<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2010MTA.0300183901.case.xml"><NO.CASE>C-578/08</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62008C0578</NO.CELEX><NO.SEQ>0010.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-1842</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-1859</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET SHARPSTON — KAWŻA C-578/08</LEFT><RIGHT>CHAKROUN</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Sharpston</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20091210">10 ta’ Diċembru 2009</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-<DATE ISO="20030922">22 ta’ Settembru 2003</DATE>, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>). Din ma tapplikax għad-Danimarka, għall-Irlanda jew għar-Renju Unit (ara l-premessi 17 u 18 fil-preambolu).</P></NOTE> tistabbilixxi l-kundizzjonijiet sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri. Rekwiżit wieħed li jista’ jiġi impost minn Stat Membru meta membru tal-familja japplika għal awtorizzazzjoni sabiex jingħaqad ma’ tali resident huwa li dan tal-aħħar għandu jkollu riżorsi stabbli u regolari li jkunu suffiċjenti għall-manteniment tal-familja, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>mingħajr ma jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru kkonċernat<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-kawża prinċipali tirrigwarda l-applikazzjoni ppreżentata minn ċittadina Marokkina biex tingħaqad ma’ żewġha, ukoll ta’ ċittadinanza Marokkina, li ilu residenti legalment fil-Pajjiżi l-Baxxi sa mill-1970, u li hija żżewġet fl-1972. Ir-raġel għandu riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti biex iħallas l-ispejjeż tal-għajxien ġenerali iżda mhux biex jagħmluh ineliġibbli għal ċerti tipi ta’ assistenza speċjali. F’dan il-kuntest, ir-Raad van State (Kunsill tal-Istat) ifittex spjegazjoni iktar iddettaljata dwar il-kriterju ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>mingħajr ma jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> u jsaqsi jekk id-Direttiva tippermettix li ssir distinzjoni skont jekk ir-relazzjonijiet familjari kinux jeżistu qabel jew wara d-dħul tar-resident fl-Istat Membru.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Direttiva 2003/86</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fil-preambolu tad-Direttiva, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-premessa 2 tenfasizza dwar l-obbligu tal-protezzjoni tal-familja u r-rispett għall-ħajja tal-familja, stabbiliti b’mod partikolari fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;</P></ITEM><?PAGE NO="I-1843"?><ITEM><P>il-premessa 3 tirreferi għal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew f’Tampere f’Ottubru 1999 u f’Laeken f’Diċembru 2001, li ddikjaraw li l-Unjoni Ewropea għandha tiżgura trattament ġust għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Istati Membri u għandha jkollha l-għan li tagħtihom id-drittijiet u l-obbligi paragunabbli ma’ dawk taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea;</P></ITEM><ITEM><P>il-premessa 5 tiddikjara li l-Istati Membri għandhom jimplementaw id-Direttiva mingħajr diskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjonijiet politiċi jew opinjonijiet oħra, sħubija f’minoranza nazzjonali, ġid, twelid, diżabbiltajiet, età jew orjentazzjoni sesswali;</P></ITEM><ITEM><P>il-premessa 6 tirreferi għall-protezzjoni tal-familja u l-istabbiliment jew il-preservazzjoni tal-ħajja tal-familja, fuq il-bażi ta’ kriterji komuni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet materjali biex ikun eżerċitat id-dritt għar- riunifikazzjoni tal-familja;</P></ITEM><ITEM><P>il-premessa 8 tipprovdi li l-kundizzjonijiet iktar favorevoli għandhom jiġu stabbiliti għall-eżerċiżju tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja tar-refuġjati, minħabba r-raġunijiet li jobbligawhom jaħarbu minn pajjiżhom u li jimpeduhom milli jgħixu ħajja tal-familja normali hemmhekk;</P></ITEM><ITEM><P>il-premessa 11 tiddikjara li d-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja għandu jkun eżerċitat b’konformità xierqa mal-valuri u l-prinċipji rrikonoxxuti fl-Istati Membri.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>riunifikazzjoni tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> tfisser <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>id-dħul ġewwa u residenza fi Stat Membru minn membri tal-familja ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li joqogħdu legalment f’dak l-Istat Membru biex tkun ippreżervata l-għaqda tal-familja, kemm jekk ir-relazzjoni mal-familja kien ikkawżat [kienet teżisti] qabel kemm [jekk kienet teżisti] wara d-dħul tar-resident<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>. F’dan il-każ, taħt l-Artikolu 2(ċ), ir-resident jissejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>sponsor<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(5) jistabbilixxi li d-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-possibbiltà għall-Istati Membri li jadottaw dispożizzjonijiet iktar favorevoli.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1844"?><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul u r-residenza, skond din id-Direttiva u suġġetti għal konformita mal-kondizzjonijiet preskritti fil-Kapitolu IV, kif ukoll l-Artikolu 16, tal-membri tal-familja li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-konjugi ta’ l-isponsor;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-Kapitolu IV jikkonsisti fl-Artikoli 6 sa 8. L-Artikolu 6, li ma huwiex direttament inkwistjoni f’din il-kawża, jippermetti lill-Istati Membri biex jirrifjutaw, jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu l-permess ta’ residenza ta’ membru tal-familja għal raġunijiet ta’ politika pubblika, sigurtà pubblika jew saħħa pubblika, wara li jitqiesu l-fatturi elenkati fl-Artikolu 17 u s-severità jew tip ta’ offiża mwettqa jew il-periklu ppreżentat.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) jipprovdi li, meta tiġi ppreżentata applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jeżiġi evidenza li l-isponsor għandu (a) akkomodazzjoni normali għall-familja, li tissodisfa l-istandards ġenerali ta’ saħħa u sigurtà, (b) assigurazzjoni kontra l-mard għall-familja kollha u</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>(ċ)</NO.P><TXT>riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti biex iżomm [imantni] lilu nnifsu/lilha nnifisha u l-membri tal-familja tiegħu/tagħha, mingħajr ma jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru kkonċernat. Stati Membri għandhom jistmaw dawn ir-riżorsi b’riferiment għan-natura u r-regolarita tagħhom u jistgħu jqisu il-livell ta’ pagi minimi nazzjonali u pen[s]jonijiet kif ukoll in-numru ta’ membri tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(2) jippermetti lill-Istati Membri biex jeżiġu l-konformità mal- miżuri ta’ integrazzjoni, u l-Artikolu 8 jippermettilhom li jimponu perijodu minimu ta’ residenza għall-isponsor. Dawn id-dispożizzjonijiet lanqas ma huma inkwistjoni hawnhekk.