istat Portugiż korrispettiv inizjali, kif ukoll korrispettiv annwali kkalkolat fuq id-dħul mis-settur tal-logħob. Hija awtorizzata tnaqqas minn dan il-korrispettiv annwali parti mill-ispejjeż sostnuti għat-twettiq tal-obbligi tagħha ta’ animazzjoni u ta’ promozzjoni turistika. L-ammont ta’ dan it-tnaqqis jiddependi kemm fuq l-ammont tal-ispejjeż sostnuti kif ukoll fuq id-dħul mill-attività tal-logħob.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Wara spezzjoni mid-dipartiment tat-taxxa, Varzim Sol irċeviet talba għal ħlas addizzjonali għall-ammont ta’ EUR 496 697.14, għas-snin 2002 sa 2004. Dawn il-korrezzjonijiet huma bbażati fuq kontestazzjoni tal-metodu użat minn Varzim Sol għall-kalkolu tal-ammont li għandu jitnaqqas VAT imħallas għas-setturi tar-ristorazzjoni u tal-animazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Fazenda Pública ssostni li t-tnaqqis li sar mill-korrispettiv annwali bħala kumpens tal-ispejjeż li sar minħabba l-animazzjoni u l-promozzjoni għandu jiġi kklassifikat bħala sussidju għall-operat skont l-Artikolu 23(4) tal-Kodiċi tal-VAT. Hija tqis li, sa fejn dan is-sussidju ma huwiex suġġett għall-VAT, l-attivitajiet ta’ ristorazzjoni u ta’ animazzjoni għandhom jiġu ttrattati bħala attivitajiet imħallta. Konsegwentement, it-tnaqqis tal-VAT imħallsa f’dawn is-setturi kellu jsir fuq bażi <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> li tippermetti li jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm dawk l-attivitajiet li huma eżenti kif ukoll dawk li huma taxxabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Varzim Sol ħallset l-ammonti mitluba, iżda ressqet azzjoni legali. Din l-azzjoni ġiet miċħuda mit-Tribunal Administrativo e Fiscal do Porto. Varzim Sol appellat quddiem is-Supremo Tribunal Administrativo.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Varzim Sol issostni li, anki kieku l-ammont imnaqqas kellu jiġi kklassifikat bħala sussidju, li fil-fatt ma huwiex, dan ma għandux jaffettwa t-tnaqqis tal-VAT mill-persuni taxxabbli li, fil-kuntest tal-metodu tal-użu attwali, iwettqu tranżazzjonijiet taxxabbli, u mhux eżenti, bħal dawk ta’ ristorazzjoni u ta’ animazzjoni, li jagħtu d-dritt li titnaqqas it-taxxa.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Sussidjarjament, Varzim Sol issostni li l-argument tal-Fazenda Pública, adottat mit-Tribunal Administrativo e Fiscal do Porto, iwassal għal distorsjoni fil-qasam tat-tnaqqis tal-VAT, bi ksur tas-Sitt Direttiva, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-sentenzi tas-<DATE ISO="20051006">6 ta’ Ottubru 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju ta’ Spanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-204/03" PAGE.ECR="I-8389" YEAR="2005">C-204/03 Ġabra p. I-8389</REF.DOC.ECR>) u Il-Kummissjoni vs Franza (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-243/03" PAGE.ECR="I-8411" YEAR="2005">C-243/03, Ġabra p. I-8411</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li s-Supremo Tribunal Administrativo ddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domandi preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 23 tal-Kodiċi […] tal-VAT huwa kompatibbli mal-Artikoli 17(2) u (5), u 19 tas-Sitt Direttiva […]?;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>[Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda], l-istabbiliment, previst fl-Artikolu 23 iċċitat iktar ’il fuq, ta’ pro rata speċifika ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud [VAT] imħallsa mill-persuni taxxabbli li jwettqu biss tranżazzjonijiet taxxabbli, anki jekk permezz ta’ tassazzjoni effettiva, abbażi tal-eżistenza ta’ sussidji eżenti għal dan is-settur (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>inputs<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>), huwa konformi mal-Artikoli 17(2) u (5), u 19 tas-Sitt Direttiva?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Portugiża tissottometti, preliminarjament, l-inammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għalhekk, għal dak li jirrigwarda l-ewwel domanda, dan l-Istat Membru jinnota li l-għan tagħha huwa li tevalwa l-kompatibbiltà tad-dritt nazzjonali Portugiż, jiġifieri, l-Artikolu 23 tal-Kodiċi tal-VAT, ma’ ċerti regoli tas-sistema komuni tal-VAT.