Edizzjoni Provviżorja
KONKLUŻJONIJIET TAL‑AVUKAT ĠENERALI
RANTOS
ippreżentati fid‑19 ta’ Novembru 2026 (1)
Kawżi magħquda C‑890/24 P u C‑891/24 P
European Food SA,
Starmill SRL,
Multipack SRL,
Scandic Distilleries SA,
Ioan Micula (C‑890/24 P)
Viorel Micula,
European Drinks SA,
Rieni Drinks SA,
Transilvania General Import-Export SRL,
West Leasing SRL, anciennement West Leasing International SRL (C‑891/24 P)
vs
Il‑Kummissjoni Ewropea
“Appell – Għajnuna mill-Istat – Artikoli 107 u 108 TFUE – Trattat bilaterali tal-investiment – Ir‑Rumanija – Tħassir ta’ skema ta’ inċentivi fiskali qabel l-adeżjoni ta’ dan l-Istat Membru mal-Unjoni Ewropea – Deċiżjoni ta’ arbitraġġ li tagħti l-ħlas ta’ danni wara din l-adeżjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiddikjara li dan il-ħlas jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tiegħu – Kunċett ta’ ‘għajnuna mill-Istat’ – Vantaġġ – Imputabbiltà lill-Istat – Kompatibbiltà mas-suq intern – Irkupru”
I. Introduzzjoni
1. Permezz tal-appelli tagħhom, l-appellanti (2) jitolbu l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat‑2 ta’ Ottubru 2024, European Food et vs Il‑Kummissjoni (T‑624/15 RENV, T‑694/15 RENV u T‑704/15 RENV, iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”, EU:T:2024:659), li permezz tagħha hija ċaħdet ir-rikorsi tagħhom intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1470 tat‑30 ta’ Marzu 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38517 (2014/C) (ex 2014/NN) et seq implimentata mir-Rumanija — Deċiżjoni ta’ Arbitraġġ Micula vs ir‑Rumanija tal‑11 ta’ Diċembru 2013 (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni kontenzjuża”) (3).
2. Dawn il-kawżi jaqgħu fl-estensjoni tal-ġurisprudenza dwar ir-rabta bejn id-dritt tal-Unjoni u l-arbitraġġ ta’ investiment, b’mod partikolari tas‑6 ta’ Marzu 2018, Achmea (C‑284/16, iktar ’il quddiem is-“sentenza Achmea” jew il-“ġurisprudenza Achmea”, EU:C:2018:158). Huma jqajmu, essenzjalment, il-kwistjoni dwar jekk il-ħlas ta’ danni b’eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ mogħtija abbażi ta’ trattat bilaterali tal-investiment konkluż bejn żewġ Stati Membri qabel l-adeżjoni ta’ wieħed minnhom mal-Unjoni Ewropea jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, meta din id-deċiżjoni tkun intiża sabiex tikkumpensa lil investituri għad-dannu li jirriżulta mit-tħassir, minn dan l-Istat, ta’ skema ta’ inċentivi fiskali qabel l-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni.
II. Il-fatti li wasslu għall-kawża
3. Matul is-sena 1998, ir-Rumanija stabbilixxiet, permezz ta’ digriet governattiv ta’ urġenza (4), skema ta’ għajnuna li tipprevedi l-għoti ta’ diversi inċentivi fiskali lil ċerti investituri li għandhom ċertifikat ta’ investitur u li jwettqu investimenti f’reġjuni żvantaġġati (iktar ’il quddiem l-“inċentivi fiskali inkwistjoni”) (5).
4. Sa mis-sena 2000, il-kumpanniji European Food, Starmill u Multipack, li jappartjenu lil grupp ta’ impriżi mmexxi minn Ioan u Viorel Micula (iktar ’il quddiem l-“aħwa Micula”), ċittadini Żvediżi residenti fir-Rumanija, wettqu investimenti fil-kuntest tal-inċentivi inkwistjoni.
5. Fil-kuntest tan-negozjati ta’ adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni, li bdew fix-xahar ta’ Frar tal‑2000, dan l-Istat, fis‑26 ta’ Awwissu 2004, ħassar l-inċentivi fiskali inkwistjoni b’effett mit‑22 ta’ Frar 2005 (6). Imbagħad, ir-Rumanija aderixxiet mal-Unjoni fl‑1 ta’ Jannar 2007.
6. Fl-istess żmien, fit‑28 ta’ Lulju 2005, ħamsa mir-rikorrenti fl-ewwel istanza (iktar ’il quddiem ir-“rikorrenti fl-arbitraġġ”) (7) talbu t-twaqqif ta’ tribunal ta’ arbitraġġ abbażi tal-Artikolu 7 tal-Trattat Bilaterali tal-Investiment konkluż fid‑29 ta’ Mejju 2002 bejn il-Gvern Żvediż u dak Rumen għall-promozzjoni u l-protezzjoni reċiproka tal-investimenti (iktar ’il quddiem il-“BIT”) (8), sabiex jiksbu kumpens għad-danni minħabba t-tħassir tal-inċentivi fiskali inkwistjoni.
7. Permezz ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ tal‑11 ta’ Diċembru 2013 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni ta’ arbitraġġ”), it-Tribunal ta’ Arbitraġġ ikkunsidra li, billi ħassret dawn l-inċentivi fiskali, ir-Rumanija ma żguratx trattament ġust u ekwu lill-investimenti kkonċernati, u għaldaqstant, ikkundannaha tħallas lir-rikorrenti fl-arbitraġġ id-danni f’ammont ta’ 791 882 452 lei Rumen (RON) (madwar EUR 178 miljun)
8. Wara li adottat ordni ta’ sospensjoni (9), u mbagħad iddeċidiet li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE (10), il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni kontenzjuża. Permezz ta’ din id-deċiżjoni, hija kkunsidrat li l-ħlas ta’ danni mogħti mit-Tribunal ta’ Arbitraġġ lill-entità ekonomika waħda komposta mill-aħwa Micula, kif ukoll mill-kumpanniji European Food, Starmill, Multipack, Scandic Distilleries, European Drinks, Rieni Drinks, Transilvania General Import‑Export u West Leasing kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE u għalhekk kellu jiġi rkuprat (11).
9. L-appellanti ppreżentaw rikorsi intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni kontenzjuża, li l-Qorti Ġenerali laqgħet fl-ewwel sentenza tagħha. Minn naħa, hija ddeċidiet li l-Kummissjoni kienet inkompetenti u li d-dritt tal-Unjoni ma kienx applikabbli, kif ukoll, min-naħa l-oħra, li hija kienet ikklassifikat b’mod żbaljat bħala “vantaġġ” u bħala “għajnuna” fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, l-għoti ta’ danni mit-tribunal ta’ arbitraġġ. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali annullat id-Deċiżjoni kontenzjuża fl-intier tagħha, mingħajr ma eżaminat l-partijiet u l-motivi l-oħra tar-rikorsi.
10. Adita b’appell ippreżentat mill-Kummissjoni, , u b’appell inċidentali ppreżentat mir-Renju ta’ Spanja, il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza dwar l-appell, annullat l-ewwel sentenza tal-Qorti Ġenerali. Imbagħad hija stess iddeċidiet dwar il-kompetenza tal-Kummissjoni li tadotta d-Deċiżjoni kontenzjuża skont l-Artikolu 108 TFUE, mingħajr ma eżaminat l-appell inċidentali, u mbagħad bagħtet il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex hija tiddeċiedi dwar il-motivi u l-argumenti l-oħra.
11. Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors, wara li ċaħdet is-seba’ motivi mqajma mill-appellanti (12).
III. Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
12. Permezz tal-appelli rispettivi tagħhom fil-Kawżi C‑890/24 P u C‑891/24 P, l-appellanti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla, minn naħa, is-sentenza appellata, u min-naħa l-oħra, id-Deċiżjoni kontenzjuża, jew sussidjarjament, tibgħat lura l-Kawżi T‑624/15 u T‑694/15 quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid, kif ukoll tikkundanna lill-Kummissjoni u lill-partijiet intervenjenti għall-ispejjeż.
13. Il-Kummissjoni sostnuta mir-Renju ta’ Spanja u mir-Repubblika tal-Italja, titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li r-rikorsi huma ammissibbli u tiċħad ir-rikorsi bħala inammissibbli, jew sussidjarjament, tiċħad l-appelli bħala infondati, u fiż-żewġ każijiet, tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.
14. Permezz tal-appell inċidentali tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja, sostnut mill-Kummissjoni, jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata, tiddikjara r-rikorsi għal annullament inammissibbli u tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż.
15. Permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat‑12 ta’ Frar 2025, il-Kawżi C‑890/24 P u C‑891/24 P ġew magħquda għall-finijiet tal-fażijiet bil-miktub u orali tal-proċedura kif ukoll tas-sentenza.
IV. Analiżi
A. Fuq l-appell inċidentali
16. Permezz tal-appell inċidentali tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja, sostnut mill-Kummissjoni, jikkontesta ċ-ċaħda mill-Qorti Ġenerali, fil-punti 42 sa 54 tas-sentenza appellata, tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tar-rikorsi għal annullament, ibbażata fuq l-assenza ta’ “interess leġittimu” tar-rikorrenti fl-ewwel istanza li jiksbu l-annullament tad-Deċiżjoni kontenzjuża. F’dan ir-rigward, huwa jikkritika, it-tliet motivi li fuqhom il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha sabiex teskludi din l-eċċezzjoni (13), billi jargumenta, l-ewwel nett, li l-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza dwar l-appell, ma ddikjaratx b’mod impliċitu r-rikorsi ammissibbli, it-tieni nett, li l-Qorti Ġenerali eskludiet b’mod impliċitu, b’mod żbaljat, ir-rekwiżit li l-interess imfittex minn rikors għal annullament għandu jkun leġittimu, u t-tielet nett, li l-interess imfittex mir-rikorrenti fl-ewwel istanza ma kienx “leġittimu”, peress li dawn riedu, essenzjalment, jiksbu l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, u għalhekk, inapplikabbli.
17. Ser nagħmel biss xi osservazzjonijiet fil-qosor dwar dan l-appell inċidentali, li jidhirli li huwa manifestament destinat li jfalli. Fil-fatt, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxietx impliċitament l-ammissibbiltà tar-rikorsi fis-sentenza dwar l-appell (14), żewġ elementi huma suffiċjenti sabiex jiġi eskluż l-argument tar-Renju ta’ Spanja. L-ewwel nett, ir-rekwiżit ta’ interess ġuridiku “leġittimu”, distint minn “sempliċi” interess ġuridiku, ma għandux bażi la fid-dritt tal-Unjoni u lanqas fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (15). It-tieni nett, l-eventwali inapplikabbiltà tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ ma għandhiex effett fuq id-dritt tal-appellanti li jikkontestaw id-Deċiżjoni kontenzjuża, li tikkostitwixxi l-att li jikkawżalhom preġudizzju (16). Barra minn hekk, il-kwistjoni tal-inapplikabbiltà possibbli tad-deċiżjoni arbitrali taqa’ taħt il-fondatezza tar-rikors u ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni fl-istadju tal-eżami tal-ammissibbiltà tiegħu (17).
B. Fuq l-appelli prinċipali
18. L-aggravji u l-argumenti mressqa mill-appellanti jinqasmu, essenzjalment, f’żewġ tipi ta’ argumenti, relatati, l-ewwel, mal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, u t-tieni, mal-applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (18).
1. Fuq l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ
19. Permezz tal-ewwel u s-seba’ aggravju tal-appell fil-Kawża C‑890/24 P, kif ukoll tal-ewwel, it-tieni u d-disa’ aggravju tal-appell fil-Kawża C‑891/24 P, l-appellanti jikkontestaw, essenzjalment, l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali dwar l-interpretazzjoni tal-ġurisprudenza Achmea (iktar ’il quddiem taħt (c)) u dwar l-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE (iktar ’il quddiem taħt (d)). Huma jikkritikaw ukoll lill-Qorti Ġenerali li wettqet sostituzzjoni ta’ motivi, argument li ser jiġi eżaminat fl-ewwel lok (iktar ’il quddiem taħt (b)). Peress li l-argumenti kollha mressqa mill-appellanti jirrigwardaw, fl-aħħar mill-aħħar, l-evalwazzjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni eskludiet, fil-premessi 126 sa 129 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, l-applikazzjoni tal-Artikolu 351 TFUE, evalwazzjoni kkonfermata mill-Qorti Ġenerali fil-punti 73 sa 112 tas-sentenza appellata, jidhirli li huwa utli li jitfakkru, preliminarjament, l-elementi prinċipali ta’ din id-dispożizzjoni, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll il-punti rilevanti ta’ din id-deċiżjoni u ta’ din is-sentenza (iktar ’il quddiem taħt (a)).
a) Osservazzjonijiet preliminari
20. B’konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE, id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali konklużi bejn l-Istati Membri, qabel id-data tal-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni, minn naħa, u Stat terz wieħed jew iktar, min-naħa l-oħra, ma humiex affettwati bid-dispożizzjonijiet tat-Trattati.
21. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, din id-dispożizzjoni, li tapplika, minħabba l-portata ġenerali tagħha, għal kull ftehim internazzjonali li jista’ jkollu effett fuq l-applikazzjoni tat-Trattati tal-Unjoni, irrispettivament mis-suġġett tiegħu, hija intiża sabiex tissalvagwardja d-drittijiet tal-Istati terzi billi tippermetti li l-Istati Membri kkonċernati josservaw l-impenji li huma ħadu fir-rigward ta’ dawn tal-aħħar permezz ta’ ftehimiet internazzjonali preċedenti għall-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, hija ma tawtorizzax lill-Istati Membri jinvokaw drittijiet li jirriżultaw minn tali ftehimiet fir-relazzjonijiet interni tagħhom fl-Unjoni. Isegwi li l-kliem “drittijiet u obbligi” li jinsabu fl-imsemmija dispożizzjoni jirreferu, fir-rigward tad-“drittijiet”, għal dawk tal-Istati terzi u, fir-rigward tal-“obbligi”, għal dawk tal-Istati Membri. Għalhekk, sabiex jiġi ddeterminat jekk ftehim internazzjonali preċedenti jistax jostakola l-applikazzjoni ta’ regola tad-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi eżaminat jekk dan il-ftehim jimponix fuq l-Istat Membru kkonċernat obbligi li l-eżekuzzjoni tagħhom għadha tista’ tintalab mill-Istati terzi partijiet għalih. Għalhekk, l-applikazzjoni tal-istess dispożizzjoni hija suġġetta għal kundizzjoni doppja li dan ikun ftehim konkluż qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattati tal-Unjoni fl-Istat Membru kkonċernat u li l-Istat terz ikkonċernat jislet minnu drittijiet li huwa jista’ jeżiġi r-rispett tagħhom minn dan l-Istat Membru. Għalhekk, Stat Membru ma jistax jinvoka l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE, meta fil-każ inkwistjoni, id-drittijiet tal-Istati terzi ma humiex inkwistjoni (19).