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-Kapitolu V tad-Direttiva jinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi u iktar favorevoli, dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-riunifikazzjoni tal-familja tar- refuġjati rrikonoxxuti mill-Istati Membri, li huma indirettament rilevanti għal din il-kawża. Skont l-Artikolu 9(1), l-Istati Membri<?PAGE NO="I-1845"?> jistgħu jirrestrinġu l-applikazzjoni ta’ dan il-kapitolu għar-refuġjati li r-relazzjonijiet familjari tagħhom ikunu jeżistu qabel id-data tad-dħul tagħhom. Skont l-Artikolu 12(1), l-Istati Membri ma jistgħux jitolbu evidenza li r-refuġjat jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7, għalkemm jistgħu jeżiġu li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 7(1) jekk l-applikazzjoni ma tkunx ippreżentata fi żmien tliet xhur minn meta jingħata l-istatus ta’ refuġjat.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 16, fil-Kapitolu VII (li jirrigwarda penali u rimedji), jippermetti lil Stat Membru biex jirrifjuta, jirtira jew jirrifjuta li jġedded il-permess ta’ residenza għal membru tal-familja abbażi ta’ għadd ta’ raġunijiet, essenzjalment meta r-relazzjoni familjari ma tkunx ġenwina jew meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva ma jkunux jew ma jkunux għadhom sodisfatti. B’mod partikolari, fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, it-tieni inċiż tal-Artikolu 16(1)(a) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Meta jġedded il-permess ta’ residenza, fejn l-isponsor m’għandux riżorsi suffiċjenti mingħajr ma jirrikorri għas-sistema ta’ assistenza soċjali ta’ l-Istat Membru, kif jirreferi l-Artikolu 7(1)(ċ), l-Istat Membru għandu jqis il-kontribuzzjonijiet tal-membri tal-familja għall-introjtu tad-dar.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 17, fl-istess Kapitolu, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-Istati Membri għandhom iqisu n-natura u s-solidità tar-relazzjonijiet familjali tal-persuna u t-tul tar-residenza tiegħu (tagħha) fl-Istat Membru u ta’ l-eżistenza ta’ rbit familjali, kulturali u soċjali ma’ pajjiżu/a ta’ oriġini fil-każ li huma jiċħdu applikazzjoni, jirtiraw jew jirrifjutaw li jġeddu permess ta’ residenza jew jiddeċiedu li jordnaw it-tneħħija ta’ l-isponsor jew membri tal-familja tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni Olandiża</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Id-drittijiet ta’ residenza għall-barranin fil-Pajjiżi l-Baxxi huma rregolati, b’mod partikolari, bil-Vreemdelingenwet (Liġi dwar il-Barranin) 2000 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Vw 2000<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) u bid-digriet li jimplementaha, il-Vreemdelingenbesluit (Digriet dwar il-Barranin) 2000 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Vb 2000<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>). B’differenza mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità, il-leġiżlazzjoni Olandiża tiddistingwi bejn ir-riunifikazzjoni tal-familja u l-formazzjoni ta’ familja.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-Kapitolu 3 tal-Vw 2000 jirrigwarda l-permessi ta’ residenza. Jinħarġu varji tipi ta’ permessi, b’mod partikolari, għal perijodu<?PAGE NO="I-1846"?> fiss jew indefinit, jew għal dawk li jfittxu ażil u oħrajn. L-Artikolu 14(2) jispeċifika li l-permess ta’ residenza ta’ perijodu fiss għandu jkun suġġett għar-restrizzjonijiet relatati mal-iskop li għalih jingħata, kif irregolat minn dispożizzjonijiet amministrattivi. Skopijiet rilevanti, skont l-Artikolu 15, jinkludu r-riunifikazzjoni tal-familja u l-formazzjoni ta’ familja. Skont l-Artikolu 16(1)(c), applikazzjoni għal permess ta’ residenza għal perijodu fiss tista’ tiġi miċħuda jekk il-persuna barranija, jew il-persuna li magħha hija tkun tixtieq tgħix, ma jkollhiex mezzi ta’ għajxien indipendenti, li jservu u li jkunu suffiċjenti.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Skont kif ġiet emendata b’effett mit-<DATE ISO="20051003">3 ta’ Ottubru 2005</DATE>, bil-għan li tkun konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva, il-Vb 2000 tinkludi dawn id-dispożizzjonijiet rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1.1(r), <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>formazzjoni ta’ familja<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> tfisser <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>riunifikazzjoni tal-familja tal-konjuġi, sieħeb/sieħba rreġistrat/a jew mhux irreġistrat/a, sa fejn ir-relazzjoni konjugali tkun inħolqot fi żmien meta l-post ta’ residenza prinċipali tal-persuna prinċipali [<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Jiġifieri, il-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>persuna li magħha tkun tixtieq tgħix il-persuna barranija<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/>, skont l-Artikolu 16(1)(c) tal-Vw 2000. Taħt l-Artikolu 3.15 tal-Vb 2000, hija tista’ tkun persuna b’ċittadinanza Olandiża jew persuna barranija bid-dritt ta’ residenza regolari. Din tal-aħħar tikkorrispondi għal <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>sponsor<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> skont it-tifsira tad-Direttiva.</P></NOTE>] kienu l-Pajjiżi l-Baxxi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>. <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Riunifikazzjoni tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> ma hijiex iddefinita.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3.13 u l-Artikolu 3.14, jipprovdu li permess ta’ residenza għal perijodu fiss għall-iskop ta’ formazzjoni jew riunifikazzjoni tal-familja jista’ jingħata, suġġett għal restrizzjonijiet relatati ma’ dan l-iskop, lil ċerti membri speċifikati tal-familja tal-persuna prinċipali (b’mod partikolari l-konjuġi tagħha) jekk il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3.16 sa l-Artikolu 3.22 ikunu sodisfatti. F’din il-kawża huwa l-Artikolu 3.22 li jinsab inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Taħt l-Artikolu 3.22(1), il-permess ta’ residenza jingħata biss jekk il-persuna prinċipali jkollha dħul nett permanenti u awtonomu kif iddefinit fl-Artikolu 3.74(a). Madankollu, skont l-Artikolu 3.22(2), fil-każ ta’ formazzjoni ta’ familja, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>b’deroga mill-paragrafu 1<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, dan id-dħul għandu jkun għall-inqas ugwali għal 120 % tal-paga minima statutorja, inkluża l-allowance għall-vaganzi.