|
10.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 182/32 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 34/2008
ta' l-14 ta' Marzu 2008
li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2008 ta' l-1 ta' Frar 2008 (1). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/381/KE ta' l-4 ta' Mejju 2005 li tistabbilixxi kwestjonarju għar-rappurtaġġ dwar kif għandha tiġi applikata d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fil-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (2) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/803/KE tat-23 ta' Novembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 2005/381/KE li tistabbilixxi kwestjonarju għar-rappurtaġġ dwar kif għandha tiġi japplikata d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra fil- Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (3) għandha tiġi inkorporata mal-Ftehim. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Anness XX tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:
|
1) |
Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 1f (id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE):
|
|
2) |
Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 21ao (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/780/KE):
|
Artikolu 2
It-testi tad-Deċiżjonijiet 2005/381/KE u 2006/803/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.
Magħmul fi Brussell, 14 ta' Marzu 2008.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 154, 12.6.2008, p. 30.
(2) ĠU L 126, 19.5.2005, p. 43.
(3) ĠU L 329, 25.11.2006, p. 38.
(*1) Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.