22. Fil-premessi 126 sa 129 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni, essenzjalment, eskludiet l-applikazzjoni tal-Artikolu 351 TFUE għal żewġ raġunijiet. Fl-ewwel lok, il-BIT kien ġie konkluż bejn żewġ Stati Membri tal-Unjoni, u fit-tieni lok, ebda Stat terz parti għall-Konvenzjoni dwar l-ICSID ma kien parti għal dan il-BIT.
23. Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonfermat l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 351 TFUE billi ċaħdet it-tieni parti tal-ewwel motiv tar-rikorsi. Wara li fakkret, fil-punti 73 sa 89 ta’ din is-sentenza, il-kontenut tad-dispożizzjonijiet eżaminati (jiġifieri l-Artikolu 351 TFUE, il-Konvenzjoni dwar l-ICSID u l-BIT) kif ukoll il-partijiet rilevanti tad-Deċiżjoni kontenzjuża, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argumenti tal-appellanti bħala infondati għal tliet raġunijiet. Fil-punti 90 sa 98 tal-imsemmija sentenza, hija eskludiet li l-BIT nissel, għar-Rumanija, obbligi li jaqgħu taħt l-Artikolu 351 TFUE (l-ewwel raġuni) (20). Fil-punti 99 sa 109 tal-istess sentenza, hija eskludiet l-eżistenza ta’ tali obbligi abbażi tal-Konvenzjoni dwar l-ICSID. F’dan ir-rigward, hija ddeċidiet, fil-punti 101 sa 105 tas-sentenza appellata, li d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, mogħtija wara l-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni, ma għandha ebda effett skont l-Artikoli 53 u 54 ta’ din il-konvenzjoni li jista’ jnissel, favur Stati terzi, drittijiet li għalihom jikkorrispondu obbligi tar-Rumanija li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE (it-tieni raġuni) (21). Min-naħa l-oħra, fil-punti 106 u 107 ta’ din is-sentenza, billi bbażat ruħha fuq il-punti 75 u 76 tas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit (Sentenza tal-Qorti Suprema), il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument tal-appellanti li l-Istati terzi partijiet għall-imsemmija konvenzjoni seta’ jkollhom interess li r-Rumanija tosserva l-obbligi tagħha billi teżegwixxi d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, peress li tali interess, ta’ natura purament fattwali, ma jistax jiġi assimilat għal “dritt” fis-sens tal-Artikolu 351 TFUE (it-tielet raġuni) (22).
b) Fuq is-sostituzzjoni ta’ motivi
24. Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju tal- appell fil-Kawża C‑890/24 P u tat-tieni aggravju tal-appell fil-Kawża C‑891/24 P, kif ukoll permezz tal-ewwel argument tagħhom tat-tieni parti tas-seba’ u d-disa’ aggravju rispettiv tagħhom, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li wettqet sostituzzjoni ta’ motivi fis-sentenza appellata. Huma jsostnu, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali bbażat l-evalwazzjoni tagħha fuq kunsiderazzjonijiet li ma jinstabux fil-motivazzjoni tad-Deċiżjoni kontenzjuża. Minn naħa, dawn jirrigwardaw il-konstatazzjoni li d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ kienet inapplikabbli skont id-dritt tal-Unjoni, li kien jostakola l-eżekuzzjoni tagħha fir-Rumanija (23), u min-naħa l-oħra, il-kunsiderazzjonijiet dwar in-natura multilaterali tal-Konvenzjoni dwar l-ICSID u dwar l-eżistenza, għall-Istati terzi partijiet għal din il-konvenzjoni, ta’ interess purament fattwali li r-Rumanija tosserva l-obbligi imposti fuqha minnha.
25. F’dan ir-rigward, nirrileva, fl-ewwel lok, li fil-premessa 132 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni enfasizzat li l-kumpens kien, f’dan il-każ, ingħata lill-appellanti abbażi ta’ BIT intra‑UE li hija kkunsidrat ivvizzjat b’nullità mid-data ta’ adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni (24). Evalwazzjoni simili tirriżulta mill-premessi 114, 120 u 128 ta’ din id-deċiżjoni. Jidhirli li din il-pożizzjoni taqbel ma’ dik espressa diversi drabi mill-Qorti Ġenerali, li tipprovdi li r-Rumanija kellha teskludi d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ (25).
26. Fit-tieni lok, infakkar li, kif jirriżulta mill-punti 16 sa 19 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Kummissjoni eskludiet l-applikazzjoni tal-Artikolu 351 TFUE għal każ inkwistjoni, billi fil-premessa 129 tad-Deċiżjoni kontenzjuża rrilevat, li ebda Stat terz firmatarju tal-Konvenzjoni dwar l-ICSID ma kien parti għall-BIT inkwistjoni. Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonfermat, qabelxejn, din il-konstatazzjoni, u mbagħad ċaħdet l-argument tal-appellanti bbażat fuq l-eżistenza, għall-Istati terzi partijiet għall-Konvenzjoni dwar l-ICSID, ta’ interess li r-Rumanija tosserva l-obbligi imposti fuqha skont din il-konvenzjoni. Għalhekk, isegwi li l-Qorti Ġenerali ma ssostitwixxietx il-motivazzjoni tagħha għal dik tal-Kummissjoni.
27. Barra minn hekk, nirrileva li l-appellanti ma ppreżentaw ebda osservazzjoni speċifika dwar l-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE matul il-proċedura amministrattiva, minkejja li l-Kummissjoni kienet qajmet din il-kwistjoni fid-deċiżjoni ta’ ftuħ (26).. Dan il-fatt jikkontribwixxi sabiex tiġi spjegata n-natura konċiża tal-motivazzjoni tad-Deċiżjoni kontenzjuża dwar dan il-punt. Min-naħa l-oħra, il-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-iskambji numerużi li seħħew bejn il-partijiet matul it-tliet fażijiet tal-proċedura ġudizzjarja, jiġifieri l-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-proċedura ta’ rinviju quddiem il-Qorti Ġenerali
28. F’dawn iċ-ċirkustanzi, nipproponi li l-argumenti tal-appellanti bbażati fuq sostituzzjoni ta’ motivi għandhom jiġu miċħuda (27)
c) Fuq l-interpretazzjoni tal-ġurisprudenza Achmea
29. Permezz tal-ewwel aggravju tal-ewwel appell kif ukoll tal-ewwel u t-tieni aggravju tat-tieni appell, l-appellanti jargumentaw, essenzjalment, li fis-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-ġurisprudenza Achmea (28).
30. F’dan ir-rigward, infakkar li, fis-sentenza Achmea, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikoli 267 u 344 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sena li jipprekludu dispożizzjoni inkluża fi ftehim internazzjonali konkluż bejn żewġ Stati Membri li tipprovdi li investitur ta’ wieħed minn dawn l-Istati Membri jista’, fil-każ ta’ tilwima dwar investimenti fl-Istat Membru l-ieħor, jintroduċi proċedura kontra dan l-Istat Membru tal-aħħar quddiem tribunal ta’ arbitraġġ, li dan l-Istat Membru huwa obbligat jaċċetta l-kompetenza tiegħu (29). Din is-sentenza kienet tirrigwarda trattat bilaterali tal-investiment konkluż qabel l-adeżjoni ta’ wieħed mill-Istati kontraenti mal-Unjoni, li abbażi tiegħu proċedura ta’ arbitraġġ kienet ġiet mibdija wara din id-data(30).
31. Fis-sentenza dwar l-appell, il-Qorti tal-Ġustizzja, wara li fakkret il-ġurisprudenza stabbilita tagħha li tipprovdi li d-data li fiha ġiet adottata miżura ta’ għajnuna tikkorrispondi għall-mument li fih, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, il-benefiċjarju jgawdi minn dritt ċert li jirċievi din l-għajnuna u l-Istat ikkonċernat huwa korrelattivament marbut li jagħtiha (31). Billi applikat dan il-prinċipju għal dan il-każ, hija ddeċidiet li d-dritt għall-kumpens, li jikkostitwixxi l-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni, kien ingħata biss mid-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, li mhux biss kienet irrikonoxxiet l-eżistenza ta’ dan id-dritt, iżda wkoll iddeterminat l-ammont tal-kumpens (32). B’mod iktar partikolari, fir-rigward tal-punti kkontestati ta’ din id-deċiżjoni (33), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, sussidjarjament , li l-ġurisprudenza Achmea kienet applikabbli għall-proċedura ta’ arbitraġġ, minkejja li kemm il-BIT kif ukoll il-proċedura ta’ arbitraġġ kienu preċedenti għall-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni. Hija bbażat din il-konklużjoni, essenzjalment, fuq żewġ kunsiderazzjonijiet: minn naħa, il-kumpens mitlub mir-rikorrenti fl-arbitraġġ ma kienx jirrigwarda esklużivament id-danni allegatament imġarrba qabel din id-data ta’ adeżjoni (34), u min-naħa l-oħra, it-tliet kundizzjonijiet stabbiliti mis-sentenza Achmea kienu ssodisfatti f’dan il-każ (35). Minn dan il-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet li d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ ma setgħetx tiġi eżegwita fl-Unjoni.
32. Il-Qorti Ġenerali laqgħet din il-konklużjoni f’diversi partijiet tas-sentenza appellata (36). F’dan ir-rigward, hija tirreferi wkoll għad-digriet tal‑21 ta’ Settembru 2022, Romatsa et, li permezz tiegħu l-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat il-portata tas-sentenza tagħha dwar l-appell (37).
33. L-appellanti jikkontestaw ir-rilevanza tal-interpretazzjoni tal-ġurisprudenza Achmea sostnuta mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza dwar l-appell, għar-raġuni li din twettqet sussidjarjament (38). Barra minn hekk, huma jressqu żewġ argumenti kontra l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali.
34. F’dan ir-rigward, inqis, qabelxejn, li għall-kuntrarju ta’ dak li jsostnu l-appellanti, ir-rilevanza tal-interpretazzjoni tal-ġurisprudenza Achmea sostnuta mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha dwar l-appell ma tistax tiġi kkontestata. Fil-fatt, fil-punt 137 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet espressament li l-Qorti Ġenerali kienet wettqet żball ta’ liġi billi kkunsidrat li din il-ġurisprudenza ma kinitx rilevanti f’dan il-każ. Fil-punti 138 sa 145 tal-imsemmija sentenza, hija esponiet ir-raġunijiet li jiġġustifikaw din il-konklużjoni. Għalhekk, l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja kienet mhux biss rilevanti, iżda wkoll vinkolanti għall-Qorti Ġenerali meta hija ddeċidiet mill-ġdid fis-sentenza appellata.
35. Imbagħad, permezz tat-tieni argument, li għandu jiġi eżaminat qabel kollox, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li interpretat ħażin il-punt 145 tas-sentenza dwar l-appell, li jipprovdi li s-sistema ta’ rimedji ġudizzjarji prevista mit-Trattati UE u FUE ssostitwixxiet il-proċedura ta’ arbitraġġ sa “mill-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni” (39), kif ukoll il-punti 43 u 44 tad-digriet Romatsa et, li għalihom jirreferi dan il-punt.L-appellanti jagħmlu distinzjoni bejn, minn naħa, l-offerta ta’ arbitraġġ inkwistjoni, ġenerali u permanenti, magħmula mir-Rumanija fl-Artikolu 7 tal-BIT, u min-naħa l-oħra, il-kunsens ta’ dan l-Istat għall-arbitraġġ. Huma jsostnu li dan il-kunsens ipproduċa l-effetti tiegħu fir-rigward tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ sa mill-konklużjoni valida tal-ftehim ta’ arbitraġġ, matul is-sena 2005, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk l-offerta ta’ arbitraġġ baqgħetx valida wara l-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni (40).
36. F’dan ir-rigward, nirrileva li l-Qorti tal-Ġustizzja, fil-punti 143 sa 145 tas-sentenza dwar l-appell, iddeċidiet li, sa mill-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni, is-sistema ta’ rimedji ġudizzjarji prevista mit-Trattati UE u FUE ssostitwixxiet il-mekkaniżmu ta’ arbitraġġ previst mill-BIT, b’tali mod li l-“kunsens” tar-Rumanija għall-arbitraġġ kien sar nieqes minn kull skop. Huwa minnu li, kif jenfasizzaw l-appellanti, il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet għall-“kunsens” mogħti waqt il-konklużjoni tal-BIT, li jikkorrispondi, b’mod iktar preċiż, għall-offerta ta’ arbitraġġ magħmula mir-Rumanija (41). Madankollu, din ir-referenza ma tistax tiġi interpretata fis-sens mogħti mill-appellanti, li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet biss dwar il-validità ta’ din l-offerta għall-futur, mingħajr preġudizzju għall-validità tal-kunsens għall-arbitraġġ mogħti, skonthom, b’mod impliċitu, mir-Rumanija waqt il-konklużjoni tal-ftehim ta’ arbitraġġ. Fil-fatt, fil-punti 140 sa 142 tas-sentenza dwar l-appell, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet diġà ddeċidiet li d-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-ġurisprudenza Achmea, kien applikabbli għall-proċedura ta’ arbitraġġ kontenzjuża. Hija bbażat ruħha, essenzjalment, fuq il-fatt li l-kumpens mitlub mir-rikorrenti fl-arbitraġġ ma kienx jirrigwarda esklużivament id-danni allegatament imġarrba qabel id-data tal-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni. Fil-punti 143 sa 145 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat din l-evalwazzjoni bi tweġiba għal argument tal-appellanti, billi eskludiet it-teżi tagħhom li l-offerta ta’ arbitraġġ magħmula fil-kuntest tal-BIT setgħet tiġġustifika l-validità ta’ proċedura ta’ arbitraġġ mibdija abbażi ta’ dan il-ftehim wara l-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni (42).
37. Bħala konklużjoni, inqis li fis-sentenza dwar l-appell, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’mod definittiv dwar l-applikazzjoni tal-ġurisprudenza Achmea għal dan il-każ u li l-interpretazzjoni hekk sostnuta kienet imposta fuq il-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-proċedura tar-rinviju. Għalhekk, ma huwiex neċessarju li jiġi eżaminat l-ewwel argument tal-appellanti, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali kienet applikat b’mod żbaljat din il-ġurisprudenza għal dan il-każ (43), peress li dan l-argument iwassal, essenzjalment, sabiex jikkontesta kwistjonijiet diġà deċiżi mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza dwar l-appell (44).
d) Fuq l-applikazzjoni tal-Artikolu 351 TFUE
38. Permezz tas-seba’ u d-disa’ aggravju tal-appell rispettiv tagħhom, li jinqasmu f’żewġ partijiet, l-appellanti jikkritikaw, essenzjalment, lill-Qorti Ġenerali li kisret l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE billi eskludiet, abbażi tal-Konvenzjoni dwar l-ICSID, l-eżistenza, ta’ obbligu għar-Rumanija li teżegwixxi d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, jewta’ drittijiet favur Stati terzi għall-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni.