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Għalkemm ma huwiex direttament rilevanti għall-fatti kif kienu fiż-żmien tal-kawża prinċipali, jista’ jiġi osservat li, b’deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Artikolu 3.22(3) jipprovdi li permess ta’ residenza għandu jingħata wkoll meta l-persuna prinċipali<?PAGE NO="I-1847"?> jkollha iktar minn 65 sena, jew tkun issofri minn inkapaċità totali jew permanenti għax-xogħol, u b’hekk hemm eżenzjoni mir-rekwiżiti tar-riżorsi f’tali ċirkustanzi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara wkoll l-Artikolu 3.28(4), li jistabbilixxi li applikazzjoni ma għandhiex tkun irrifjutata fuq il-bażi tal-Artikolu 16(1)(c) tal-Vw 2000 jekk il-persuna li magħha tkun tixtieq tgħix il-persuna barranija jkollha 65 sena jew iktar, jew ma tkunx kapaċi taħdem.</P></NOTE>. Skont l-Artikolu 3.22(4), hemm eżenzjoni minn dan ir-rekwiżit ukoll meta applikazzjoni għal membri tal-familja biex jingħaqdu ma’ refuġjat tiġi ppreżentata fi żmien tliet xhur mill-għoti tal-istatus ta’ refuġjat.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3.74, li jiddefinixxi r-rekwiżit ta’ dħul fl-Artikolu 3.22(1)(a), il-mezzi ta’ għajxien imsemmija fl-Artikolu 16(1)(c) tal-Vw 2000 ikunu suffiċjenti jekk id-dħul nett ikun ugwali għal, <HT TYPE="ITALIC">inter alia,</HT> (a) il-kriterju statutorju ta’ għajnuna, inkluża l-paga matul il-vaganzi, għall-kategorija rilevanti (persuni mhux miżżewġin, ġenituri weħidhom jew koppji miżżewġin) jew (d), fil-każ ta’ formazzjoni ta’ familja, 120 % tal-paga minima, inkluża l-allowance għall-vaganzi.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-kriterju ta’ assistenza msemmi fl-Artikolu 3.74(a) huwa dak li jinsab fl-Artikolu 21 tal-Wet werk en bijstand (Liġi dwar ix-xogħol u l-assistenza), (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Wwb<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>), fil-Kapitolu 3 ta’ din il-Liġi, li jirregola l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>assistenza ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. L-Artikolu 21 huwa wieħed mid-dispożizzjonijiet li jiffissaw il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>kriterji ta’ assistenza<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> — livelli ta’ dħul li taħthom persuna tkun intitolata għal assistenza ġenerali. Barra minn hekk, il-Kapitolu 4 tal-Wwb, b’mod partikolari l-Artikolu 35(1), jipprovdi li għandha tingħata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>assistenza speċjali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> mill-awtoritajiet lokali lill-applikanti li ma għandhomx riżorsi suffiċjenti biex ikopru <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>l-ispejjeż tal-għajxien essenzjali li jirriżultaw minn ċirkustanzi eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Id-digriet tar-rinviju jiddikjara li l-kriterju rilevanti ta’ assistenza statutorja fiż-żmien tal-fatti kien ta’ EUR 1 207.91 fix-xahar, u ċ-ċifra għall-formazzjoni ta’ familja (120 % tal-paga minima) kienet ta’ EUR 1 441.44<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Jidher, minn paragun mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Pajjiżi l-Baxxi, li dawn iċ-ċifri huma għal dħul nett, u li l-kriterju għal għajnuna statutorja jikkorrispondi għall-paga minima netta, li hija speċifikata bħala ammont gross fil-Wet minimumloon en minimumvakantiebijslag (Liġi dwar il-paga minima u l-allowance minima għall-vaganzi).</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>R. Chakroun, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, twieldet fl-1948 u għandha ċittadinanza Marokkina. Fl-1972, hija żżewġet lis-Sur Chakroun, li twieled fl-<DATE ISO="19440701">1 ta’ Lulju 1944</DATE> u li huwa wkoll ta’ ċittadinanza Marokkina.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1848"?><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Is-Sur Chakroun ilu jgħix fil-Pajjiżi l-Baxxi sa mill-<DATE ISO="19701221">21 ta’ Diċembru 1970</DATE> u ilu fil-pussess ta’ permess ta’ residenza għal żmien indefinit sa mill-1975. Sa minn Lulju 2005 huwa rċieva l-benefiċċju tal-qgħad li, jekk iċ-ċirkustanzi jibqgħu l-istess, huwa ser ikompli jirċevih sa Lulju 2010. Ma huwiex ikkontestat li l-benefiċċju inkwistjoni, imħallas minħabba li s-Sur Chakroun ikkontribwixxa għall-assigurazzjoni tal-qgħad waqt li huwa kien impjegat, ma kienx <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>assistenza soċjali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> li tista’ twaqqaf lil martu milli tingħaqad miegħu skont il-leġiżlazzjoni Olandiża li timplementa d-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Wara ż-żwieġ, R.Chakroun kompliet tgħix fil-Marokk iżda, fl-<DATE ISO="20060310">10 ta’ Marzu 2006</DATE>, hija applikat, fl-Ambaxxata Olandiża f’Rabat, għal permess provviżorju ta’ residenza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Il-pussess ta’ tali permess huwa, bħala regola ġenerali, prerekwiżit sabiex wieħed japplika għal permess ta’ residenza regolari (għal perijodu fiss) (ara <HT TYPE="ITALIC">Family reunification and family formation in the Netherlands during the period 2002-2006</HT>, European Migration Network, 2007, p. 7 u 22).</P></NOTE> sabiex tkun tista’ tgħix ma’ żewġha.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tas-<DATE ISO="20060717">17 ta’ Lulju 2006</DATE> (li l-ilment kontriha ġie miċħud fil-<DATE ISO="20070221">21 ta’ Frar 2007</DATE>), il-Ministru Olandiż għall-Affarijiet Barranin ċaħad din l-applikazzjoni fuq il-bażi li, fiż-żmien rilevanti, il-benefiċċju tal-qgħad tar-raġel kien biss ta’ EUR 1 322.73 nett fix-xahar, inkluża l-allowance għall-vaganzi, waqt li d-dħul standard applikabbli fil-kaz ta’ formazzjoni ta’ familja kien ta’ EUR 1 441.44 nett fix-xahar, inkluża l-allowance għall-vaganzi.