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, fil-kuntest tal-kooperazzjoni ġudizzjarja stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE, tipprovdi lill-qorti nazzjonali, fuq il-bażi tal-atti tal-proċess, l-elementi ta’ interpretazzjoni li hija tqis utli għall-evalwazzjoni tal-effetti tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, l-ebda parti tad-deċiżjoni tar-rinviju ma tagħti, madankollu, indikazzjoni preċiża, anki jekk fil-qosor, tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali Portugiż inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>In-nuqqas ta’ preċiżjoni fl-ewwel domanda jimplika li din għandha titqies li hija talba għal opinjoni ġenerika, li ma tistax tkun ammessa skont l-Artikolu 267 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Dawn il-kunsiderazzjonijiet jgħoddu ukoll, essenzjalment, għat-tieni domanda.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Konsegwentement, in-nuqqasijiet fid-deċiżjoni tar-rinviju ma jippermettux lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta utli u lanqas ma jippermettu lill-Istati Membri u lill-partijiet l-oħra li huma interessati jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom fil-kawża preżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, fl-ewwel lok, li s-sistema ta’ kooperazzjoni stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE hija bbażata fuq separazzjoni ċara tal-funzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-kuntest ta’ proċedura mibdija taħt dan l-artikolu, huma l-qrati tal-Istati Membri, u mhux il-Qorti tal-Ġustizzja, li għandhom jinterpretaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali u ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà ta’ regoli tad-dritt nazzjonali mad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-ġurisdizzjoni li tagħti lill-qorti nazzjonali l-elementi kollha ta’ interpretazzjoni li joħorġu mid-dritt tal-Unjoni li jippermettu lil din il-qorti tevalwa l-kompatibbiltà tar-regoli tad-dritt nazzjonali<?PAGE NO="7"?> mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (sentenzi tas-<DATE ISO="20070306">6 ta’ Marzu 2007</DATE>, Placanica <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-338/04+C-359/04+C-360/04" PAGE.ECR="I-1891" YEAR="2007">C-338/04, C-359/04 u C-360/04, Ġabra p. I-1891</REF.DOC.ECR>, punt 36 kif ukoll tat-<DATE ISO="20090908">8 ta’ Settembru 2009</DATE>, Liga Portuguesa de Futebol Profissional u Bwin International, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-42/07" PAGE.ECR="I-7633" YEAR="2009">C-42/07, Ġabra p. I-7633</REF.DOC.ECR>, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Issa, għalkemm jista’ jkun minnu li t-tifsira litterali tad-domandi magħmula b’titolu preliminari mill-qorti tar-rinviju titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni, ma hemm xejn li jwaqqaf lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tagħti risposta utli lill-qorti tar-rinviju billi tipprovdi lil din tal-aħħar l-elementi għall-interpretazzjoni li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni li jippermettu lil din il-qorti tiddeċiedi hija stess dwar il-kompatibbiltà tad-dritt nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Placanica <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar li ċ-ċaħda mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali hija possibbli biss meta jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew, inkella, meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha punti ta’ fatt u ta’ dritt neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19951215">15 ta’ Diċembru 1995</DATE>, Bosman <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-415/93" PAGE.ECR="I-4921" YEAR="1995">C-415/93, Ġabra p. I-4921</REF.DOC.ECR>, punt 61, kif ukoll tal-<DATE ISO="20110331">31 ta’ Marzu 2011</DATE>, Schröder <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-450/09" PAGE.ECR="I-2497" YEAR="2011">C-450/09, Ġabra, p. I-2497</REF.DOC.ECR>, punt 17.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, b’mod iktar partikolari, l-informazzjoni li għandha tingħata lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ deċiżjoni tar-rinviju, jeħtieġ li jitfakkar li din l-informazzjoni ma sservix biss sabiex tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposti utli lill-qorti tar-rinviju, iżda għandha wkoll tagħti lill-gvernijiet tal-Istati Membri, kif ukoll lill-partijiet l-oħra interessati, il-possibbiltà li jippreżentaw osservazzjonijiet skont l-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Għal dawn il-finijiet huwa neċessarju li l-qorti nazzjonali tiddefinixxi l-kuntest fattwali u leġiżlattiv li fih jidħlu d-domandi li hija tagħmel jew li, għall-inqas, tispjega s-sitwazzjonijiet fattwali li fuqhom dawn id-domandi huma bbażati (ara s-sentenza Schröder, iċċitata iktar ’il fuq, punt 18).