1) Fuq l-obbligu li tiġi eżegwita d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ abbażi tal-Konvenzjoni dwar l-ICSID
39. Permezz tal-ewwel parti tagħhom, l-appellanti jikkontestaw, essenzjalment, il-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali, fil-punti 104 u 105 tas-sentenza appellata, li tipprovdi li l-Artikoli 53 u 54 tal-Konvenzjoni dwar l-ICSID ma jnisslu ebda obbligu għar-Rumanija fir-rigward tal-Artikolu 351 TFUE, konklużjoni bbażata fuq il-ġurisprudenza Achmea (45). Din il-parti tinkludi tliet argumenti. L-ewwel u t-tielet jirriproduċu, essenzjalment, argumenti diġà eżaminati fil-kuntest tal-ewwel aggravju tal-appelli (46). It-tieni huwa bbażat fuq l-eżistenza u l-estensjoni tad-drittijiet u obbligi fir-rigward ta’ Stati terzi, li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali preċedenti u protetti mill-Artikolu 351 TFUE, li għandhom jiġu ddeterminati fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-ftehimiet biss, mingħajr ma d-dritt tal-Unjoni għandu effett fuq il-validità ta’ dawn id-drittijiet u obbligi.
40. F’dan ir-rigward, huwa suffiċjenti li jiġi rrilevat li, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE la jirreferi għad-dritt tal-Istati Membri u lanqas għad-dritt internazzjonali. Għalhekk, il-kunċetti li huwa juża jikkostitwixxu kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni, li s-sens u l-portata tagħhom għandhom jiġu interpretati b’mod uniformi fl-Unjoni kollha, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, iżda wkoll l-għan u l-kuntest tagħha (47). Barra minn hekk, naqbel mal-analiżi tal-Kummissjoni li tipprovdi li l-Artikoli 53 u 54 tal-Konvenzjoni dwar l-ICSID huma ta’ natura purament proċedurali u ma jistgħux, għall-kuntrarju tal-allegazzjonijiet tal-appellanti, inisslu obbligi distinti u awtonomi fuq il-partijiet kontraenti, indipendentement mill-eżistenza ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ (48).
2) Fuq l-eżistenza ta’ drittijiet favur Stati terzi abbażi tal-Konvenzjoni ICSID
41. Permezz tat-tieni parti tagħhom, l-appellanti jikkritikaw, essenzjalment, l-evalwazzjoni sussidjarja magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-punti 106 sa 109 tas-sentenza appellata, li tipprovdi li l-interess tal-Istati terzi partijiet għall-Konvenzjoni dwar l-ICSID li r-Rumanija tosserva l-obbligi tagħha imposti fuqha skont din il-konvenzjoni, ta’ natura purament fattwali, ma jistax jiġi assimilat għal “dritt” li jista’ jiġġustifika l-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE.
42. Preliminarjament, nikkonstata li, f’diversi mill-argumenti tagħhom, l-appellanti jikkontestaw il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit (Sentenza tal-Qorti Suprema), kif diġà kienu għamlu fir-rigward tad-digriet Romatsa et fil-kuntest tal-kontestazzjoni tagħhom tal-interpretazzjoni tas-sentenza Achmea. Ċertament, l-appellanti jistgħu jistiednu b’mod leġittimu lill-Qorti tal-Ġustizzja teżamina mill-ġdid il-prinċipji li hija stabbilixxiet fil-ġurisprudenza tagħha. Madankollu, jidhirli li huwa diffiċli li l-Qorti Ġenerali tiġi kkritikata bi żball ta’ liġi għar-raġuni li hija ma eskludietx ġurisprudenza li l-portata tagħha kienet inekwivoka.
43. Permezz tat-tieni argument tagħhom (49), l-appellanti jsostnu li, għall-kuntrarju ta’ dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali fil-punt 80 tas-sentenza appellata, l-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE teħtieġ biss li tintwera l-eżistenza ta’ obbligu ta’ Stat Membru fir-rigward ta’ Stat terz, mingħajr ma huwa neċessarju li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dritt ta’ dan tal-aħħar. Skonthom, huwa suffiċjenti, f’dan is-sens, li l-partijiet kontraenti jkollhom interess komuni, ibbażat fuq intenzjoni komuni (50).
44. F’dan ir-rigward, huwa suffiċjenti li jitfakkar li, b’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja msemmija fil-punt 17 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-Istati Membri ma jistgħux jinvokaw din id-dispożizzjoni meta ma jkunux inkwistjoni drittijiet ta’ Stati terzi (51). Barra minn hekk, l-interpretazzjoni li sempliċi interess komuni tal-partijiet kontraenti huwa suffiċjenti sabiex l-imsemmija dispożizzjoni tkun applikabbli ma għandha ebda bażi fil-formulazzjoni tagħha, li tirreferi espliċitament għad-“drittijiet” li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali (52).
45. Permezz tat-tielet argument tagħhom, l-appellanti jargumentaw li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 351 TFUE, l-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-ICSID, li l-Unjoni ma hijiex parti għaliha, tikkostitwixxi kwistjoni fattwali, u mhux ta’ liġi, li l-evalwazzjoni tagħha taqa’ esklużivament taħt il-qorti nazzjonali u mhux taħt l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mill-qorti tal-Unjoni (53). Minn dan jiddeduċu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-punt 106 tas-sentenza appellata billi ddeċidiet, abbażi tal-punti 75 u 76 tas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit (Sentenza tal-Qorti Suprema), li interess purament fattwali, bħal dak tal-Istati terzi partijiet għall-Konvenzjoni dwar l-ICSID li r-Rumanija tosserva l-obbligi imposti fuqha minnha, ma jistax jiġi assimilat għal “dritt” fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE.
46. F’dan ir-rigward, huwa suffiċjenti li jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-interess purament fattwali li l-Istati terzi li kkonkludew il-Konvenzjoni dwar l-ICSID jista’ jkollhom li Stat Membru josserva l-obbligi tiegħu fir-rigward tagħha, ma jistax jiġi assimilat għal “dritt” li jista’ jiġġustifika l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni (54).
47. Permezz tar-raba’ argument tagħhom, l-appellanti fil-Kawża C‑890/24 P jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li ma evalwatx b’mod korrett l-argumenti u l-provi dwar in-natura vinkolanti tal-obbligi tar-Rumanija skont il-Konvenzjoni dwar l-ICSID u jressqu diversi sottoargumenti f’dan ir-rigward.
48. Preliminarjament, peress li ġiet konkluża l-assenza ta’ żbalji ta’ liġi tal-Qorti Ġenerali meta hija eskludiet l-eżistenza, fir-rigward tad-dritt tal-Unjoni, ta’ obbligi vinkolanti imposti fuq ir-Rumanija skont il-Konvenzjoni dwar l-ICSID, nikkunsidra li l-argumenti ulterjuri u l-provi pprodotti insostenn tagħhom huma ineffettivi.
49. Fi kwalunkwe każ, l-ewwel nett, huwa ineżatt li jiġi sostnut li l-Kummissjoni ma kkontestatx, fir-risposta tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali, li l-Konvenzjoni dwar l-ICSID kienet ħolqot obbligi erga omnes (55); it-tieni nett, l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali naqset milli twieġeb għall-argument ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 351 TFUE ma jimponi ebda rekwiżit addizzjonali fir-rigward tal-interess tal-Istati terzi, peress li l-eżistenza ta’ obbligu preeżistenti li jirriżulta minn ftehim konkluż ma’ Stat terz hija stabbilita, hija bbażata fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata (56); it-tielet nett, l-appellanti jinterpretaw ukoll b’mod żbaljat il-punt 425 ta’ din is-sentenza meta jsostnu li l-Qorti Ġenerali ma eżaminatx l-argumenti u l-provi tagħhom relatati man-natura multilaterali tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikoli 53 u 54 tal-Konvenzjoni dwar l-ICSID għall-unika raġuni li l-ammissibbiltà tagħhom kienet ġiet ikkontestata, mingħajr ma ddeċidiet dwar din il-kwistjoni (57); ir-raba’ nett, l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali, fis-sentenza appellata, naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni r-rilevanza tas-sentenza tas-Supreme Court of the United Kingdom (il-Qorti Suprema tar-Renju Unit), tad‑19 ta’ Frar 2020, fil-kawża Micula vs Ir‑Rumanija, għar-raġuni li din kienet tirrigwarda biss deċiżjoni mogħtija minn qorti kompetenti ta’ Stat parti għall-Konvenzjoni dwar l-ICSID fir-rigward tan-natura bilaterali jew multilaterali tal-obbligi li jirriżultaw minn din il-konvenzjoni, ma hijiex determinanti (58); il-ħames nett, l-argument li fis-sentenza Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit (Sentenza tal-Qorti Suprema), il-Qorti tal-Ġustizzja ma kinitx eżaminat l-obbligi tar-Rumanija skont l-Artikoli 53 u 54 tal-imsemmija konvenzjoni, iżda sempliċement dawk tar-Renju Unit skont l-Artikolu 54 tal-istess konvenzjoni, huwa ineffettiv ukoll (59).
50. Permezz tal-aħħar argument tagħhom, imressaq sussidjarjament, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li wettqet żball billi ddeċidiet li l-Artikoli 53 u 54 tal-Konvenzjoni dwar l-ICSID ma jagħtux drittijiet favur Stati terzi partijiet għal din il-konvenzjoni.
51. F’dan ir-rigward, nirrileva li l-kwistjoni dwar jekk dawn id-dispożizzjonijiet, u b’mod iktar ġenerali l-Konvenzjoni dwar l-ICSID, jagħtux drittijiet favur Stati terzi li huma partijiet għaliha, hija s-suġġett ta’ dibattitu dottrinali wiesa’, li jaqa’ f’riflessjoni, b'mod iktar ġenerali dwar in-natura, kontroversjalital-obbligi li jirriżultaw minn ftehimiet internazzjonali multilaterali (60). Għalhekk, fir-rigward speċifikament tal-Konvenzjoni dwar l-ICSID, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ppreċiżat, fil-punt 75 tas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit (Sentenza tal-Qorti Suprema), mogħtija fil-kuntest tal-istess deċiżjoni ta’ arbitraġġ, li din il-konvenzjoni, minkejja n-natura multilaterali tagħha, għandha l-għan li tirregola relazzjonijiet bilaterali bejn il-partijiet kontraenti, bħal trattat bilaterali. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li wettqet żball ta’ liġi billi kkonformat ruħha ma’ din il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.
2. Fuq l-applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-“għajnuna mill-Istat”
52. Permezz tat-tieni u s-sitt aggravju tal-appell fil-Kawża C‑890/24 P u tat-tielet u s-seba’ aggravju tal-appell fil-Kawża C‑891/24 P, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali, essenzjalment, li laqgħet il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, fid-Deċiżjoni kontenzjuża, dwar il-klassifikazzjoni tal-miżura inkwistjoni bħala “għajnuna mill-Istat”. B’mod iktar preċiż, huma jikkontestaw l-evalwazzjoni magħmula dwar il-kundizzjonijiet tal-eżistenza ta’ “vantaġġ ekonomiku” favur tagħhom u tal-“imputabbiltà” ta’ din il-miżura lir-Rumanija (iktar ’il quddiem taħt (a)), dwar l-inkompatibbiltà tal-imsemmija miżura (iktar ’il quddiem taħt (b)), dwar id-determinazzjoni tal-benefiċjarji tagħha (iktar ’il quddiem taħt (c)), kif ukoll dwar l-irkupru tal-għajnuna ddikjarata illegali (iktar ’il quddiem taħt (d)).
a) Fuq il-klassifikazzjoni tal-miżura kontenzjuża bħala għajnuna mill-Istat
1) Fuq il-klassifikazzjoni tal-miżura kontenzjuża bħala “vantaġġ ekonomiku”
53. Permezz tat-tieni u t-tielet aggravju tal-appell rispettiv tagħhom, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li laqgħet il-konklużjoni tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni kontenzjuża dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku. Dawn l-aggravji jirrigwardaw, essenzjalment, żewġ aspetti: minn naħa, l-identifikazzjoni żbaljata tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni (iktar ’il quddiem taħt (i)), u min-naħa l-oħra, l-evalwazzjoni żbaljata tal-kriterju tal-vantaġġ, b’mod partikolari fir-rigward tal-prinċipji stabbiliti fis-sentenzi tas‑27 ta’ Settembru 1988, Asteris et (61), kif ukoll tat‑12 ta’ Jannar 2023, DOBELES HES (62) (iktar ’il quddiem taħt (ii)).
i) Fuq l-identifikazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni
54. Skont l-appellanti fil-Kawża C‑890/24 P, il-Qorti Ġenerali żnaturat l-argument tagħhom dwar il-konstatazzjoni, fid-Deċiżjoni kontenzjuża, tal-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku. L-appellanti fil-Kawża C‑891/24 P jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li wettqet sostituzzjoni ta’ motivi għal dak li jirrigwarda l-identifikazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni. Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-ilment ibbażat fuq l-iżnaturament tal-argument imressaq fl-ewwel istanza mill-appellanti fil-Kawża C‑890/24 P, dawn jargumentaw li, għall-kuntrarju ta’ dak li jirriżulta mill-punti 120 u 124 tas-sentenza appellata, huma ma jikkontestawx li l-Kummissjoni kienet identifikat il-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni fil-ħlas tas-somom kontenzjużi, u mhux fid-deċiżjoni ta’ arbitraġġ. Min-naħa l-oħra, huma jsostnu li din l-identifikazzjoni kienet żbaljata, peress li kull eventwali vantaġġ ekonomiku seta’ jirriżulta biss mid-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, u mhux mill-ħlas ta’ dawn is-somom.
55. F’dan ir-rigward, huwa minnu li, fil-punt 136 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument ibbażat fuq l-identifikazzjoni żbaljata tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni, għar-raġuni li l-Kummissjoni setgħet ġustament tiddefinixxi din il-miżura bħala li tikkonsisti fil-ħlas tas-somom kontenzjużi. Għalhekk, indipendentement mill-fatt li l-argument imressaq mill-appellanti ma kienx ċar u seta’ jinftiehem bħala li jikkritika lill-Kummissjoni bi żball fl-identifikazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna (63), jidhirli li, fi kwalunkwe każ, jekk jiġi preżunt li l-miżura hekk identifikata mill-Kummissjoni ma tistax tikkostitwixxi “għajnuna mill-Istat” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, l-iżball eventwalment imwettaq mill-Kummissjoni ma jirrigwardax l-identifikazzjoni ta’ din il-miżura, iżda l-evalwazzjoni tagħha fir-rigward ta’ din id-dispożizzjoni, u din il-kwistjoni taqa’ taħt l-ilmenti segwenti (64).
56. Fit-tieni lok, fir-rigward tal-argument ibbażat fuq sostituzzjoni ta’ motivi, l-appellanti fil-Kawża C‑891/24 P isostnu li, minkejja li l-Qorti Ġenerali ċaħdet, fil-punt 132 tas-sentenza appellata, l-argument tal-Kummissjoni li l-miżura eżaminata kellha tiġi kkunsidrata bħala miżura unika kkostitwita mid-deċiżjoni ta’ arbitraġġ u l-eżekuzzjoni tagħha, madankollu hija bbażat ruħha, b’mod żbaljat, fil-punt 135 ta’ din is-sentenza, fuq l-eżami tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ sabiex tikkonkludi dwar l-eżistenza ta’ miżura ta’ għajnuna mill-Istat.