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Id-deċizjoni għal dan ir-rifjut tirreferi għal ċirkulari amministrattiva li tipprovdi li l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva ma jobbligax lill-Istati Membri jagħżlu test fuq il-bażi ta’ kriterji ta’ assistenza, il-paga minima jew perċentwali tal-paga minima. Id-diskrezzjoni mogħtija lill-Istati Membri ntużat fl-Artikoli 3.22 u 3.74(d) tal-Vb 2000. Barra minn hekk, filwaqt li d-Direttiva kienet ukoll applikabbli kemm għar-riunifikazzjoni tal-familja kif ukoll għall-formazzjoni ta’ familja, il-kriterju ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>post prinċipali ta’ residenza<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> kien jelimina r-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>riunifikazzjoni tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> meta ż-żwieġ ikun sar matul vaganza f’pajjiż barrani minn resident fil-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>L-appell ta’ R. Chakroun kontra d-deċiżjonijiet tal-Ministru ġie miċħud mir-Rechtbank ‘s-Gravenhage (Qorti Distrettwali ta’ Den Haag), ikkostitwita f’Zutphen, fil-<DATE ISO="20071015">15 ta’ Ottubru 2007</DATE>. L-appell minn din is-sentenza huwa attwalment pendenti quddiem ir-Raad van State.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Waħda mill-kwistjonijiet imqajma f’dawn il-proċeduri tirrigwarda l-mod kif il-kriterju ta’ dħul applikabbli huwa<?PAGE NO="I-1849"?> ddefinit. R. Chakroun ma tikkontestax li l-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva jippermetti tali kriterju iżda targumenta, essenzjalment, li ma jippermettix li jiġi stabbilit livell minimu ogħla minn dak li jintuża biex jiġi ddeterminat x’inhu neċessarju sabiex wieħed ilaħħaq mal-ispejjeż essenzjali tal-għajxien — jiġifieri, fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-paga minima statutorja għall-kategorija rilevanti tal-persuna u s-sitwazzjoni tal-familja, taħt liema dħul il-persuna tkun intitolata għall-assistenza ġenerali. Madankollu, il-qorti tar-rinviju tispjega li diversi tipi ta’ assistenza speċjali (u l-eżenzjoni mit-taxxi lokali) jistgħu jingħataw ukoll mill-awtoritajiet lokali, mhux biss lil dawk li d-dħul tagħhom ikun inqas mill-paga minima, iżda wkoll lil dawk li, waqt li jkollhom riżorsi daqs jew iktar minn dik il-paga, ma jkunux jistgħu jlaħħqu mal-ispejjeż essenzjali minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali. Tali għajnuna soċjali tingħata fuq skala mobbli u ma tibqax disponibbli malli d-dħul jilħaq il-120 % sal-130 % tal-paga minima. Il-kwistjoni b’hekk hija jekk l-Artikolu 7(1)(ċ) jippermettix lil Stat Membru li jiffissa livell ta’ dħul minimu f’livell li jelimina kwalunkwe possibbiltà li wieħed jirrikorri għal għajnuna soċjali ta’ dak it-tip.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Kwistjoni oħra tikkonċerna d-distinzjoni li ssir fil-Pajjiżi l-Baxxi bejn ir-riunifikazzjoni tal-familja u l-formazzjoni ta’ familja. Il-livell ta’ 120 % tal-paga minima japplika biss f’dan l-aħħar każ. Skont R. Chakroun, l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva jelimina kwalunkwe distinzjoni abbażi ta’ jekk ir-relazzjoni konjugali kinitx teżisti qabel jew wara d-dħul ta’ sponsor fl-Istat Membru kkonċernat. Il-Ministru, min-naħa l-oħra, jargumenta li tali distinzjoni tista’ ssir fil-każ tar- refuġjati (l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva) u ssir ukoll fil-każ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul fil-Komunità u li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal residenza fi Stat Membru ieħor<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Artikolu 16(1) u (5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-<DATE ISO="20031125">25 ta’ Novembru 2003</DATE>, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kaptitolu 19, Vol. 6, p. 272) jippermetti li tali persuna tkun akkumpanjata mill-familja tagħha biss jekk il-familja kienet diġà kkostitwita fl-ewwel Stat Membru.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Ir-Raad van State b’hekk għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT>Il-frażi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> li tinsab fl-ewwel sentenza tal-[Artikolu 7(1) u fl-]Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li tippermetti li Stat Membru jadotta leġiżlazzjoni fir-rigward tar-riunifikazzjoni tal-familja li tirrifjuta r-riunifikazzjoni lil sponsor li jkun ipprova li għandu riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti biex jipprovdi għall-bżonnijiet tiegħu stess u dawk<?PAGE NO="I-1850"?> tal-membri tal-familja tiegħu, iżda li, minħabba l-livell tad-dħul tiegħu, jista’ xorta jitlob assistenza speċjali fil-każ ta’ spejjeż partikolari u stabbiliti b’mod individwali bħala neċessarji għall-għajxien tiegħu, tnaqqis mit-taxxa mingħand l-awtoritajiet lokali skont id-dħul, jew miżuri ta’ appoġġ għad-dħul fil-kuntest tal-politika minima komunali (minimabeleid)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Id-Direttiva [...], u partikolarment l-Artikolu 2(d) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, għall-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet tad-dħul tal-ewwel sentenza tal-[Artikolu 7(1) u l-]Artikolu 7(1)(ċ), tagħmel distinzjoni skont jekk ir-rabtiet familjari kinux jeżistu qabel jew wara d-dħul fit-territorju tal-persuna li tirrisjedi fl-Istat Membru?</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>R. Chakroun, il-Gvernijiet tal-Greċja u tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni ppreżentaw l-osservazzjonijiet bil-miktub. Matul is-seduta tal-<DATE ISO="20091021">21 ta’ Ottubru 2009</DATE>, ġew ippreżentati t-trattazzjonijiet f’isem R. Chakroun, il-Gvern Olandiż u l-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Ninnota li, mid-data li kien ingħata d-digriet tar-rinviju, is-Sur Chakroun għalaq 65 sena, biex b’hekk ebda limitu ta’ dħul ma għandu japplika issa, meta tiġi kkunsidrata l-applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ara l-punt 19 iktar ’il fuq.</P></NOTE>. Madankollu, il-kawża prinċipali tirrigwarda deċiżjoni li ttieħdet meta kien japplika limitu, u l-Qorti tal-Ġustizzja ma kinitx ġiet informata (anki wara domanda matul is-seduta) li dawn il-proċeduri kienu affettwati bil-bidla tas-sitwazzjoni. B’hekk ser nipproċedi fuq il-bażi li l-applikabbiltà tal-limitu għadha rilevanti għas-soluzzjoni tal-kawża quddiem ir-Raad van State.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Iż-żewġ domandi ta’ din il-qorti huma separati imma interdipendenti. Għalkemm jidher li ma hemm l-ebda raġuni imperattiva biex jiġu indirizzati f’xi ordni partikolari, jidhirli li jkun iktar utli jekk l-ewwel nikkunsidra jekk jistax jiġi impost rekwiżit ta’ dħul iddifferenzjat, qabel ma neżamina liema livell ta’ riżorsi jista’ jkun meħtieġ. B’hekk ser nibda bit-tieni domanda.