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għalhekk, meta l-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju tkun suffiċjenti sabiex tispjega s-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali u l-kwistjonijiet prinċipali tagħha għall-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea, u meta tippermetti kemm lill-Istati Membri jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll li jipparteċipaw b’mod effettiv fil-proċedura quddiem din tal-aħħar, u kemm lill-Qorti tipprovdi risposta utli għall-qorti nazzjonali, it-talba għal deċiżjoni preliminari għandha titqies li hija ammissibbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza, Schröder, iċċitata iktar ’il fuq, punti 19, 21 u 22).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-deċiżjoni tar-rinviju tindika li, fir-rigward tal-attivitajiet ta’ ristorazzjoni u ta’ animazzjoni li ġew organizzati minn Varzim Sol u li huma suġġetti għall-VAT, it-tnaqqis tal-VAT imħallsa jsir permezz tal-metodu tal-użu attwali. Barra minn hekk, għal dak li jirrigwarda l-korrispettiv annwali kkalkolat fuq id-dħul mis-settur tal-logħob, li Varzim Sol hija marbuta tħallas lill-Istat, din tal-aħħar hija awtorizzata tnaqqas parti mill-ispejjeż sostnuti għat-twettiq tal-obbligi ta’ animazzjoni u ta’ promozzjoni turistika. Skont l-amministrazzjoni tat-taxxa, sa fejn dan it-tnaqqis jikkostitwixxi sussidju għall-operat li ma huwiex suġġett għall-VAT, l-attivitajiet ta’ ristorazzjoni u ta’ animazzjoni għandhom jiġu ttrattati bħala attivitajiet mħallta u, konsegwentement, it-tnaqqis tal-VAT imħallsa f’dawn is-setturi għandu jseħħ fuq bażi <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT>, li jippermetti li jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm l-attivitajiet eżenti kif ukoll dawk taxxabbli. Varzim Sol, min-naħa tagħha, issostni li dan l-allegat sussidju ma jistax jaffettwa t-tnaqqis tal-VAT ta’ persuni taxxabbli li, fil-kuntest tal-metodu tal-użu attwali, iwettqu biss tranżazzjonijiet taxxabbli, u mhux eżenti, bħal dawk ta’ ristorazzjoni u ta’ animazzjoni, li jagħtu d-dritt għat tnaqqis tal-VAT (input).</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Dawn l-elementi huma suffiċjenti fid-dawl tal-ġurisprudenza msemmija fil-punti 30 u 31 ta’ din is-sentenza. Barra minn hekk, l-ebda ħjiel ma jwassal għall-kunsiderazzjoni li l-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju ma kinitx ser tippermetti lill-partijiet interessati milli jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u milli jipparteċipaw b’mod effettiv fil-proċedura quddiem il-Qorti.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Isegwi li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk l-Artikoli 17(2) u (5), kif ukoll l-Artikolu 19 tas-Sitt Direttiva, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru, meta jawtorizza lill-persuni taxxabbli mħallta jwettqu t-tnaqqis previst fl-imsemmija dispożizzjonijiet, fuq il-bażi tal-użu tal-oġġetti u s-servizzi kollha jew parti minnhom, milli jikkalkola l-ammont li jista’ jitnaqqas, għal setturi li fihom dawn il-persuni taxxabbli ma jwettqux tranżazzjonijiet taxxabbli, billi jinkludi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>sussidji<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> mhux taxxabbli fid-denominatur tal-frazzjoni użata sabiex tiġi stabbilita l-<HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> tat-tnaqqis.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, id-dritt għal tnaqqis previst skont l-Artikoli 17 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT> tas-Sitt Direttiva jagħmel parti integrali mill-mekkaniżmu tal-VAT u ma jistax fil-prinċipju jkun limitat. Id-dritt għal tnaqqis japplika immedjatament għat-totalità tat-taxxi li jinġarru mit-tranżazzjonijiet tal-input. Kull limitazzjoni fuq id-dritt li titnaqqas il-VAT taffettwa l-livell tal-piż tat-taxxa u għandha tiġi applikata bl-istess mod fl-Istati Membri kollha. Konsegwentement, huma permessi derogi biss fil-każijiet ipprovduti espressament fis-Sitt Direttiva (ara, b’mod partikolari, Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, punt 28).