57. Madankollu, mill-formulazzjoni tal-punt 135 tal-imsemmija sentenza, jirriżulta b’mod ċar li l-Qorti Ġenerali ma laqgħetx it-teżi tal-Kummissjoni li d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ u l-implimentazzjoni tagħha għandhom jiġu kkunsidrati bħala miżura unika. Għall-kuntrarju, hija qieset li, anki jekk jiġi preżunt li dawn il-miżuri huma eżaminati konġuntivament, xorta jibqa’ l-fatt li l-Kummissjoni kienet identifikat, fid-Deċiżjoni kontenzjuża, il-ħlas tad-danni mogħti mid-deċiżjoni ta’ arbitraġġ bħala l-miżura inkwistjoni (65).
ii) Fuq l-evalwazzjoni tal-kriterju tal-“vantaġġ ekonomiku” fir-rigward tal-ġurisprudenza Asteris et kif ukoll DOBELES HES
58. L-appellanti jargumentaw, essenzjalment, li d-danni mogħtija mit-Tribunal ta’ Arbitraġġ ma kinux intiżi sabiex jikkumpensaw in-nuqqas tal-ħlas kollu tal-għajnuna prevista mill-iskema ta’ inċentivi fiskali inkwistjoni, iżda sabiex jikkumpensaw id-dannu li jirriżulta mit-tħassir ta’ din l-iskema bi ksur tal-BIT (66).
59. Għall-bżonnijiet ta’ din l-analiżi, infakkar li fis-sentenza Asteris et, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet distinzjoni bejn is-somom imħallsa bħala għajnuna mill-Istat u dawk mogħtija bħala kumpens għad-dannu (67). Fis-sentenza DOBELES HES, hija ppreċiżat li deċiżjoni ġudizzjarja ma tistax, fiha nnifisha, tagħti għajnuna mill-Istat, ħlief meta l-azzjoni ġudizzjarja hija intiża sabiex jinkiseb kumpens għal nuqqas ta’ ħlas tal-għajnuna li kellha tiġi debitament riċevuta (68).
60. F’dan il-każ, l-ewwel nett, fid-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, it-Tribunal ta’ Arbitraġġ ikkunsidra, essenzjalment, li billi ħassret l-iskema ta’ inċentivi fiskali, ir-Rumanija ma kinitx żgurat trattament ġust u ekwu tal-investimenti tal-appellanti, fis-sens tal-Artikolu 2(3) tal-BIT (69), u kkundannaha tħallas id-danni lir-rikorrenti fl-arbitraġġ (70).
61. Fid-Deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni eskludiet l-applikazzjoni tal-ġurisprudenza Asteris et (71) għal tliet raġunijiet. L-ewwel nett, din il-ġurisprudenza kienet tirrigwarda, għall-kuntrarju ta’ dan il-każ, l-applikazzjoni tar-regoli ġenerali li jirregolaw ir-responsabbiltà ċivili fl-Istat Membru kkonċernat. Imbagħad, il-kumpens inkwistjoni kien ingħata lir-rikorrenti fl-arbitraġġ abbażi ta’ BIT intra-Unjoni inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, id-deċiżjoni ta’ arbitraġġ kienet intiża sabiex tikkumpensa lir-rikorrenti fl-arbitraġġ it-telf li jirriżulta mill-inċentivi fiskali li r-Rumanija ma kinitx tathom. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ppreċiżat li l-miżura eżaminata fid-Deċiżjoni kontenzjuża kienet tikkonsisti fl-implimentazzjoni jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, u mhux l-inċentivi fiskali nnifishom (72).
62. Fis-sentenza dwar l-appell, il-Qorti tal-Ġustizzja, mingħajr ma ddeċidiet dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat (73), iddeċidiet, essenzjalment, li d-data tal-għoti tal-għajnuna kienet tikkorrispondi għal dik tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ (74). -
63. Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali, laqgħet, essenzjalment, il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni. Qabelxejn, bi tweġiba għat-tieni kunsiderazzjoni esposta mill-Kummissjoni fl-imsemmija deċiżjoni, hija ddeċidiet li d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ ma setgħetx tipproduċi effetti fir-rigward tal-appellanti (75). Imbagħad, bi tweġiba għall-ewwel kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni f’dan id-deċiżjoni, hija qieset li, għall-kuntrarju ta’ dik li kienet inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza Asteris et, il-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni ma kinitx tikkostitwixxi l-kumpens ta’ dannu mġarrab mir-rikorrenti fl-arbitraġġ minħabba l-aġir tar-Rumanija, iżda vantaġġ ekonomiku intiż sabiex jikkumpensa l-konsegwenzi tat-tħassir tal-iskema ta’ inċentivi fiskali (76). Fl-aħħar nett, bi tweġiba għat-tieni kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni kontenzjuża, hija kkunsidrat li l-kumpens mogħti lill-appellanti bid-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, li l-ammont tiegħu kien jikkorrispondi għal dak tal-inċentivi fiskali, kien jikkostitwixxi, fih innifsu, għajnuna mill-Istat (77).
64. F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, inqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-kriterju tal-vantaġġ ekonomiku, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, billi laqgħet il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-għajnuna inkwistjoni kienet tirriżulta mill-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ. Fil-fatt, li jiġi kkunsidrat li l-implimentazzjoni jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, permezz tal-ħlas tad-danni, u mhux din id-deċiżjoni, tagħti lir-rikorrenti fl-arbitraġġ vantaġġ ekonomiku (78) jidhirli li huwa diffiċilment konċiljabbli mal-konklużjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-punt 125 tas-sentenza dwar l-appell, li tipprovdi li d-dritt għall-kumpens inkwistjoni kien ingħata biss mid-deċiżjoni ta’ arbitraġġ (79).
65. Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-għajnuna mill-Istat għandha tiġi kkunsidrata bħala li tkun “ingħatat”, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, fid-data li fiha d-dritt li tirċiviha jingħata lill-benefiċjarju skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli (80). Fil-fehma tiegħi, dan id-dritt ma jistax jirriżulta biss mill-implimentazzjoni jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ mir-Rumanija, kemm jekk din tintervjeni b’mod volontarju kif ukoll permezz ta’ eżekuzzjoni ġudizzjarja (81).
66. Mill-perspettiva tiegħi, dawn il-konstatazzjonijiet huma suffiċjenti sabiex jiġġustifikaw l-annullament tas-sentenza appellata, peress li l-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali dwar l-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE hija bbażata kompletament fuq il-premessa żbaljata li dan il-vantaġġ kien jirriżulta mill-implimentazzjoni jew mill-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ (82).
Fit-tieni lok, sussidjarjament, anki jekk jiġi preżunt li l-implimentazzjoni jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, permezz tal-ħlas tad-danni, jistgħu, bħala prinċipju, jikkostitwixxu, waħedhom, vantaġġ ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, xorta għandu jiġi vverifikat, b’konformità mal-ġurisprudenza Asteris et, kif ippreċiżata fil-ġurisprudenza DOBELES HES, jekk is-somom imħallsa kinux intiżi sabiex jirrimedjaw dannu li jikkonsisti fin-nuqqas ta’ ħlas ta’ għajnuna.
67. F’dan ir-rigward, qabelxejn, infakkar li l-Kummissjoni kkonkludiet, fid-Deċiżjoni kontenzjuża, konklużjoni kkonfermata mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata, li d-danni mogħtija mid-deċiżjoni ta’ arbitraġġ jikkostitwixxu biss “rimbors de facto” ta’ ammont ekwivalenti għall-vantaġġi li l-appellanti kellhom jirċievu skont l-iskema ta’ inċentivi fiskali inkwistjoni (83).
68. Issa, minn naħa, nikkonstata li t-Tribunal ta’ Arbitraġġ ikkritika lir-Rumanija li kisret l-Artikolu 2(3) tal-BIT, billi ma żguratx trattament ġust u ekwu tal-investimenti mwettqa mir-rikorrenti fl-arbitraġġ (84). Indipendentement mill-kwistjoni tal-validità tal-BIT, jidhirli li t-Tribunal ta’ Arbitraġġ ibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq bażi legali u kunsiderazzjonijiet li ma humiex marbuta direttament mal-iskema ta’ inċentivi fiskali inkwistjoni. Fil-fatt, minkejja li t-tħassir ta’ din l-iskema jikkostitwixxi l-fatt li jikkawża d-dannu li ta lok għall-kumpens (85), il-ksur ikkritikat lir-Rumanija ma jinstabx f’dan it-tħassir bħala tali, iżda pjuttost fl-aġir li hija adottat fir-rigward tar-rikorrenti fl-arbitraġġ fl-okkażjoni tiegħu.
69. Min-naħa l-oħra, jidher li d-danni mogħtija mit-Tribunal ta’ Arbitraġġ, li għalihom il-Qorti Ġenerali tirreferi fil-punt 146 tas-sentenza appellata, ma jikkorrispondux neċessarjament għall-konsegwenzi ekonomiċi tat-tħassir tal-iskema ta’ inċentivi fiskali inkwistjoni(86). Fil-fatt, jidhirli li, tal-inqas, il-kunċett ta’ telf ta’ qligħ ma jistax, prima facie, jiġi assimilat għan-nuqqas ta’ ħlas tas-somom li kellhom jiġu riċevuti skont l-iskema ta’ inċentivi fiskali inkwistjoni (87). Għalhekk, il-Qorti Ġenerali ma setgħetx tillimita ruħha li tikkonkludi, fil-punt 155 ta’ din s-sentenza , li t-Tribunal ta’ Arbitraġġ kellu l-intenzjoni jikkumpensa lir-rikorrenti fl-arbitraġġ għall-konsegwenzi pekunjarji tat-tħassir ta’ din l-iskema.
70. Imbagħad, għandu jiġi ddeterminat jekk, fid-dawl tal-ġurisprudenza DOBELES HES, il-klassifikazzjoni tad-danni mogħtija minn qorti nazzjonali bħala vantaġġ ekonomiku, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, tippreżupponix li l-Kummissjoni tistabbilixxi, preliminarjament, li l-miżura nazzjonali inkwistjoni tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali jew inkomaptibbli mas-suq intern (88). Il-Qorti Ġenerali eżaminat din il-kwistjoni “sussidjarjament” fil-punti 184 sa 189 tas-sentenza appellata. Hawnhekk, hija kkonfermat il-konklużjoni tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni kontenzjuża, li l-iskema ta’ inċentivi fiskali inkwistjoni kienet tikkostitwixxi għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern, billi bbażat ruħha, b’mod partikolari, fuq id-Deċiżjoni 244/2000 tal-Kunsill Rumen għall-Kompetizzjoni, tal‑15 ta’ Mejju 2000, li kienet ordnat lill-Gvern Rumen jipprojbixxi l-eżenzjoni fiskali inkwistjoni, għar-raġuni li kienet tikkostitwixxi għajnuna operatorja illegali.
71. Madankollu, fl-opinjoni tiegħi, din id-deċiżjoni ma jidhirlix li hija rilevanti f’dan ir-rigward, peress li, kif stabbilixxiet il-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, fil-punti 113 sa 115 tas-sentenza dwar l-appell, id-dritt tal-Unjoni beda japplika biss sa mid-data tal-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni.
72. Fl-aħħar nett, minkejja li, fl-ewwel sentenza tagħha, il-Qorti Ġenerali kienet irrilevat li l-appellanti setgħu, tal-inqas għall-perijodu preċedenti għall-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni, jinvokaw il-ġurisprudenza Asteris et (89), fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma wettqet ebda analiżi, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku, intiża sabiex jiġi ddeterminat sa fejn id-danni inkwistjoni kienu jirrigwardaw perijodu sussegwenti għall-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni.
73. Fit-tielet lok, dejjem sussidjarjament, jekk l-għajnuna inkwistjoni setgħet tingħata biss fid-data tad-deċiżjoni tal-arbitraġġ (90), għandu jiġi eżaminat, qabelxejn, jekk din id-deċiżjoni tistax tagħti, fiha nnifisha, għajnuna mill-Istat, fid-dawl tal-ġurisprudenza DOBELES HES (91). Fin-negattiv, tqum imbagħad il-kwistjoni, eżaminata iktar ’il fuq, dwar jekk it-talba ġudizzjarja, tkun xi tkun il-klassifikazzjoni tagħha, hijiex intiża sabiex jinkiseb il-kumpens għad-dannu li jirriżulta min-nuqqas ta’ ħlas ta’ għajnuna, b’konformità mal-ġurisprudenza Asteris etu DOBELES HES.
74. F’dan ir-rigward, ma naqbilx mal-argument tal-Kummissjoni li l-ġurisprudenza DOBELES HES hija rilevanti biss fir-rigward tad-deċiżjonijiet mogħtija mill-qrati tal-Istati Membri, bl-esklużjoni tad-deċiżjonijiet mogħtija minn tribunali ta’ arbitraġġ bejn investituri u Stati. Ċertament, is-sentenza DOBELES HES kienet tirrigwarda l-evalwazzjoni ta’ sentenza ġudizzjarja. Madankollu, inqis li r-raġunament wara l-punt 76 ta’ din is-sentenza, li l-istabbiliment ta’ għajnuna mill-Istat jaqa’ taħt evalwazzjoni ta’ opportunità li ma taqax taħt il-kompetenza tal-qorti, huwa trasponibbli wkoll għad-deċiżjonijiet ta’ tribunal ta’ arbitraġġ, sa fejn it-tribunali ta’ arbitraġġ jikkostitwixxu korpi terzi meta mqabbla mal-amministrazzjoni pubblika (92).
75. F’dawn iċ-ċirustanzi, nipproponi li t-tieni u t-tielet aggravju tal-appell rispettiv għandhom jiġu milqugħa u s-sentenza appellata tiġi annulata sa fejn il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-kriterju tal-vantaġġ ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 107(2) TFUE.
2) Fuq l-“imputabbiltà” tal-miżura kontenzjuża lir-Rumanija
76. Permezz tat-tielet u r-raba’ aggravju tal-appell rispettiv tagħhom, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali talli laqgħet il-konklużjoni tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni kontenzjuża dwar l-imputabbiltà tal-miżura inkwistjoni lir-Rumanija. Dawn l-aggravji jirrigwardaw, essenzjalment, iċ-ċaħda, mill-Qorti Ġenerali, tal-ewwel żewġ ilmenti minn tlieta mqajma fl-ewwel istanza, ibbażati, minn naħa, fuq l-eżistenza ta’ obbligi ta’ dritt internazzjonali li jimponu l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ (iktar ’il quddiem taħt (i)), u min-naħa l-oħra, fuq in-natura eżekuttiva ta’ din id-deċiżjoni fi Stati li jinsabu barra mill-Unjoni (iktar ’il quddiem taħt (ii)).