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-1851"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">It-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-qorti nazzjonali ssaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva — li jistabbilixxi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>riunifikazzjoni tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tkopri s-sitwazzjonijiet kollha fejn membru tal-familja jingħaqad mal-isponsor, kemm jekk ir-relazzjoni konjugali kinitx teżisti qabel jew wara li l-isponsor sar residenti fl-Istat Membru kkonċernat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Jista’ jiġi osservat li d-definizzjoni fl-Artikolu 2(d) tkopri biss sitwazzjonijiet fejn ir-relazzjoni konjugali kienet teżisti qabel ma l-membru tal-familja talab li jingħaqad mal-isponsor, u d-definizzjoni Olandiża ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>formazzjoni ta’ familja<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> hija limitata bl-istess mod. L-ebda waħda minnhom ma tkopri s-sitwazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun jixtieq jivjaġġa lejn Stat Membru sabiex jiżżewweġ lill-isponsor hemmhekk. Il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni għad-Direttiva (COM(1999) 638 finali) kienet fil-fatt tkopri tali sitwazzjoni (Artikolu 2(e), p. 12 u 25). Madankollu, f’Jannar 2001, il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>jifforma jew<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> ġew imħassra mill-frażi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>sabiex jifforma jew jippreżerva l-unità tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] (Dokument tal-Kunsill 5682/01, tal-<DATE ISO="20010131">31 ta’ Jannar 2001</DATE>).</P></NOTE> — jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi rekwiżit ta’ livell ogħla ta’ dħul f’dan l-aħħar każ.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Il-frażi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>kemm jekk ir-relazzjoni familjari [konjugali] kinitx teżisti qabel jew wara d-dħul fit-territorju tal-persuna residenti<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> ma tikkontemplax espliċitament li ssir distinzjoni skont meta bdew jeżistu r-relazzjonijiet familjari. Fil-fatt, l-iktar interpretazzjoni ovvja aktarx hi, kif essenzjalment jissottomettu R. Chakroun, il-Gvern Grieg u l-Kummissjoni, li din toħroġ kontra kwalunkwe distinzjoni sistematika fuq dik il-bażi li ma tkunx awtorizzata minn xi dispożizzjoni iktar speċifika (bħall-Artikolu 9(2), fir-rigward tar-refuġjati).</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Gvern Olandiż jargumenta li l-Artikolu 2(d) ma jipprekludix <HT TYPE="ITALIC">espliċitament</HT> tali distinzjoni. Huwa sempliċement jiddefinixxi kunċett ġenerali, mingħajr ma jelimina l-possibbiltà ta’ distinzjonijiet oħra fi ħdan dan il-kunċett.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Mhinix konvint b’dan l-argument.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>B’riferiment speċifiku għad-Direttiva, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret il-ġurisprudenza stabbilita tagħha li r-rekwiżiti li jirriżultaw mill-protezzjoni tal- prinċipji ġenerali rrikonoxxuti fis-sistema legali tal-Komunità, li jinkludu d-drittijiet fundamentali, huma vinkolanti wkoll għall-Istati Membri meta jimplementaw ir-regoli Komunitarji, u għaldaqstant huma marbuta, sa fejn ikun possibbli, biex japplikaw ir-regoli skont dawn ir-rekwiżiti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Kawża C-540/03 Il-Parlament vs Il-Kunsill, tas-<DATE ISO="20060627">27 ta’ Ġunju 2006</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-540/03" PAGE.ECR="I-5769" YEAR="2006">C-540/03, Ġabra p. I-5769</REF.DOC.ECR>, punt 105.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1852"?><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Wieħed minn dawn il-prinċipji ġenerali huwa l-prinċipju ta’ trattament ugwali jew nondiskriminazzjoni, li ġie ddefinit b’mod konsistenti bħala li jeħtieġ li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>sitwazzjonijiet komparabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati bl-istess mod, sakemm tali trattament ma jkunx iġġustifikat oġġettivament<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, iktar reċentement, is-sentenza tas-<DATE ISO="20090707">7 ta’ Lulju 2009</DATE>, S.P.C.M<HT TYPE="ITALIC">. et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-558/07" PAGE.ECR="I-5783" YEAR="2009">C-558/07, Ġabra p. I-5783</REF.DOC.ECR>, punt 74. Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni jissemma wkoll fil-premessa 5 tal-preambolu tad-Direttiva, u jifforma parti mill-valuri u l-prinċipji rrikonoxxuti mill-Istati Membri, imsemmija fil-premessa 11.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, jista’ jidher temerarju li jiġi allegat li d-differenza bejn relazzjoni familjari li bdiet teżisti qabel id-dħul tal-isponsor fl-Istat Membru u waħda li bdiet teżisti wara, qatt ma’ tista’ tiġġustifika trattament differenti f’xi rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Madankollu, kif osservat il-Kummissjoni, ma jidher li hemm ebda bażi li tiġġustifika l-iffissar ta’ rekwiżit ta’ dħul iktar ogħli f’każ wieħed u mhux fl-ieħor. L-ammont neċessarju għall-manteniment tal-isponsor u tal-familja tiegħu mingħajr ma jirrikorru għall-għajnuna soċjali — li huwa dak li l-Artikolu 7(1)(ċ) jawtorizza lill-Istati Membri li jeżiġu — jista’, naturalment, ikun affettwat minn diversi fatturi, bħan-numru u l-etajiet tal-membri tal-familja, il-ħtieġa tagħhom għal kura jew il-kapaċità tagħhom għax-xogħol. Iżda, ikun xi jkun dan l-ammont, normalment ma jistax jiġi affettwat minn jekk ir-relazzjoni konjugali bdietx teżisti qabel jew wara li l-isponsor sar residenti legalment fl-Istat ospitanti.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jekk il-prinċipju ta’ trattament ugwali jew nondiskriminazzjoni jiġi osservat fl-implementazzjoni tad-Direttiva, distinzjoni bħal dik li saret mil-leġiżlazzjoni Olandiża hija prekluża.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Il-Gvern Olandiż, madankollu, ħareġ b’argument ulterjuri. Huwa jgħid li r-rekwiżit ta’ dħul iktar ogħli, fil-fatt huwa n-norma. 120 % tal-paga minima huwa dak li attwalment huwa meħtieġ sabiex wieħed imantni familja mingħajr ma wieħed jirrikorri għall-għajnuna soċjali. Ir-rekwiżit iktar baxx huwa eċċezzjoni għal dik in-norma. Din hija dispożizzjoni iktar favorevoli, awtorizzata espressament mill-Artikolu 3(5) tad-Direttiva, li hija intiża li tinkiseb konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Pajjiżi l-Baxxi, b’mod partikolari d-dritt ta’ rispett għall-ħajja tal-familja stabbilit fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem — u l-Gvern jikkunsidra li l-familji, li diġà jkunu<?PAGE NO="I-1853"?> ġew ikkostitwiti meta l-isponsor jidħol fl-Istat Membru, iktar jistħoqqilhom dan ir-rispett minn dawk li jkunu għadhom ma ġewx ikkostitwiti.