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 17(1) tal-imsemmija direttiva jipprevedi li d-dritt għal tnaqqis iseħħ fil-mument meta t-taxxa mnaqqsa ssir dovuta u l-Artikolu 17(2) jawtorizza lill-persuna taxxabbli, sa fejn l-oġġetti u s-servizzi jintużaw għall-bżonnijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli tiegħu, tnaqqas mill-VAT li trid tħallas it-taxxa dovuta jew imħallsa fir-rigward tal-oġġetti li ġew jew li jridu jiġu pprovduti lilu u għas-servizzi li ġew jew li għad għandhom jiġu pprovduti lilu minn persuna taxxabbli oħra (ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, punt 29).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda persuni taxxabbli mħallta, mill-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva jirriżulta li d-dritt għal tnaqqis huwa kkalkolat bi <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> ddeterminata skont l-Artikolu 19 ta’ din l-istess direttiva. L-imsemmi tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) jawtorizza madankollu lill-Istati Membri jipprevedu wieħed mill-metodi l-oħra ta’ determinazzjoni tad-dritt għal tnaqqis elenkati f’dan is-subparagrafu, jiġifieri, b’mod partikolari, l-istabbiliment ta’ <HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> distinta għal kull settur ta’ attività jew it-tnaqqis skont l-użu sħiħ jew ta’ parti mill-oġġetti u s-servizzi għal attività preċiża (ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, punt 30).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>L-Artikolu 11(A)(1)(a) tas-Sitt Direttiva jipprovdi li s-sussidji direttament relatati mal-prezz ta’ oġġett jew ta’ servizz ikunu taxxabbli bl-istess mod bħalu. Fir-rigward tas-sussidji barra dawk direttament relatati mal-prezz, l-Artikolu 19(1) ta’ din l-istess direttiva jipprevedi li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jinkluduhom fid-denominatur tal-kalkolu tal-<HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> applikabbli meta persuna taxxabbli taffettwa fl-istess ħin operazzjonijiet li jagħtu dritt għal tnaqqis u operazzjonijiet eżentati (ara Il-Kummissjoni vs Franza, iċċitata iktar ’il fuq, punt 31).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Huwa stabbilit li, fir-rigward tal-kawża prinċipali, Varzim Sol kienet ġiet awtorizzata twettaq it-tnaqqis skont metodu ieħor li ma kienx dak dwar il-<HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> msemmi fl-Artikolu 19 tas-Sitt Direttiva, jiġifieri fuq il-bażi tal-użu tal-oġġetti u s-servizzi kollha jew parti minnhom għal attività speċifika, metodu msemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-attivitajiet ta’ Varzim Sol fis-setturi tar-ristorazzjoni u tal-animazzjoni huma suġġetti għall-VAT, id-dritt għat-tnaqqis skont il-metodu tal-użu attwali jirrelata għat-totalità tat-taxxi li jinġarru mit-tranżazzjonijiet tal-inputs.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-fatt, peress li l-persuna taxxabbli kienet awtorizzata twettaq it-tnaqqis skont il-metodu tal-użu attwali, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tas-Sitt Direttiva ma humiex applikabbli u ma jistgħux jillimitaw id-dritt għal tnaqqis f’dawn is-setturi kif jirriżulta minn din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandha tingħata risposta għad-domandi magħmula li l-Artikolu 17(2) u (5), kif ukoll l-Artikolu 19 tas-Sitt Direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru, meta jawtorizza lill-persuni taxxabbli mħallta jwettqu t-tnaqqis previst fl-imsemmija dispożizzjonijiet, fuq il-bażi tal-użu tal-oġġetti u s-servizzi kollha jew parti minnhom, milli jikkalkola l-ammont imnaqqas, għas-setturi li fihom dawn il-persuni taxxabbli jwettqu tranżazzjonijiet taxxabbli biss, billi jinkludi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>sussidji<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> li ma humiex taxxabbli fid-denominatur tal-frazzjoni użata sabiex tiġi stabbilita l-<HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> tat-tnaqqis.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 17(2) u (5) kif ukoll l-Artikolu 19 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lil Stat Membru, meta jawtorizza lill-persuni taxxabbli mħallta jwettqu t-tnaqqis previst fl-imsemmija dispożizzjonijiet, fuq il-bażi tal-użu tal-oġġetti u s-servizzi kollha jew parti minnhom, milli jikkalkola l-ammont imnaqqas, għas-setturi li fihom dawn il-persuni taxxabbli jwettqu tranżazzjonijiet taxxabbli biss, billi jinkludi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>sussidji<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> li ma humiex taxxabbli fid-denominatur tal-frazzjoni użata sabiex tiġi stabbilita l-<HT TYPE="ITALIC">pro rata</HT> tat-tnaqqis.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>