77. Għalhekk, fil-fehma tiegħi għandha ssir kunsiderazzjoni preliminari. Essenzjalment, l-argumenti tal-appellanti relatati mal-imputabbiltà tal-miżura inkwistjoni lir-Rumanija jikkoinċidu ma’ dawk li huma ressqu fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u tal-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku. Għalhekk, jekk dawn l-argumenti jiġu milqugħa, dawn ser ikunu jistgħu jwasslu wkoll, skont il-każ, sabiex jeskludu l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jew għall-assenza ta’ vantaġġ ekonomiku. Għalhekk, l-eżami tal-imsemmija argumenti fir-rigward tal-imputabbiltà tista’ tirriżulta superfluwa.
i) Fuq l-eżistenza ta’ obbligi ta’ dritt internazzjonali li jimponu l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ
78. Fil-premessi 117 sa 120 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni qieset li l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ kienet imputabbli lir-Rumanija, għal tliet raġunijiet. Qabelxejn, dan l-Istat kien ikkonkluda l-BIT, li kien jikkostitwixxi l-bażi tal-għajnuna mogħtija, imbagħad, huwa kien ħallas volontarjament parti mid-danni mogħtija minn din id-deċiżjoni, u fl-aħħar nett, l-eżekuzzjoni forzata tagħha mill-qrati Rumeni u l-uffiċjali ġudizzjarji eżekuttivi kienet imputabbli wkoll lill-imsemmi Stat, peress li dawn tal-aħħar kienu parti mill-amministrazzjoni ġudizzjarja tiegħu. Dawn il-konklużjonijiet intlaqgħu mill-Qorti Ġenerali fil-punti 201 sa 221 tas-sentenza appellata.
79. Fl-ewwel lok, l-appellanti jinvokaw sostituzzjoni ta’ motivi. Huma jsostnu li d-dikjarazzjoni tal-Qorti Ġenerali, fil-punti 213 sa 215 u 217 tas-sentenza appellata, li r-Rumanija ma kienet suġġetta għal ebda obbligu legali li tikkonforma ruħha mad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, ma tikkorrispondix għall-motivi sostnuti mill-Kummissjoni fil-premessi 118 sa 120 tad-Deċiżjoni kontenzjuża. F’dan ir-rigward, nirrileva li, wara li fil-punti 118 sa 120 ta’ din is-sentenza esponiet il-kontenut tal-premessa 120 ta’ din id-deċiżjoni u l-motivi ppreżentati mill-Kummissjoni fil-premessi 118 sa 120 tagħha, il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-tliet argumenti mressqa mir-rikorrenti fl-ewwel istanza (93)(94). Barra minn hekk, fil-punt 215 tal-imsemmija sentenza, hija ppreċiżat, bi tweġiba għall-argumenti tal-appellanti, li “[f]i kwalunkwe każ”, il-Konvenzjoni dwar l-ICSID ma tistax tikkontesta l-konklużjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk, ma jistax jiġi kkritikat lill-Qorti Ġenerali li wettqet sostituzzjoni ta’ motivi peress li din l-aħħar preċiżazzjoni twieġeb għall-argumenti tal-appellanti, mingħajr ma tissostitwixxi l-motivi li fuqhom il-Kummissjoni kienet ibbażat il-konklużjoni tagħha.
80. Fit-tieni lok, inqis li l-kritika magħmula mill-appellanti kontra r-rinviji mwettqa mill-Qorti Ġenerali għad-digriet Romatsa et hija ineffettiva, peress li dan id-digriet ifakkar biss il-prinċipji stabbiliti fis-sentenza dwar l-appell, li minnhom hija tislet il-konsegwenzi (95).
81. Fit-tielet lok, inqis li l-argumenti bbażati fuq interpretazzjoni żbaljata, mill-Qorti Ġenerali, tal-prinċipji stabbiliti permezz tas-sentenza tagħha tal‑5 ta’ April 2006, Deutsche Bahn vs Il‑Kummissjoni (96), ma jistgħux jirnexxu. Fil-fatt, fil-punt 102 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali kienet eskludiet l-imputabbiltà lill-Istat tal-miżuri eżaminati minħabba l-fatt li dawn il-miżuri kienu ġew adottati għall-implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni. Minn dan ma jistax jiġi dedott li dan il-prinċipju għandu neċessarjament japplika meta l-miżuri inkwistjoni jkunu adottati b’eżekuzzjoni ta’ obbligi li jirriżultaw mid-dritt internazzjonali, iktar u iktar peress li l-Kummissjoni kkunsidrat li dawn ma kinux applikabbli f’dan il-każ (97).
82. Fir-raba’ lok, l-argumenti bbażati fuq il-konklużjoni li r-Rumanija kienet marbuta teżegwixxi d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ skont id-dritt internazzjonali, u b’mod iktar partikolari, l-Artikoli 53 u 54 tal-Konvenzjoni dwar l-ICSID, diġà ġew eżaminati fil-kuntest tal-aggravji relatati mal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ (ara l-paragrafu B, taħt (2) iktar ’il fuq).
83. Fil-ħames u l-aħħar lok, ser nirrileva biss li l-argumenti li jipprovdu li l-Qorti Ġenerali kienet iddeċidiet b’mod żbaljat li d-dritt tal-Unjoni kien jostakola l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ mir-Rumanija, u għalhekk, kien ippreġudika d-dritt għall-proprjetà tal-appellanti, jirriproduċu, essenzjalment, dawk diġà mressqa fil-kuntest tal-ewwel u t-tmien aggravju tal-appell fiż-żewġ kawżi.
ii) Fuq il-possibbiltà li d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ tiġi eżegwita barra mill-Unjoni
84. Fil-punt 219 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument tal-appellanti li d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, skont il-Konvenzjoni dwar l-ICSID, kienet eżekuttiva fl-Istati kontraenti kollha, inkluż dawk li jinsabu barra mill-Unjoni, b’tali mod li l-għajnuna inkwistjoni ma setgħetx tiġi imputata lir-Rumanija. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali rrilevat li ebda eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ ma kienet seħħet fid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni kontenzjuża.
85. Fl-ewwel lok, l-appellanti jargumentaw, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali eżaminat biss jekk il-ħlas tad-danni mogħtija mit-Tribunal ta’ Arbitraġġ kienx imputabbli lir-Rumanija, mingħajr ma evalwat din l-imputabbiltà fid-dawl tal-“miżuri sottostanti”, b’konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (98). F’dan ir-rigward, ninnota li l-Kummissjoni eżaminat, b’mod partikolari fil-premessi 117 sa 120 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, il-ħlas tad-danni mogħtija mit-Tribunal ta’ Arbitraġġ, flimkien mal-imgħaxijiet korrispondenti, fir-rigward tar-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, u mhux tad-deċiżjoni fiha nnifisha. Għalhekk, għandha tiġi eżaminata l-kwistjoni tal-imputabbiltà tal-miżura inkwistjoni mill-Kummissjoni. Din il-kwistjoni għandha tiġi distinta minn dik tal-identifikazzjoni korretta ta’ din il-miżura, li hija s-suġġett ta’ analiżi distinta (99).
86. Fit-tieni lok, l-appellanti jenfasizzaw li l-possibbiltà konkreta li tinbeda proċedura ta’ eżekuzzjoni forzata wara deċiżjoni mogħtija minn qorti ta’ Stat terz, li l-Kummissjoni kienet taf biha, kienet tikkostitwixxi element importanti għall-evalwazzjoni tal-imputabbiltà u ma tistax tiġi eskluża bħala irrilevanti, kif għamlet il-Qorti Ġenerali fil-punt 219 tas-sentenza appellata (100). F’dan ir-rigward, huwa suffiċjenti li jiġi rrilevat li l-eventwali ħlasijiet imwettqa b’eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni mogħtija minn qorti ta’ Stat terz ma kinux eżaminati mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni kontenzjuża. Madankollu, dan il-fatt ma jikkontestax il-fatt li, fid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni kontenzjuża, ir-Rumanija kienet, essenzjalment, diġà eżegwit b’mod volontarju d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ.
b) Fuq l-inkompatibbiltà tal-miżura kontenzjuża
87. Permezz tar-raba’ u s-seba’ aggravju tal-appell rispettiv tagħhom, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li, fis-sentenza appellata, wettqet żball ta’ liġi billi kkonfermat l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, fid-Deċiżjoni kontenzjuża, rigward il-kompatibbiltà tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni mas-suq intern.
88. Fid-Deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni ċaħdet l-argumenti tal-appellanti u kkonkludiet, b’mod partikolari, fil-premessa 142 tagħha, li r-Rumanija ma kienet ressqet ebda argument li jista’ jiġġustifika l-kompatibbiltà tal-għajnuna inkwistjoni mas-suq intern. Barra minn hekk, fil-premessi 143 sa 151 ta’ din id-deċiżjoni, hija qieset li din il-miżura, bħala għajnuna operatorja, ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti mil-Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-perjodu 2007‑2013 (101).
89. Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonfermat l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni u ċaħdet it-tliet partijiet tar-raba’ motiv imqajjem fl-ewwel istanza. Permezz tagħhom, l-appellanti argumentaw, essenzjalment, li l-Kummissjoni kellha, l-ewwel nett, teżamina l-kompatibbiltà tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni, jiġifieri, il-kumpens mogħti mid-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, fid-dawl tal-Linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat tal‑1998 (102), it-tieni nett, teżamina l-kompatibbiltà tal-iskema ta’ inċentivi fiskali li dan il-kumpens kien intiż li jistabbilixxi mill-ġdid, u t-tielet nett, tirrikonoxxi li din l-iskema kienet kompatibbli mas-suq intern fid-dawl ta’ dawn l-istess linji gwida.
90. L-appellanti jargumentaw, essenzjalment, li l-miżura inkwistjoni kellha tiġi evalwata fid-dawl tal-Linji gwida tal‑1998 pjuttost milli ta’ dawk tal‑2007. Barra minn hekk, isostnu li din il-miżura kellha, fi kwalunkwe każ, tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern, fir-rigward ta’ kwalunkwe minn dawn il-linji gwida jew direttament abbażi tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE, fid-dawl tal-“fatti partikolari u ferm mhux tas-soltu” ta’ din il-kawża.
91. F’dan ir-rigward, huwa suffiċjenti li jiġi rrilevat li, fin-nuqqas tar-Rumanija li tipprovdi, matul il-proċedura, elementi li jistgħu jiġġustifikaw il-kompatibbiltà tal-miżura inkwistjoni mas-suq intern (103), il-Kummissjoni ma kinitx marbuta tiddikjara din l-għajnuna kompatibbli. Fi kwalunkwe każ, peress li l-Kummissjoni kklassifikat il-miżura bħala għajnuna operatorja, klassifikazzjoni li effettivament l-appellanti ma jikkontestawx, u fl-assenza, tal-inqas, ta’ elementi li juru l-kontribuzzjoni ta’ din l-għajnuna għall-iżvilupp reġjonali, xejn ma jippermetti li din tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern .
92. Għalhekk, nipproponi li r-raba’ u s-seba’ aggravju tal-appell rispettiv, għandhom jiġu miċħuda bħala infondati.
c) Fuq id-determinazzjoni tal-benefiċjarji tal-għajnuna
93. Permezz tal-ħames aggravju tal-appell rispettiv tagħhom, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li kkonfermat, fis-sentenza appellata, l-identifikazzjoni tal-benefiċjarji tal-miżura ta’ għajnuna mwettqa mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni kontenzjuża. F’dan ir-rigward, huma jikkontestaw li l-Qorti Ġenerali kienet aċċettat, minn naħa, li Ioan u Viorel Micula (iktar ’il quddiem l-“aħwa Micula”) u l-kumpanniji tal-European Food and Drink Group (iktar ’il quddiem il-“grupp”) kienu jikkostitwixxu entità ekonomika waħda li bbenefikat mill-miżura ta’ għajnuna, u min-naħa l-oħra, li Scandic Distilleries, European Drinks, Rieni Drinks, Transilvania General Import-Export u West Leasing (iktar ’il quddiem l-“impriżi appellanti mhux parti fil-proċedura ta’ arbitraġġ”) kienu jagħmlu wkoll parti minn din l-entità ekonomika waħda.
94. Fid-Deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni bbażat il-konklużjoni tagħha li l-aħwa Micula u l-kumpanniji tal-grupp kienu jikkostitwixxu entità ekonomika waħda fuq diversi ċirkustanzi rrilevati mit-Tribunal ta’ Arbitraġġ. Għalhekk, hija ħadet inkunsiderazzjoni, qabelxejn, il-fatt li dawn l-aħwa kienu jeżerċitaw, direttament jew indirettament, kontroll kważi esklużiv fuq dawn il-kumpanniji, imbagħad, il-fatt li l-imsemmija aħwa kienu talbu d-danni fir-rigward tat-telf allegatament subit mill-grupp kollu, u fl-aħħar nett, il-fatt li d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ kienet tat lir-rikorrenti fl-arbitraġġ dawn id-danni “kollettivament”, mingħajr ma qasmet l-ammont bejniethom, minkejja li dawn tal-aħħar kienu talbu li l-imsemmija danni kollha jitħallsu lill-istess aħwa (104).
95. Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonfermat din l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni u sostnietha b’elementi, bi tweġiba għall-argumenti mressqa mir-rikorrenti fl-ewwel istanza (105).
96. Preliminarjament, nenfasizza li l-individwalizzazzjoni tal-benefiċjarji tal-miżura ta’ għajnuna, u b’mod iktar partikolari, l-evalwazzjoni tal-grad ta’ kontroll eżerċitat mill-aħwa Micula kif ukoll tar-rabtiet li jgħaqqdu l-kumpanniji tal-grupp, jaqgħu taħt l-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi mill-Qorti Ġenerali. Din l-evalwazzjoni ma taqax, bħala prinċipju, taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-appell, ħlief fil-każ ta’ żnaturament ta’ dawn il-fatti jew ta’ dawn il-provi (106).
97. Nenfasizza wkoll li, minkejja li d-Deċiżjoni kontenzjuża hija partikolarment konċiża fir-rigward tal-konklużjoni li t-tliet kumpanniji rikorrenti fl-arbitraġġ u l-aħwa Micula kienu jikkostitwixxu entità ekonomika waħda, il-Qorti Ġenerali tiddedika iktar punti tas-sentenza appellata għall-eżami ta’ din il-kwistjoni. Madankollu, peress li l-motivazzjoni tad-Deċiżjoni kontenzjuża hija suffiċjenti sabiex issostni l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, ma jistax jingħad li l-Qorti Ġenerali wettqet sostituzzjoni ta’ motivi billi kkonfermat dawn il-konklużjonijiet b’elementi addizzjonali, bi tweġiba għall-argumenti mressqa mill-appellanti matul il-proċedura tal-ewwel istanza.
1) Fuq l-inklużjoni tal-aħwa Micula fost il-benefiċjarji tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni
98. L-appellanti jikkritikaw, essenzjalment, lill-Qorti Ġenerali li kkunsidrat li l-aħwa Micula kienu jikkostitwixxu, mal-kumpanniji tal-grupp, entità ekonomika waħda li kienet ibbenefikat mill-miżura inkwistjoni, mingħajr ma stabbilixxiet setgħux huma stess jiġu kklassifikati bħala “impriżi”. Huma jargumentaw, f’dan is-sens, li dawn kienu biss sempliċi azzjonarji tal-kumpanniji tal-grupp, mingħajr ma jgawdu rwol attiv fil-ġestjoni tagħhom. Dawn tal-aħħar jikkostestaw ukoll il-fatt li l-Qorti Ġenerali eskludiet bħala irrilevanti l-fatt li ebda wieħed minn dawn l-aħwa ma kellu, waħdu, il-maġġoranza tal-kapital ta’ ebda waħda minn dawn il-kumpanniji.