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Lanqas ma jien konvinta b’dan l-argument.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok — għalkemm din hija kwistjoni ta’ interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali li b’hekk hija kwistjoni li taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati Olandiżi — tidher li hija kkontradetta bit-test tal-leġiżlazzjoni stess. L-Artikolu 3.22(1) tal-Vb 2000 jiffissa livell minimu ta’ dħul. Il-livell ogħla fl-Artikolu 3.22(2), għall- każijiet rigward formazzjoni ta’ familja biss, huwa ddikjarat espliċitament li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>b’deroga mill-paragrafu 1<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Insibha diffiċli biex naqra dawn id-dispożizzjonijiet fis-sens li dawn jistabbilixxu livell ġenerali fil-paragrafu 2 filwaqt li jipprovdu għal eċċezzjoni fil-paragrafu 1.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Jekk, madankollu, b’xi interpretazzjoni stramba, dan jirriżulta li huwa l-każ, xorta waħda ma naċċettax l-argument tal-Gvern. L-Istati Membri jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet iktar favorevoli minn dawk meħtieġa jew awtorizzati mid-Direttiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Artikolu 3(5); ara l-punt 5 ta’ dawn il-konklużjonijiet</P></NOTE>, iżda meta jagħmlu dan xorta waħda jridu jikkonformaw mal-prinċipju ta’ trattament ugwali jew nondiskriminazzjoni. Peress li l-kwistjoni, jekk ir-relazzjoni konjugali bdietx teżisti qabel jew wara li l-isponsor sar legalment residenti fl-Istat ospitanti, ma tistax tipprovdi bażi oġġettiva għall-applikazzjoni ta’ livelli ta’ dħul differenti f’sitwazzjonijiet li barra minn hekk huma paragunabbli, huwa irrilevanti jekk il-livell ogħla huwiex l-eċċezzjoni jew ir-regola.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Din l-opinjoni ma taffettwax id-derogi l-oħrajn<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara l-punt 19 iktar ’il fuq.</P></NOTE> li bihom il-Gvern Olandiż jipprova jsaħħaħ l-argument tiegħu. Kemm l-età kif ukoll l-inkapaċità għax-xogħol huma fatturi li huma partikolarment ta’ natura li jaffettwaw ir-riżorsi ta’ persuna, u b’hekk jistgħu jiġġustifikaw it-tnaqqis jew l-eżenzjoni mil-livell ta’ dħul. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ kwalunkwe livell meta membri tal-familja japplikaw biex jingħaqdu ma’ refuġjat fi żmien tliet xhur mill-għoti tal-istatus ta’ refuġjat mhux biss huwa bbażat fuq ġustifikazzjoni oġġettiva (il-biża’ fondata ta’ persekuzzjoni li tiddefinixxi l-istatus ta’ refuġjat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara l-Artikolu 2(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar livelli minimi stabbiliti għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96).</P></NOTE> aktarx li testendi b’mod speċjali għall-familja immedjata u b’hekk toħroġ favur ir-riunifikazzjoni qabel ma r-refuġjat ikun jista’ jiġi żgurat riżorsi stabbli<?PAGE NO="I-1854"?> u regolari fil-pajjiż ospitanti) iżda huwa meħtieġ espliċitament mill-Artikolu 12(1) tad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Din l-opinjoni lanqas ma taffettwa xi adattament tal-livell li jista’ jiġi deċiż, għar-raġunijiet oġġettivi, f’każijiet individwali. Fil-fatt, meta jiġi applikat rekwiżit ta’ riżorsi, l-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva jeħtieġ li l-Istati Membri jevalwaw ir-riżorsi tal-isponsor b’riferiment għan-natura u r-regolarità tagħhom, u jippermetti li jiġi kkunsidrat in-numru ta’ membri tal-familja. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 17 jeħtieġ li jiġu kkunsidrati diversi ċirkustanzi individwali meta tittieħed xi deċiżjoni negattiva fir-rigward tar-riunifikazzjoni tal-familja. Id-Direttiva b’hekk teħtieġ evalwazzjoni individwali ta’ kull applikazzjoni, b’hekk tipprekludi l-applikazzjoni ġenerika ta’ livell astratt mingħajr ma jitqiesu ċ-ċirkustanzi tal-każ<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara wkoll l-Artikolu 6 tad-Direttiva (punt 7 ta’ dawn il-konklużjonijiet) u l-Artikolu 16 (punt 11), fejn dan tal-aħħar jeħtieġ li d-dħul tal-membri tal-familja jitqies meta tiġi kkunsidrata applikazzjoni għat-tiġdid ta’ permess ta’ residenza. Barra minn hekk, nosserva li l-partijiet kollha, inkluż il-Gvern Olandiż, jaċċettaw li l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jeħtieġ evalwazzjoni każ b’każ.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Punt ieħor li għandu jissemma jirrigwarda d-dikjarazzjoni fid-deċiżjoni fejn ġiet miċħuda l-applikazzjoni ta’ R. Chakroun, li tidher li tipprova tiġġustifika d-distinzjoni bejn ir-riunifikazzjoni tal-familja u l-formazzjoni ta’ familja fuq il-bażi li trattament inqas favorevoli huwa meħtieġ meta resident fil-Pajjiżi l-Baxxi jiżżewweġ, waqt li jkun fuq vaganza, f’pajjiż barrani. Anki jekk nassumu li din hija premessa valida (fuq il-bażi, eventwalment, li hija tippermetti li telimina ż-żwiġijiet ta’ konvenjenza), xorta waħda hija meħtieġa evalwazzjoni individwali.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Ma jidhirlix li tista’ ssir xi distinzjoni sistematika bejn żewġ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jgħixu fi Stat Membru sabiex jaħdmu u jibdew familja hemmhekk, li wieħed minnhom jiżżewweġ qabel jemigra waqt li l-ieħor iġemma’ sabiex jiżżewweġ waqt żjara fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu. Id-differenza bejn it-tnejn tista’ tiddependi biss, pereżempju, fuq ir-rieda tal-ġenituri tal-għarusa li jaċċettaw li binthom tiżżewweġ raġel li jkun għadu ma huwiex finanzjarjament indipendenti.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Gvern Olandiż jiddikjara espliċitament fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu li, anki jekk ir-relazzjoni konjugali bdiet teżisti wara l-wasla tal-isponsor u l-kriterju tad-dħul ma kienx sodisfatt, il-membri tal-familja jingħataw il-permess ta’ residenza jekk dan ikun meħtieġ mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea<?PAGE NO="I-1855"?> dwar id-Drittijiet tal-Bniedem — li jimplika li fil-fatt isiru l-evalwazzjonijiet individwali.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Jidher li dawn l-evalwazzjonijiet huma kapaċi jissalvagwardjaw b’mod adegwat kontra l-immigrazzjoni abużiva permezz ta’ żwiġijiet ta’ konvenjenza.