|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3225 |
27.12.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/3225
tad-9 ta’ Diċembru 2024
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-22 sessjoni tal-Kunsill Ministerjali u fid-59 sessjoni tal-Bord Regolatorju tal-Komunità tal-Enerġija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mingħand il-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
It-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija (it-“Trattat”) ġie konkluż mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/500/KE (1) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2006. |
|
(2) |
Skont l-Artikoli 47 u 76 tat-Trattat, il-Kunsill Ministerjali tal-Kommunità tal-Enerġija (“il-Kunsill Ministerjali”) għandu jieħu Miżuri fil-forma ta’ Deċiżjoni jew Rakkomandazzjoni. |
|
(3) |
Skont l-Artikoli 60 u 86 tat-Trattat, il-Bord Regolatorju tal-Kommunità tal-Enerġija (“il-Bord Regolatorju”) għandu jadotta r-regoli interni ta’ proċedura tiegħu permezz ta’ Att Proċedurali. |
|
(4) |
Il-Kunsill Ministerjali, matul it-22 sessjoni tiegħu li għandha sseħħ fit-12 ta’ Diċembru 2024 fi Vjenna, għandu jadotta, inter alia, atti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u li fuqhom għandhom jivvutaw ir-rappreżentanti tal-Unjoni. L-atti li għandhom li jiġu adottati jinkludu għadd ta’ deċiżjonijiet f’konformità mal-Artikolu 91(1)(a) tat-Trattat, dment li l-Kumitat Konsultattiv tal-Kommunità tal-Enerġija stabbilit bl-Att Proċedurali nru. 2008/01 tal-Kunsill Ministerjali jagħti fil-ħin opinjoni minn qabel b’sostenn għas-sejbiet tas-Segretarjat tal-Komunità tal-Enerġija li jiddeterminaw l-eżistenza ta’ ksur tat-Trattat u deċiżjoni dwar il-kwittanza finanzjarja tad-direttur tas-Segretarjat tal-Kommunità tal-Enerġija. Barra minn hekk, il-Kunsill Ministerjali ser jadotta wkoll il-pożizzjoni tiegħu dwar l-estensjoni tal-mandati ta’ żewġ membri tal-Kumitat Konsultattiv u l-ħatra ta’ tlett membri ġodda sal-31 ta’ Diċembru 2028, |
|
(5) |
Il-Bord Regolatorju, fid-59 sessjoni tiegħu li għandha sseħħ fl-10 ta’ Diċembru 2024 f’Ateni, għandu jadotta deċiżjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 218(9) TFUE u li fuqhajridu jivvutaw ir-rappreżentanti tal-Unjoni, jiġifieri Att Proċedurali li jissotitwixxi ir-regoli interni ta’ proċedura tiegħu. |
|
(6) |
L-għan tad-deċiżjonijiet previsti tal-Kunsill Ministerjali u tal-Bord Regolatorju huwa li jiffaċilitaw l-ilħuq tal-objettivi tat-Trattat. |
|
(7) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Ministerjali u l-Bord Regolatorju fir-rigward tad-deċiżjonijiet previsti, peress li dawk l-atti se jkollhom effetti legali għall-Unjoni. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Ministerjali tal-Kommunità tal-Enerġija (“il-Kunsill Ministerjali”) fit-22 sessjoni li għandha sseħħ fit-12 ta’ Diċembru 2024 dwar il-kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 218(9) TFUE hija stabbilita fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Bord Regolatorju tal-Kommunità tal-Enerġija (“il-Bord Regolatorju”) fid-59 sessjoni tiegħu li għandha sseħħ fl-10 ta’ Diċembru 2024 rigward il-kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 218(9) TFUE hija stabbilita fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Il-Kummissjoni tista; taqbel ma’ bidliet żgħar għall-abbozzi tad-deċiżjonijiet stabbiliti fl-Annessi I u II, fid-dawl tal-kummenti mill-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija qabel jew matul il-laqgħa tal-Kunsill Ministerjali jew tal-Bord Regolatorju mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-addozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
NAGY I.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/500/KE tad-29 ta’ Mejju 2006 dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija (ĠU L 198, 20.7.2006, p. 15).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3225/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)