99. F’dan ir-rigward, inqis li l-fatti invokati mill-Kummissjoni, fid-Deċiżjoni kontenzjuża u miġbura fil-qosor fil-punt 95 ta’ dawn il-konklużjonijiet, huma suffiċjenti sabiex isostnu l-konklużjoni li l-aħwa Micula u l-kumpanniji tal-grupp kienu jikkostitwixxu entità ekonomika waħda. Dawn il-fatti jirrigwardaw ir-rwol ta’ kontroll u ta’ inizjattiva li jgawdu dawn l-aħwa, b’mod partikolari, fil-kuntest tal-proċedura ta’ arbitraġġ, rwol li t-Tribunal ta’ Arbitraġġ irrikonoxxa huwa stess fl-aħħar tagħha. Il-Qorti Ġenerali kkonfermat u sostniet din il-konklużjoni, b’mod partikolari billi rreferiet għad-diversi partijiet tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ iċċitati fil-punti 324 sa 338 tas-sentenza appellata, bi tweġiba għall-argumenti mressqa mir-rikorrenti fl-ewwel istanza. Dawn il-partijiet juru l-involviment determinanti tal-imsemmija aħwa fl-attivitajiet ekonomiċi tal-impriżi tal-grupp.
100. Barra minn hekk, ma jidhirlix li l-argumenti mressqa mill-appellanti huma ta’ natura li juru żnaturament tal-fatti jew tal-provi.
101. Fil-fatt, qabelxejn, la l-assenza ta’ klassifikazzjoni individwali tal-aħwa Micula bħala “impriża”, u lanqas l-assenza ta’ preċedenti ġurisprudenzjali jew riżultati tal-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni li fiha persuni fiżiċi kienu kkunsidrati bħala li jagħmlu parti minn entità ekonomika waħda (107), ma jostakolaw li tali persuni jitqiesu bħala parteċipanti f’tali entità. Ċertament, din il-parteċipazzjoni ma tistax tirriżulta biss mill-kwalità tagħhom ta’ azzjonarji, iżda tista’ tiġi stabbilita meta jipparteċipaw, direttament jew indirettament, fil-ġestjoni tal-impriżi u jibbenefikaw direttament mill-għajnuna inkwistjoni (108).
102. Imbagħad, il-fatt li l-aħwa Micula kienu azzjonarji tal-kumpanniji tal-grupp ma jimplikax li ma kellhomx rwol attiv fil-ġestjoni tagħhom. Fil-fatt, minn naħa, kif jirriżulta mill-punti 324 sa 329 tas-sentenza appellata, li jirriproduċu l-konstatazzjonijiet li jinsabu fid-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, dawn l-aħwa kienu, b’mod partikolari, stabbilixxew u kkontrollaw mudell ta’ “impriża tal-familja”, ikkaratterizzat minn integrazzjoni vertikali tal-installazzjonijiet. Mill-elementi tal-fajl tal-arbitraġġ jirriżulta wkoll li huma kienu involuti fl-attivitajiet ekonomiċi tal-impriżi appellanti partijiet fil-proċedura ta’ arbitraġġ, billi jipparteċipaw direttament jew indirettament fil-ġestjoni tagħhom.
103. Fl-aħħar nett, il-fatt li ebda wieħed mill-aħwa Micula ma kellu, waħdu, il-maġġornza tal-kapital ta’ ebda kumpannija tal-grupp ma huwiex determinanti. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-punt 333 tas-sentenza appellata u mill-premessa 87 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, dawn l-aħwa kellhom, flimkien, kważi t-totalità tal-kumpanniji kkonċernati. Barra minn hekk, jidhirli li minn qari tal-partijiet kollha tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ li fuqhom il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha fis-sentenza tal-appell, jirriżulta li l-imsemmija aħwa kienu jaġixxu b’mod ikkoordinat fil-ġestjoni tal-grupp.
2) Fuq l-inklużjoni tal-impriżi appellanti mhux partijiet fil-proċedura ta’ arbitraġġ fost il-benefiċjarji tal-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni
104. L-appellanti jikkritikaw, essenzjalment, lill-Qorti Ġenerali li ma rrilevatx li l-Kummissjoni ma wettqitx analiżi ġuridika ddettaljata tar-rabtiet funzjonali, ekonomiċi u korporali bejn l-impriżi appellanti li ma kinux partijiet fil-proċedura ta’ arbitraġġ u r-rikorrenti fl-arbitraġġ.
105. F’dan ir-rigward, inqis li l-fatti invokati mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni kontenzjuża u miġbura fil-qosor fil-punt 95 ta’ dawn il-konklużjonijiet kienu suffiċjenti sabiex isostnu l-konklużjoni li l-impriżi appellanti li ma kinux partijiet fil-proċedura ta’ arbitraġġ kienu jagħmlu parti minn entità ekonomika waħda mal-aħwa Micula u l-kumpanniji l-oħra tal-grupp. Il-Qorti Ġenerali kkonfermat din il-konklużjoni u sostnietha, billi straħet b'mod partikolari fuq diversi partijiet tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ invokati fil-punti 350 sa 356 tas-sentenza appellata, bi tweġiba għall-argumenti mressqa mir-rikorrenti fl-ewwel istanza. Dawn l-elementi donnhom juru li l-impriżi appellanti li ma kinux partijiet fil-proċedura ta’ abitraġġ, kienu jifformaw, mal-aħwa Micula u l-kumpanniji l-oħra tal-grupp, entità ekonomika waħda (109).
106. Barra minn hekk, ma jidhirlix li l-argumenti mressqa mill-appellanti huma ta’ natura li juru żnaturament tal-fatti jew tal-provi.
107. Fil-fatt, qabelxejn, il-Qorti Ġenerali ma kkonstatatx biss l-istruttura tal-azzjonisti tal-grupp. Fil-punt 344 tas-sentenza appellata, hija ppreċiżat ukoll li, billi kellhom il-kapital kollu jew kważi kollu tal-kumpanniji tal-grupp, l-aħwa Micula kienu jeżerċitaw funzjonijiet ta’ direzzjoni u ta’ sostenn finanzjarju fuq dawn l-impriżi kollha, u għalhekk jiżguraw li jkollhom kontroll esklużiv jew kważi esklużiv tagħhom.
108. Imbagħad, il-fatt li l-impriżi appellanti li ma kinux partijiet fil-proċedura ta’ arbitraġġ ma kinux issemmew bħala benefiċjarji tal-kumpens mogħti mit-Tribunal ta’ Arbitraġġ ma jipprekludix li huma jiġu kkunsidrati bħala benefiċjarji tal-miżura ta’ għajnuna eżaminata mill-Kummissjoni, peress li kienu jifformaw entità ekonomika waħda mal-appellanti l-oħra.
109. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-allegat ksur tad-dritt tas-smigħ, għar-raġuni li l-Kummissjoni ma kinitx semmiet espressament, fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura formali ta’ investigazzjoni, l-impriżi appellanti li ma kinux partijiet fil-proċedura ta’ arbitraġġ bħala partijiet f’din il-proċedura, inqis li l-indikazzjoni, f’din id-deċiżjoni, tal-fatt li dawn l-impriżi kienu jifformaw entità ekonomika waħda mal-aħwa Micula u l-kumpanniji l-oħra tal-grupp kienet suffiċjenti sabiex tippermettilhom jipparteċipaw, individwalment, jew bl-intervent ta’ entitajiet oħra tal-grupp, b’mod partikolari ta’ dawn l-aħwa, li kienu l-azzjonijiet uniċi jew kważi uniċi tagħhom (110).
d) Fuq l-irkupru tal-għajnuna
110. Permezz tas-sitt aggravju tal-appell rispettiv tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi kkunsidrat li l-Kummissjoni setgħet tordna lir-Rumanija tirkupra l-għajnuna inkwistjoni mingħand ir-rikorrenti fl-arbitraġġ u mill-entitajiet kollha li jagħmlu parti mill-grupp, mingħajr ma ddeterminat liema entitajiet kienu effettivament ibbenefikaw minn din l-għajnuna. Essenzjalment, huma jressqu żewġ argumenti.
111. Fl-ewwel lok, l-appellanti jsostnu l-argument li l-aħwa Micula u l-kumpanniji l-oħra tal-grupp ma kinux jifformaw entità ekonomika waħda li bbenefikat mill-miżura ta’ għajnuna. Dan l-argument diġà ġie eżaminat u eskluż fil-kuntest tal-ħames aggravju tal-appell rispettiv (111).
112. Fit-tieni lok, l-appellanti jsostnu li l-irkupru tal-għajnuna ma jistax ikun ordnat fir-rigward tal-entitajiet kollha li jappartjenu lill-grupp, iżda biss fir-rigward tal-entitajiet li effettivament ibbenefikaw minnha. Dan l-argument jintrabat ukoll mal-argumenti mressqa, u miċħuda, fil-kuntest tal-ħames aggravju tal-appell rispettiv. Għalhekk, ser nirrileva biss li, meta l-benefiċjarju tal-għajnuna jikkostitwixxi entità ekonomika waħda, ma huwiex neċessarju, għall-finijiet tal-irkupru, li jiġi ddeterminat liema minn dawn l-entitajiet komponenti ta’ din l-entità bbenefikaw direttament mill-għajnuna (112).
V. Fuq ir-rikors fl-ewwel istanza
113. Skont l-Artikolu 61(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, meta l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, hija stess tista’ tiddeċiedi definittivament il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża
114. F’dan ir-rigward, inqis li, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata, hija għandha l-elementi kollha neċessarji sabiex tagħti deċiżjoni fuq it-tieni motiv tar-rikors fl-ewwel istanza, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE. B’mod partikolari, għar-raġunijiet esposti fil-punti 58 sa 76 ta’ dawn il-konklużjonijiet, hemm lok li tintlaqa’ l-ewwel parti ta’ dan il-motiv, ibbażata fuq l-assenza ta’ vantaġġ ekonomiku u, konsegwentement, għandu jiġi annullat l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kontenzjuża
VI. Konklużjoni
115. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ l-appell u tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat‑2 ta’ Ottubru 2024, European Food et vs Il‑Kummissjoni, T‑624/15 RENV, T‑694/15 RENV u T‑704/15 RENV, EU:T:2024:659.
1 Lingwa oriġinali: il-Franċiż.
2 Dawn huma, fil-Kawża C‑890/24 P, European Food SA, Starmill SRL, Multipack SRL, Scandic Distilleries SA, kif ukoll Ioan Micula, u fil-Kawża C‑891/24 P, Viorel Micula, European Drinks SA, Rieni Drinks SA, Transilvania General Import-Export SRL, kif ukoll West Leasing SRL (qabel West Leasing International SRL).
3 ĠU 2015, L 232, p. 43. Inizjalment, din id-deċiżjoni kienet ġiet annullata bis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat‑18 ta’ Ġunju 2019, European Food et vs Il‑Kummissjoni (T‑624/15, T‑694/15 u T‑704/15, iktar ’il quddiem l-“ewwel sentenza tal-Qorti Ġenerali”, EU:T:2019:423), li mbagħad kienet annullata bis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal‑25 ta’ Jannar 2022, Il‑Kummissjoni vs European Food et (C‑638/19 P, iktar ’il quddiem is-“sentenza dwar l-appell”, EU:C:2022:50).
4 Digriet Governattiv ta’ Urġenza Nru 24/1998, adottat fit‑2 ta’ Ottubru 1998 u emendat bid-Digriet Governattiv ta’ Urġenza Nru 75/2000, adottat fis‑16 ta’ Ġunju 2000.
5 B’mod partikolari, l-eżenzjoni mid-dazji doganali u mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) applikabbli għal ċertu makkinarju u beni oħra deprezzabbli, ir-rimbors tad-dazji doganali mħallsa fuq il-materja prima u beni oħra, kif ukoll l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji matul il-perijodu kollha li mutulu ż-żona kkonċernata kienet ikkunsidrata bħala “reġjun żvantaġġat” (ara l-premessa 14 tad-deċiżjoni kkontestata).
6 Permezz ta’ dan it-tħassir, ir-Rumanija indikat li l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta’ għajnuna mill-Istat previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u inkompatibbli mal-acquis tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji, kienet neċessarja għall-osservanza tar-regoli tal-Unjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat u għall-iffinalizzar tan-negozjati dwar il-politika ta’ kompetizzjoni.
7 Dawn huma, l-aħwa Micula, kif ukoll il-kumpanniji European Food, Starmill u Multipack.
8 Skont din id-dispożizzjoni, it-tilwim bejn l-investituri u l-pajjiżi firmatarji huwa, b’mod partikolari, suġġett għal tribunal ta’ arbitraġġ li jiddeċiedi b’konformità mal-Konvenzjoni dwar ir-Riżoluzzjoni ta’ Tilwim dwar l-Investiment bejn l-Istati u ċ-ċittadini ta’ Stati oħra, konkluża f’Washington fit‑18 ta’ Marzu 1965 (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni dwar l-ICSID”).
9 Deċiżjoni C(2014) 3192, tas‑26 ta’ Mejju 2014, skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat‑22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [108 TFUE], li tobbliga lir-Rumanija tissospendi immedjatament, bħala għajnuna mill-Istat illegali, l-implimentazzjoni jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ sal-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ din il-miżura mas-suq intern.
10 Deċiżjoni kkomunikata mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet Rumeni fl‑1 ta’ Ottubru 2014 u ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis‑7 ta’ Novembru 2014.
11 Din id-deċiżjoni ġiet adottata wara l-eżekuzzjoni sħiħa tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ.
12 Dawn il-motivi kienu bbażati, l-ewwel nett, fuq użu ħażin ta’ poter kif ukoll fuq il-ksur tal-Artikolu 351 TFUE u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt, it-tieni nett, fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, it-tielet nett, fuq il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ir-raba’ nett, fuq l-evalwazzjoni żbaljata tal-kompatibbiltà tal-miżura inkwistjoni mas-suq intern, il-ħames nett, fuq id-determinazzjoni żbaljata tal-benefiċjarji tal-għajnuna u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, is-sitt nett, fuq żball ta’ liġi relatat mal-irkupru tal-għajnuna, u s-seba’ nett, fuq ksur tad-dritt għal smigħ, tal-Artikolu 108(3) TFUE u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 659/1999 (ara l-punt 41 tas-sentenza appellata).
13 Il-Qorti Ġenerali, essenzjalment, ċaħdet l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, fil-punti 51 sa 53 tas-sentenza appellata, għar-raġuni li, l-ewwel nett, il-kwistjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ kienet indipendenti minn dik dwar jekk il-miżura eżaminata fid-Deċiżjoni kontenzjuża kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, it-tieni nett, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza kellhom id-dritt jikkontestaw att li jikkawżalhom preġudizzju, u t-tielet nett, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet impliċitament iżda neċessarjament ikkunsidrat, fis-sentenza dwar l-appell, li r-rikorsi għal annullament kienu ammissibbli.