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Madankollu, iż-żwieġ tal-konjugi Chakroun għal kważi 34 sena (fiż-żmien rilevanti) jista’, diffiċilment, jiġi mqabbel ma’ żwieġ ta’ konvenjenza jew dak li jista’ jissejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>li wieħed iġib lura għarusa minn vaganza<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Riferiment għal din is-sitwazzjoni pjuttost differenti fid-deċiżjoni tar-rifjut tal-applikazzjoni ta’ R. Chakroun jidher li jindika li ma kinitx saret l-evalwazzjoni individwali meħtieġa kemm mid-Direttiva kif ukoll mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, jiena tal-fehma li d-Direttiva tipprekludi li ssir distinzjoni bħal din inkwistjoni, inkwantu din ma hijiex ibbażata fuq ebda fattur oġġettiv relatat mal-livell ta’ riżorsi meħtieġa għall-manteniment tal-isponsor u l-familja tiegħu u tapplika mingħajr ma jitqiesu ċ-ċirkustanzi ta’ kull każ.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta li jien nipproponi li għandha tingħata għat-tieni domanda, l-eżami tal-ewwel domanda għandu jkun ibbażat fuq l-ipoteżi li l-Istat Membru japplika livell wieħed li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>jirrifjuta r-riunifikazzjoni tal-familja lil sponsor li jkun ipprova li għandu riżorsi stabbli u regolari li huma suffiċjenti biex jipprovdi għall-bżonnijiet tiegħu stess u dawk tal-membri tal-familja tiegħu, iżda li, minħabba l-livell tad-dħul tiegħu, jista’ xorta jitlob assistenza speċjali fil-każ ta’ spejjeż partikolari u stabbiliti b’mod individwali bħala neċessarji għall-għajxien tiegħu, tnaqqis mit-taxxa mogħtija mill-awtoritajiet lokali skont id-dħul, jew miżuri ta’ appoġġ għad-dħul fil-kuntest tal-politika minima komunali (minimabeleid)<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, jidhirli li l-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva ma jipprekludix lil Stat Membru milli jispeċifika livell partikolari ta’ dħul, kemm-il darba jista’ jiġi applikat b’tali mod li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkustanzi partikolari f’kull każ.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-Artikolu 7(1)(ċ) jgħid li l-Istati Membri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>jistgħu jqisu il-livell ta’ pagi minimi nazzjonali u pensjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>. B’mod ċar, dan ma jeżiġix li kwalunkwe livell speċifikat ikun iffissat għal 100 % (jew xi perċentwali<?PAGE NO="I-1856"?> ieħor) tal-paga minima nazzjonali — u lanqas ma jista’, peress li seba’ Stati Membri ma għandhomx leġiżlazzjoni nazzjonali li tiffissa paga minima statutorja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>L-Awstrija, Ċipru, id-Danimarka (li ma hijiex marbuta bid-Direttiva), il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Italja u l-Isvezja ma għandhom ebda paga minima statutorja: ara <HT TYPE="ITALIC">Minimum wages in January 2009</HT>, Eurostat, Data in focus, 29/2009, p. 1.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kriterju li jista’ jintuża huwa dak ta’ riżorsi suffiċjenti għall-manteniment tal-familja riunita mingħajr ma wieħed jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali. Għalkemm, fejn teżisti, paga minima nazzjonali tista’ tidher li hija punt ta’ riferiment utli f’dan ir-rigward (peress li funzjoni waħda ta’ tali paga tista’ tkun li jiġi żgurat li l-ħtiġijiet tal-għajxien tal-ħaddiema jiġu pprovduti minn min iħaddem u mhux mill-Istat), wieħed ma jistax jassumi li din tikkoinċidi mal-livell ta’ dħul fejn l-għajnuna soċjali ma tibqax disponibbli. Għal diversi raġunijiet ta’ politika jew ekonomija, id-dritt għall-għajnuna soċjali jista’ jintemm taħt il-livell tal-paga minima jew ikompli ’l fuq minnha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Fil-fatt, matul is-seduta, il-Gvern Olandiż iddikjara li l-paga minima nazzjonali tiegħu kienet biżżejjed biex tkopri biss l-ispejjeż l-iktar bażiċi għal ħajja ta’ kuljum, u li assistenza soċjali speċjali hija kumpliment neċessarju sabiex jiġi żgurat livell ta’ għajxien minimu — dikjarazzjoni li tista’ tidher sorprendenti fid-dawl tal-għażla tiegħu ta’ paga minima netta bħala livell minimu ta’ dħul f’każijiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja, u dan b’mod speċjali meta jitqies li fil-Pajjiżi l-Baxxi l-paga minima hija t-tieni l-ogħla fl-Unjoni Ewropea f’termini ta’ standards ta’ saħħa u ta’ xiri (ara <HT TYPE="ITALIC">Minimum wages in January 2009</HT>, iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16, p. 3).</P></NOTE>. Li huwa ċar, madankollu, huwa li l-Artikolu 7(1)(ċ) ma jawtorizzax lill-Istati Membri biex jeżiġu riżorsi ikbar minn dawk li huma meħtieġa għall-manteniment tal-familja kollha mingħajr ma wieħed jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tagħhom, R. Chakroun u l-Gvern Olandiż issuġġerew li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>is-sistema ta’ għajnuna soċjali tal-Istat Membru kkonċernat<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> għandha tiġi ddefinita b’mod iktar preċiż.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>R. Chakroun issostni li, peress li l-Artikolu 7(1)(ċ) jirreferi għas-sistema ta’ għajnuna soċjali tal-<HT TYPE="ITALIC">Istat Membru,</HT> u l-livell ta’ pagi minimi <HT TYPE="ITALIC">nazzjonali</HT> u l-pensjonijiet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Bl-istess mod, fl-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) u, preċedentement, l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/364/KEE, tat-<DATE ISO="19900628">28 ta’ Ġunju 1990</DATE>, dwar id-dritt ta’ residenza (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol. 1, p. 3).</P></NOTE>, dan ma jippermettix l-użu ta’ kriterju bbażat fuq l-assistenza li tvarja minn lokalità għall-oħra, bħal ma huwa l-każ bit-tipi kollha ta’ assistenza speċjali inkwistjoni hawnhekk.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Minix għalkollox konvinta b’din is-sottomissjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1857"?><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Minn naħa, waqt li l-kunċett tas-sistema ta’ għajnuna soċjali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>ta’ Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> mingħajr dubju ma jinkludix inizjattivi purament lokali, għadd ta’ Stati Membri huma organizzati f’sistemi federali jew kważi federali ta’ gvernijiet fejn ir-responsabbiltà għal oqsma bħall-għajnuna soċjali tista’ tiġi ddelegata lill- awtoritajiet reġjonali jew ekwivalenti. Barra minn hekk, f’din il-kawża, it-tipi ta’ għajnuna li dwarhom tittratta d-domanda tar-Raad van State huma previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, għalkemm l-applikazzjoni ddettaljata tagħhom hija kwistjoni f’idejn l-awtoritajiet lokali.