14 Fil-punt 148 tas-sentenza dwar l-appell, il-Qorti tal-Ġustizzja annullat l-ewwel sentenza tal-Qorti Ġenerali, mingħajr ma kien neċessarju li tiġi eżaminata, b’mod partikolari, il-kwistjoni tal-inammissibbiltà tar-rikors tal-ewwel istanza, li l-eżami tiegħu ntbagħat lura lill-Qorti Ġenerali.
15 Fil-fatt, skont ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta r-rikors għal annullament huwa ppreżentat minn persuna fiżika jew ġuridika kontra att, adottat minn istituzzjoni, huwa jinfetaħ biss jekk l-effetti legali vinkolanti ta’ dan l-att huma ta’ natura li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrenti, billi jibdel b’mod ikkaratterizzat is-sitwazzjoni legali tagħha (ara s-sentenza tal‑24 ta’ Ottubru 2013, Deutsche Post vs Il‑Kummissjoni, C‑77/12 P, EU:C:2013:695, punt 51 u l-ġurisprudenza ċċitata) Din il-kundizzjoni, li tirreferi għall-eżistenza ta' interess ġuridiku, madankollu ma timplikax xi klassfikazzjoni ta' dan l-interess bħala "leġittimu".. Ebda klassifikazzjoni ta’ dan l-interess bħala “leġittimu” ma tirriżulta mill-ġurisprudenza. Ara wkoll Lenaerts, K, et, EU Procedural Law, Oxford, 2023, p. 363 sa 370.
16 Fil-fatt, l-interpretazzjoni kuntrarja twassal sabiex iċaħħad lill-benefiċjarji ta’ għajnuna mill-Istat mill-possibbiltà li jikkontestaw deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara din l-għajnuna illegali u li tordna l-irkupru tagħha mingħand dawn l-istess benefiċjarji, bi ksur tad-dritt għal rimedju effettiv iggarantit mir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.
17 L-ammissibbiltà tar-rikors ma tistax tiġi evalwata fir-rigward tal-argumenti li jaqgħu taħt il-fondatezza tiegħu. Fil-fatt, kif fakkret il-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex parti jkollha interess ġuridiku, huwa neċessarju, iżda suffiċjenti li, jekk jirnexxi, ir-rikors għal annullament ippreżentat quddiem il-qorti tal-Unjoni Ewropea jkun jista’ jipprovdi benefiċċju lill-parti li tkun ippreżentatu (ara s-sentenza tas‑17 ta’ Settembru 2015, Mory et vs Il-Kummissjoni, C‑33/14 P, EU:C:2015:609, punt 76). Għalhekk, l-interess ġuridiku tar-rikorrenti ma jiddependix fuq il-fondatezza tal-ilment tagħhom (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal‑4 ta’ Lulju 2017, European Dynamics Luxembourg et vs L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji, T‑392/15, EU:T:2017:462, punt 41).
18 Permezz tad-disa’ aggravju fil-Kawża C‑890/24 P u tal-ewwel parti tat-tmien aggravju fil-Kawża C‑891/24 P, l-appellanti jqajmu wkoll ilksur tad-dritt għall-proprjetà tal-appellanti stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Karta, għar-raġuni li l-Qorti Ġenerali, fis-sentenza appellata, kienet applikat b’mod retoroattiv id-dritt tal-Unjoni sabiex tannulla l-ftehim ta’ arbitraġġ. Madankollu, jidhirli li dan l-aggravju huwa manifestament destinat li jfalli, peress li ma tqajjimx fil-kuntest tar-rikors fl-ewwel istanza.
19 Ara, għal espożizzjoni ddettaljata ta’ dawn il-prinċipji, is-sentenza tal‑14 ta’ Marzu 2024, Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit (Sentenza tal-Qorti Suprema) (C‑516/22, iktar ’il quddiem is-“sentenza Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit (sentenza tal-Qorti Suprema)”, EU:C:2024:231, punti 58 sa 66 u l-ġurisprudenza ċċitata).
20 B’mod iktar preċiż, fil-punt 92 tassentenzaappellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, b’mod partikolari, li l-Artikolu 351 TFUE ma jistax japplika għal trattat bilaterali konkluż bejn żewġ Stati Membri, u laqgħet għalhekk l-ewwel argument tal-Kummissjoni.
21 Il-Qorti Ġenerali tikkonferma għalhekk it-tieni argument tal-Kummissjoni.
22 Fil-punt 107 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat, b’mod partikolari, li l-Artikoli 53 u 54 tal-Konvenzjoni dwar l-ICSID ma jistgħux jiġu interpretati bħala li ħolqu, favur Stati terzi firmatarji ta’ din il-konvenzjoni, “drittijiet” fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE, li għalihom jikkorrispondu obbligi tar-Rumanija li teżegwixxi d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ.
23 Peress li dawn l-elementi kienu nieqsa fid-Deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni llimitat ruħha li tirrileva, fil-premessa 129 tagħha, li l-Artikolu 351 ma kienx rilevanti għar-raġuni li ebda Stat terz firmatarju tal-Konvenzjoni dwar l-ICSID ma kien parti għall-BIT inkwistjoni fil-proċedura ta’ arbitraġġ.
24 Fl-istess premessa, il-Kummissjoni ppreċiżat ukoll li “[hija] b’mod konsistenti ħadet il-pożizzjoni li l-BITs intra‑UE, bħall-BIT li fuqu r-rikorrenti [kienu] qegħdin jibbażaw it-talba tagħhom [...], [kienu] kuntrarji għad-dritt tal-Unjoni billi [ma kinux] kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattati tal-Unjoni u għalhekk għandhom jitqiesu bħala invalidi”.
25 Ara, b’mod partikolari, il-punti 101, 102, 173, 213 u 214 tas-sentenza appellata.
26 Ara l-premessi 51 sa 55 tad-deċiżjoni tal-ftuħ u l-premessa 57 tad-deċiżjoni kkontestata.
27 Fid-dawl ta’ din il-konklużjoni, inqis li l-argument ibbażat fuq sostituzzjoni ta’ motivi ma jistax jirnexxi iktar għal dak li jirrigwarda l-argumenti li l-partijiet ressqu sussegwentement matul il-proċedura ġudizzjarja, iżda li ma jinstabux la fil-motivazzjoni tad-Deċiżjoni kontenzjuża u lanqas f’dik tas-sentenza appellata. Dawn huma, b’mod partikolari, l-argumenti bbażati fuq l-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-liġi tat-trattati, iffirmata fit‑23 ta’ Mejju 1969 (Recueil des traités des Nations unies, Vol. 1155, p. 331, Nru 18232 (1980)) u li daħlet fis-seħħ fis‑27 ta’ Jannar 1980, fuq l-Artikolu 7(4) tal-Ftehim Ewropew, kif ukoll fuq l-Anness V, Kapitolu 2, paragrafu 5 tal-Att ta’ Adeżjoni tar-Rumanija.
28 Infakkar li, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċċitat espressament din il-ġurisprudenza darba waħda biss, fil-punt 43, fil-kuntest tal-eżami tagħha tal-ammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza. Ir-referenzi l-oħra għall-imsemmija ġurisprudenza kkontestati mill-appellanti huma indiretti, sa fejn jirriżultaw minn riferimenti tal-Qorti Ġenerali għal punti tas-sentenza dwar l-appell li jirreferu għall-istess ġurisprudenza.
29 Sentenza Achmea (punt 60 u d-dispożittiv).
30 Min-naħa l-oħra, f’din il-kawża, il-proċedura ta’ arbitraġġ inbdiet qabel id-data ta’ adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni.
31 Ara l-punti 114, 115 u 123 tas-sentenza dwar l-appell. Għal analiżi ta’ din il-ġurisprudenza, ara, b’mod partikolari, Georgiopoulos, I., u Kyriazis, D., Granting State Aid – When, by Whom and Why It Matters », European State Aid Law Review Quarterly, 2025, vol. 24, nru. 2, p. 152 sa 170. Jidhirli li huwa utli li jiġi enfasizzat li, sabiex tiġi ddeterminata d-data tal-adozzjoni tal-miżura eżaminata, u għalhekk, il-kuntest ġuridiku li japplika għaliha, il-Qorti tal-Ġustizzja tirreferi għad-data li fiha l-Kummissjoni tikkunsidra li ġiet ikkostitwita għajnuna mill-Istat. Għalhekk, preżunt li l-Kummissjoni wettqet żball billi kklassifikat din il-miżura bħala għajnuna mill-Istat, dan l-iżball ma jirrigwardax id-determinazzjoni tad-data tal-għoti tal-miżura u tal-kuntest ġuridiku applikabbli. Pjuttost huwa jirrigwarda l-fondatezza tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-klassifikazzjoni ta’ din il-miżura bħala għajnuna mill-Istat.
32 Ara l-punti 124 u 125 tas-sentenza dwar l-appell. Fil-punti 126 u 127 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja siltet il-konsegwenzi minn din l-evalwazzjoni billi ddeċidiet li l-Qorti Ġenerali kienet wettqet żball ta’ liġi billi kkunsidrat, li l-għajnuna mill-Istat prevista mid-Deċiżjoni kontenzjuża kienet ingħatat fid-data tat-tħassir tal-iskema ta’ inċentivi fiskali, u li konsegwentement il-Kummissjoni ma kinitx kompetenti sabiex tadotta din id-deċiżjoni.
33 Ara l-punti 137 sa 145 tas-sentenza dwar l-appell. Kif jirriżulta mill-punt 137 tas-sentenza dwar l-appell, il-Qorti tal-Ġustizzja introduċiet l-eżami tagħha tal-interpretazzjoni tal-ġurisprudenza Achmea sostnuta mill-Qorti Ġenerali bil-kliem “[b]arra minn hekk”.
34 Ara l-punt 140 tas-sentenza dwar l-appell.
35 Jiġifieri, l-ewwel nett, li l-kawża setgħet tqajjem kwistjonijiet dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, it-tieni nett, li t-tribunal ta’ arbitraġġ ma kienx jagħmel parti mis-sistema ġudizzjarja tal-Unjoni, u t-tielet nett, li d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ ma kienet suġġetta għal ebda stħarriġ minn qorti ta’ Stat Membru fir-rigward tal-konformità tagħha mad-dritt tal-Unjoni (ara l-punti 140 sa 142 tas-sentenza dwar l-appell).
36 Ara l-punti 50, 51, 101, 102, 176, 213 u 214 tas-sentenza appellata.
37 C‑333/19, iktar ’il quddiem id-“digriet Romatsa et”, EU:C:2022:749 (punti 40 sa 44). Bi tweġia għall-kritika magħmula mill-appellanti dwar il-portata legali ta’ dan id-digriet, adottat abbażi tal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, nirrileva li dan, ifakkar biss il-prinċipji stabbiliti f’dawn tal-aħħar. Għalhekk, hija s-sentenza dwar l-appell li għandha awtorità fir-rigward ta’ dawn il-prinċipji.
38 L-appellanti jikkontestaw ir-rilevanza tal-punti kkonċernati tas-sentenza dwar l-appell fir-rigward tal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li tipprovdi li l-awtorità ta’ res judicata testendi biss għall-motivi li jikkostitwixxu s-sostenn neċessarju tad-dispożittiv ta’ sentenza, u għalhekk, huma indissoċjabbli minn dan tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑16 ta’ April 2026, HG vs Il‑Kummissjoni, C‑899/24 P, EU:C:2026:306, punt 56 u l-ġurisprudenza ċċitata).
39 Skont l-appellanti, anki jekk jiġi preżunt li l-kunsens tar-Rumanija għall-arbitraġġ kien skada wara l-adeżjoni tagħha mal-Unjoni matul is-sena 2007, din l-iskadenza ma tistax tikkontesta l-validità ta’ dan il-kunsens fil-mument li fih ingħata, jiġifieri matul is-sena 2005.
40 Barra minn hekk, l-appellanti jsostnu li, b’konformità mal-Artikolu 25(1) tal-Konvenzjoni tal-ICSID, il-kunsens għall-arbitraġġ mogħti skont din il-konvenzjoni ma jistax jiġi rtirat unilateralment ladarba jiġi aċċettat minn investitur. Fil-fehma tagħhom, dan l-impenn kien japplika wkoll fir-rigward ta’ Stati terzi oħra partijiet għall-imsemmija konvenzjoni u kien jaqa’, f’dan ir-rigward, taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE. Huma jargumentaw li l-aċċettazzjoni tal-offerta ta’ arbitraġġ mill-appellanti matul is-sena 2005 nisslet ftehim ta’ arbitraġġ validu u infurzabbli, peress li, skont il-prinċipju applikabbli għal kull proċedura ta’ arbitraġġ li huma jinvokaw, ir-rekwiżiti ġudizzjarji għandhom jiġu evalwati fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ arbitraġġ.
41 L-appellanti jenfasizzaw b’mod partikolari li, fil-punti 143 u 144 tas-sentenza dwar l-appell, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, minn naħa, li r-Rumanija kienet tat il-kunsens għall-possibbiltà ta’ arbitraġġ, u mhux għall-arbitraġġ implimentat f’dan il-każ, u min-naħa l-oħra, li dan il-kunsens kien jirriżulta minn trattat konkluż bejn żewġ Stati u kellu portata ġenerali.
42 Fil-punt 145 tas-sentenza dwar l-appell, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, “sa mill-adeżjoni tar-Rumamija mal-Unjoni, is-sistema ta’ rimedji ġudizzjarji prevista mit-Trattati UE u FUE kienet issostitwixxiet lil din il-proċedura ta’ arbitraġġ” (korsiv miżjud minni), jiġifieri, il-proċedura ta’ arbitraġġ inkwistjoni. Għalhekk jidhirli li l-Qorti tal-Ġustizzja segwiet it-teżi, sostnuta minn ċerta parti tad-duttrina, li skontha, mill-adeżjoni ta' Stat mal-Unjoni, id-dritt tal-Unjoni huwa maħsub sabiex japplika għall-effetti futuri ta’ sitwazzjonijiet li nqalgħu qabel din l-adeżjoni, li jimplika li, anki meta klawżola ta’ arbitraġġ li tinsab f'BIT intra-Unjoni Ewropea tibqa' formalment fis-seħħ, ma tistax tipproduċi iktar effetti legali mill-adeżjoni tal-Istat ikkonċernat mal-Unjoni, b'tali mod li proċedura ta' arbitraġġ li tkun għadha għaddejja f'dik id-data ma tistax tkun ibbażata iktar fuq offerta valida ta’ arbitraġġ (ara, b'mod partikolari, Malferrari, L., " Chapitre 2 - Protection des investissements intra-UE post Achmea et post avis CETA : entre (faux) mythes et (dures) réalités ", fl-Union européenne et protection des investissements, Bruylant, Bruxelles, 2021, p. 65 sa 66).