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Gvern Olandiż sostna, matul is-seduta, li l-livell ta’ 120 % kien intgħażel bħala medja nazzjonali li meta tinqabeż ma jibqax iktar possibbli li tintalab assistenza soċjali speċjali, iżda li dan id-dritt jista’ fil-fatt jintemm, skont il-muniċipalità responsabbli, fil-livell ta’ 110 % jew 130 % tal-paga minima. Għaldaqstant, jidher li livell uniformi ta’ 120 % jipprekludi r-riunifikazzjoni għal ċerti familji fejn ma jkun hemm ebda dritt għall-assistenza soċjali speċjali u jippermetti tali riunifikazzjoni għal ċerti familji fejn ikun hemm tali dritt. Dan ma jidhirx li huwa konsistenti mal-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva jew mal-ħtieġa għal evalwazzjoni individwali.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Il-Gvern Olandiż, min-naħa tiegħu, jikkunsidra li d-Direttiva tosserva l-varjetà tat-tipi u r-rati tas-sistemi ta’ għajnuna soċjali fid-diversi Stati Membri iżda li, madankollu, tista’ tinkiseb gwida mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-distinzjoni bejn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>benefiċċju<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> soċjali u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>assistenza<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> soċjali fil-kuntest tar-Regolament Nru 1408/71<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU, Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35), kif emendat. Ara, b’mod partikolari, il-Kawża C-78/91, tas-<DATE ISO="19920716">16 ta’ Lulju 1992</DATE>, Hughes, Ġabra p. I-4839, punti 17 u 18.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Dan is-suġġeriment jidher li huwa <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT> raġonevoli, għalkemm kif osservat il-Kummissjoni matul is-seduta, ir-raġuni għad-distinzjoni fil-kuntest tar-Regolament Nru 1408/71 (li jirrigwarda l-esportabbiltà tal-benefiċċji) ma jistax jiġi traspost fil-kuntesti l-oħra. Madankollu, fil-fehma tiegħi ma huwiex neċessarju għall-Qorti tal-Ġustizzja biex tieħu pożizzjoni definittiva, peress li ma huwiex ikkontestat — u lanqas ma jidher li huwa kontestabbli — li l-miżuri msemmija fid-domanda tar-Raad van State fil-fatt jikkostitwixxu għajnuna soċjali fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, jidher li huwa ferm iktar sinjifikattiv il-fatt li t-tipi ta’ għajnuna kkonċernati huma disponibbli biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali. Għalkemm huwa paċifiku li dawn jistgħu jkunu disponibbli għal dawk il-persuni li r-riżorsi tagħhom huma bejn 100 % u 120 % tal-paga minima,<?PAGE NO="I-1858"?> huwa wkoll ċar li ma humiex disponibbli għal dawn it-tipi kollha ta’ persuni. Fil-fatt, l-użu tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>eċċezzjonali<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> fil-leġiżlazzjoni neċessarjament timplika li huma disponibbli biss għal minoranza tal-popolazzjoni kkonċernata, u dan biss b’mod temporanju.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Matul is-seduta, il-Gvern Olandiż ddikjara li t-total tal-ammonti mħallsa bħala assistenza soċjali speċjali fl-2007 ammonta għal EUR 243 miljun, bi ħlasijiet medji ta’ EUR 150 fir-rigward ta’ kull ħlas. Jekk kull ħlas sar lil persuna differenti, dan jirrappreżenta madwar għaxra fil-mija tal-popolazzjoni tal-Pajjiżi l-Baxxi, għalkemm huwa ċar li ħlas annwali ta’ EUR 150 b’ebda mod ma huwa rrelatat mad-differenza fid-dħul nett annwali ta’ bejn 100 % u 120 % tal-paga minima, li, fuq iċ-ċifri mogħtija mill-qorti nazzjonali, ikun ftit iktar minn EUR <FT TYPE="NUMBER">2800</FT> fiż-żmien rilevanti. Naturalment, huwa impossibbli għall-Qorti tal-Ġustizzja biex tasal għal xi konklużjoni soda minn tali ċifri, iżda jista’ jidher plawżibbli li fil-fatt il-biċċa l-kbira tal-ħlasijiet ingħataw lil numru ferm iżgħar ta’ persuni, li minnhom proporzjon sinjifikattiv aktarx li jaqalgħu inqas mill-paga minima nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Iżda hi x’inhi l-verità, jidhirli li ċ-ċifri tal-Gvern ma jissostanzjawx b’mod kredibbli l-allegazzjoni tiegħu li livell uniformi ta’ dħul ta’ 120 % tal-paga minima nazzjonali huwa neċessarju sabiex jiġi żgurat li r-riunifikazzjoni tal- familja ma twassalx biex wieħed <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>jirrikorri għas-sistema ta’ għajnuna soċjali<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> — allegazzjoni li lanqas ma hija konsistenti mid-dikjarazzjoni tal-Gvern stess, ukoll matul is-seduta, li t-talbiet għal assistenza soċjali speċjali jiġu evalwati każ b’każ.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-ħtieġa għal evalwazzjoni każ b’każ li hija fattur predominanti tad-Direttiva, jidhirli li s-sempliċi possibbiltà li jkunu jistgħu jintalbu ċerti sistemi ta’ għajnuna soċjali f’ċirkustanzi eċċezzjonali (li wkoll jiġu evalwati każ każ) ma tistax tintuża bħala bażi għar-rifjut sistematiku ta’ applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja. Dan huwa b’kuntrast ma’ livell ta’ riżorsi li jfisser li individwu jew familja, awtomatikament, jirċievu l-għajnuna soċjali — sitwazzjoni li b’mod ċar taqa’ taħt il-kundizzjoni awtorizzata mill-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nikkunsidra li r-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun fis-sens li d-Direttiva ma tawtorizzax li rekwiżit ta’ riżorsi jiġi ddefinit b’mod bħal dan inkwistjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-1859"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha hawn fuq imsemmija, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti dawn ir-risposti għad-domandi magħmula mir-Raad van State:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>(1)</NO.P><TXT>L-Artikoli 2(d) u 7(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-<DATE ISO="20030922">22 ta’ Settembru 2003</DATE>, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, moqrija flimkien, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, fl-applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ riżorsi taħt l-Artikolu 7(1)(ċ), tagħmel distinzjoni skont jekk ir-relazzjonijiet familjari bdewx jeżistu qabel jew wara d-dħul ta’ resident fl-Istat Membru, inkwantu tali distinzjoni ma hijiex ibbażata fuq xi fattur oġġettiv relatat mal-livell ta’ riżorsi meħtieġa għall-manteniment tal- isponsor u tal-familja tiegħu jew tagħha u tapplika mingħajr ma jitqiesu ċ-ċirkustanzi ta’ kull każ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE ma jippermettix li Stat Membru jiffissa rekwiżit ta’ riżorsi li jwassal għar-rifjut sistematiku ta’ applikazzjoni għal riunifikazzjoni tal-familja f’każijiet fejn il-familja riunita ma jkollha ebda dritt awtomatiku għall-għajnuna soċjali, iżda biss dritt potenzjali f’ċirkustanzi eċċezzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>