43 Permezz ta’ dan l-argument l-appellanti jsostnu, essenzjalment, li l-ġurisprudenza Achmea ma tistax tapplika għal dan il-każ. Fil-fatt, minn naħa, għall-kuntrarju tas-sitwazzjoni prevista fil-punt 60 tas-sentenza Achmea, ir-Rumanija ma kinitx Stat Membru tal-Unjoni la fil-mument li fih tat il-kunsens għall-ġuriżdizzjoni tat-Tribunal ta’ Arbitraġġ u lanqas f’dak tal-introduzzjoni tal-proċedura ta’ arbitraġġ. Skonthom, il-mument determinanti għall-evalwazzjoni tal-applikabbiltà ta’ din il-ġurisprudenza għal proċedura ta’ arbitraġġ bejn investituri u Stati, huwa dak li fih l-investitur jibda din il-proċedura abbażi tal-klawżola ta’ arbitraġġ li tinsab fil-BIT. Min-naħa l-oħra, il-prinċipju stabbilit fil-punt 39 ta’ din is-sentenza lanqas jista’ japplika, peress li t-tilwima sottomessa lit-Tribunal ta’ Arbitraġġ ma tirrigwardax l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, iżda r-responsabbiltà tar-Rumanija fir-rigward tal-Artikolu 2(3) tal-BIT. F’dan ir-rigward, l-appellanti jirreferu għall-punt 328 tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, li tipprovdi li d-dritt tal-Unjoni ma jagħmilx parti mill-“qafas fattwali” tat-tilwima, u l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tiegħu ma humiex inkwistjoni.
44 Fil-fatt, sa fejn l-appellanti jikkontestaw l-evalwazzjoni sostnuta mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza dwar l-appell, infakkar li l-għan ta’ din il-proċedura huwa limitat għall-eżami tal-legalità tas-sentenza appellata. Għalhekk, f’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tibdel l-evalwazzjoni tagħha fis-sentenza dwar l-appell mogħtija, barra minn hekk, f’awla manja, sabiex tikkritika lill-Qorti Ġenerali li ma eskludietx din is-sentenza. Li wieħed jaċċetta l-kuntrarju, ikun ifisser essenzjalment, kontestazzjoni, fil-kuntest tal-istħarriġ tas-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali wara r-rinviju, ta’ kwistjoni diġà deċiża mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza dwar l-appell.
45 Kif enfasizzat fin-nota ta' qiegħ il-paġna 26 ta' dawn il-konklużjonijiet, fis-sentenza appellata, il-ġurisprudenza Achmea hija invokata biss indirettament, permezz tar-referenzi għas-sentenza dwar l-appell u għad-digriet Romatsa et, li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet għaliha espressament.
46 Ara, fir-rigward tal-ewwel argument, li permezz tiegħu l-appellanti jikkontestaw l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-ġurisprudenza Achmea mill-Qorti tal-Ġustizzja fid-digriet Romatsa et, in-nota ta’ qiegħ il-paġna 38 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Ara, fir-rigward tat-tielet argument, ibbażat fuq sostituzzjoni ta’ motivi, il-punti 20 sa 22 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
47 Ara, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Emiliou fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit (Sentenza tal-Qorti Suprema) (C‑516/22, EU:C:2023:857, punt 88 u l-ġurisprudenza ċċitata). Kif jenfasizza, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali, huwa d-dritt tal-Unjoni nnifsu li għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet u l-limiti li fihom l-Istati Membri huma awtorizzati (skont it-Trattati) li jeskludu l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni sabiex jikkonformaw ruħhom ma’ ftehimiet preċedenti.
48 Din il-konklużjoni tirriżulta, b’mod evidenti, mill-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, li jipprevedu, in-natura vinkolanti ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ mogħtija fil-kuntest tal-Konvenzjoni dwar l-ICSID kif ukoll l-obbligu li din id-deċiżjoni tiġi rrikonoxxuta u eżegwita daqslikieku kienet sentenza definittiva ta’ qorti nazzjonali.
49 L-ewwel argument, ibbażat fuq sostizzjoni ta’ motivi, kien eżaminat fil-punti 20 sa 24 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
50 Insostenn tal-argument tagħhom, l-appellanti jinvokaw is-sentenza tal‑1 ta’ Frar 2005, Il‑Kummissjoni vs L‑Awstrija (C‑203/03, EU:C:2005:76), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat li Stat Membru, f’dan il-każ l-Awstrija, jista’ jinvoka l-Artikolu 351 fir-rigward ta’ obbligi li jirriżultaw minn ftehim internazzjonali, mingħajr ma saret referenza għal “drittijiet” ta’ Stat terz.
51 Ara, b’mod iktar partikolari, il-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 63 sa 65 tas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit (Sentenza tal-Qorti Suprema).
52 Barra minn hekk, inqis li s-sentenza tal‑1 ta’ Frar 2025, Il‑Kummissjoni vs L‑Awstrija (C‑203/03, EU:C:2005:76), ma tikkontestax din il-konklużjoni. F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat ftehim adottat fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), li n-natura erga omnes tiegħu, u għalhekk, l-eżistenza ta’ drittijiet favur Stati partijiet, ma kinux inkwistjoni (ara, b'mod partikolari, Enforcing Obligations Erga Omnes in International Law, Cambridge University Press, 2022, p. 72).
53 L-appellanti fil-Kawża C‑890/24 P jibbażaw ruħhom fuq is-sentenzi tat‑2 ta’ Awwissu 1993, Levy (C‑158/91, EU:C:1993:332), u tat‑28 ta’ Marzu 1995, Evans Medical u Macfarlan Smith (C‑324/93, EU:C:1995:84).
54 Ara s-sentenza Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit (Sentenza tal-Qorti Suprema) (punt 76). Infakkar ukoll li l-kunċetti użati fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE huma kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni, li s-sens u l-portata tagħhom għandhom jiġu interpretati b’mod uniformi fl-Unjoni kollha (ara l-punt 38 ta’ dawn il-konklużjonijiet). Barra minn hekk, il-ġurisprudenza invokata mill-appellanti (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 55 ta' dawn il-konklużjonijiet) tirrigwarda sentenzi dwar rinviju għal deċiżjoni preliminari, li fil-kuntest tagħhom hija l-qorti nazzjonali li għandha tistabbilixxi l-kontenut tal-ftehim internazzjonali inkwistjoni. Min-naħa l-oħra, fil-kuntest ta’ rikors għal annullament, bħal f’dan il-każ, il-kwistjoni dwar jekk dan il-kontenut jaqax taħt il-kunċett ta’ “dritt [...] li jirriżulta minn ftehim”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jaqa’ taħt il-klassifikazzjoni legali tal-fatti, u għalhekk, taħt l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni. Fil-fatt, hija l-qorti tal-Unjoni li għandha tistħarreġ il-legalità tad-Deċiżjoni kontenzjuża u tas-sentenza appellata.
55 Fil-fatt, fir-risposta tagħha, il-Kummissjoni rreferiet għas-sentenzi tas‑6 ta’ April 1995 RTE u ITP vs Il‑Kummissjoni (C‑241/91 P u C‑242/91 P, EU:C:1995:98), u tat‑22 ta’ Settembru 1988, Deserbais (286/86, EU:C:1988:434), li t-tnejn huma bbażati fuq l-idea li l-obbligi internazzjonali, inkluż dawk li jirriżultaw minn ftehim multilaterali, għandhom, bħala prinċipju natura bilaterali.
56 Fil-punt 106 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-Konvenzjoni dwar l-ICSID tistabbilixxi mhux dritt iżda sempliċement interess fattwali għall-Istati terzi li huma partijiet għal din il-konvenzjoni li r-Rumanija tosserva l-obbligi tagħha. Sabiex tasal għal din il-konklużjoni, hija rreferiet għas-sentenza Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit (Sentenza tal-Qorti Suprema), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja kienet eżaminat b’mod partikolari l-ġurisprudenza invokata mill-appellanti. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali ma żiedet ebda kundizzjoni ma’ dawk previsti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE. Fil-fatt, il-ħtieġa li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ interess ġuridiku, u mhux ta’ sempliċi interess fattwali, kienet rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk l-Istati terzi kellhomx dritt u jekk ir-Rumanija kinitx marbuta b’obbligu korrispondenti skont din il-konvenjzoni. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (ICJ), previst fl-Artikolu 64 tal-imsemmija konvenzjoni, ma jidhirlix li tikkostitwixxi, waħedha, indizju suffiċjenti sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ obbligi erga omnes. Fl-aħħar nett, l-argument li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE ma għandux ikun is-suġġett ta’ interpretazzjoni restrittiva jmur kontra ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza Il‑Kummissjoni vs Ir‑Rejnu Unit (Sentenza tal-Qorti Suprema) (punt 81 u l-ġurisprudenza ċċitata)).
57 Fil-fatt, mill-punt tas-sentenza appellata iċċitat iktar ’il fuq, jirriżulta li l-Qorti Ġenerali wara li eskludiet fil-mertu l-motivi u l-argumenti kollha tal-appellanti, ikkunsidrat li ma kienx hemm iktar lok li tiddeċiedi dwar it-talba tal-Kummissjoni intiża sabiex jiġu rtirati mill-proċess ċerti argumenti u provi. Minn dan jirriżulta li l-Qorti Ġenerali kienet diġà eżaminat dawn l-argumenti u l-provi.
58 Fil-fatt, din is-sentenza kienet is-suġġett ta’ eżami ddetaljat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Il‑Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit (Sentenza tal-Qorti Suprema), li għaliha l-Qorti Ġenerali rreferiet wara li tat lill-partijiet il-possibbiltà li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom fir-rigward tagħha. Barra minn hekk, din is-sentenza ma kinitx l-unika sentenza rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-Konvenzjoni dwar l-ICSID fir-rigward tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 351 TFUE, għal dak li jirrigward l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rrilevat li l-appellanti kienu pprovaw ukoll jiksbu l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni fi Stati Membri oħra, fejn il-qrati nazzjonali kompetenti kienu ddeċidew li din id-dispożizzjoni ma tostakolax is-supremazija tal-projbizzjoni magħmula lir-Rumanija, bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li teżegwixxi l-imsemmija deċiżjoni fuq l-obbligu li teżegwixxiha li jirriżulta minn din il-konvenzjoni.
59 Fil-fatt, fiż-żewġ każijiet, għandha tiġi ddeterminata n-natura ġuridika tal-obbligi li jirriżultaw mill-Konvenzjoni dwar l-ICSID, b’mod partikolari dawk li huma ta’ natura bilaterali jew erga omnes, kif ukoll jiġi stabbilit jekk dritt huwiex irrikonoxxut lil Stat Membru partikolari jew lill-Istati kollha partijiet għal din il-konvenzjoni.
60 Ara, b’mod partikolari, Brenninkmeijer, M., and Fabien G., « Counterclaims in Investment Arbitration : Towards an Integrated Approach », ICSID Review [UK], vol. 38, no. 3, 2024, p. 567 sa 94
61 106/87 sa 120/87, iktar ’il quddiem is-“sentenza Asteris et” jew il-“ġurisprudenza Asteris et”, EU:C:1988:457.
62 C‑702/20 u C‑17/21, iktar ’il quddiem is-“sentenza DOBELES HES” jew il-“ġurisprudenza DOBELES HES”, EU:C:2023:1.
63 Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, l-appellanti kienu ppreċiżaw li l-argument tagħhom kien jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk il-Kummissjoni kinitx “identifikat b’mod korrett il-miżura ta’ għajnuna inkwistjoni” fid-Deċiżjoni kontenzjuża. Huma jikkritikaw lil din tal-aħħar li wettqet żball “billi identifikat l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni (jiġifieri l-ħlas tad-danni) bħala l-għoti tal-għajnuna allegata”. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali donnha wieġbet għall-argument kif ippreċiżat mill-appellanti, għalkemm fil-qosor, billi rrilevat, fil-punt 127 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni kienet ikkonkludiet, fil-premessa 123 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, li l-ħlas tas-somom kontenzjużi mir-Rumanija lir-rikorrenti fl-arbitraġġ kien isaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva tagħhom. Il-Qorti Ġenerali rrilevat ukoll, fil-punt 133 ta’ din is-sentenza, li l-appellanti ma setgħux isostnu li dan il-ħlas ma kienx jikkostitwixxi vantaġġ distint mid-deċiżjoni ta’ arbitraġġ.
64 Fi kliem ieħor, hija l-Kummissjoni li għandha tidentifika l-miżura li hija kellha l-intenzjoni teżamina fir-rigward tar-regoli fil-qasam ta’ għajnuna mill-Istat, indipendentement mill-fondatezza tal-evalwazzjoni tagħha, li taqa’ taħt kwistjoni differenti.
65 Imbagħad il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, fil-punt 136 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni setgħet ġustament teżamina l-ħlas tad-danni mogħti skont id-deċiżjoni ta’ arbitraġġ bħala miżura ta’ għajnuna, sabiex tiddetermina jekk dan il-ħlas kienx jagħti vantaġġ ekonomiku lill-appellanti.
66 Fil-fatt, skont l-appellanti, id-danni mogħtija permezz tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ ma kinux jikkorrispondu għall-vantaġġi finanzjarji li minnhom kienu jibbenefikaw li kieku l-iskema inkwistjoni ma tħassritx, iżda kienu intiżi sabiex jikkumpensaw id-dannu distint li jirriżulta, essenzjalment, mill-mod li bih ir-Rumanija ħassret din l-iskema, bi ksur tal-BIT. Barra minn hekk, dawn id-danni kienu jkopru wkoll, fil-parti l-kbira, telf ta’ profitti li ma kienx jikkorrispondi għas-somom li kellhom jirċievu fir-rigward tal-għajnuna, u għalhekk, ma jistgħux jikklassifikaw bħala għajnuna, tal-inqas għall-parti intiża sabiex tikkumpensa t-telf subit qabel l-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni matul is-sena 2007.
67 Fil-punt 23 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, b’mod partikolari, li l-għajnuna mill-Istat għandha natura ġuridika fundamentalment differenti mid-danni li l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jiġu kkundannati jħallsu lill-individwi, bħala kumpens għad-dannu li huma jkunu kkawżawlhom.
68 Fil-punt 76 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, b’mod partikolari, li l-istabbiliment ta’ għajnuna mill-Istat, bħala tali, ma jistax joħroġ minn deċiżjoni ġudizzjarja, peress li huwa jaqa’ taħt evalwazzjoni ta’ opportunità li ma taqax taħt il-kompetenza tal-qorti. Madankollu, hija ppreċiżat, fil-punt 62 tal-imsemmija sentenza, li jekk is-somom mitluba ġudizzjarjament jikkorrispondu għad-dannu li jikkonsisti fin-nuqqas ta’ ħlas tal-vantaġġ, dawn is-somom ma għandhomx in-natura ta’ “dannu”. Fil-punt 65 tal-istess sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet li meta leġiżlazzjoni nazzjonali stabbilixxiet “għajnuna mill-Istat”, il-ħlas ta’ somma mitluba ġudizzjarjament b’applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni jikkostitwixxi wkoll tali għajnuna. Fil-fatt, b’konformità mas-sentenza tal‑11 ta’ Novembru 2015, Klausner Holz Niedersachsen (C‑505/14, EU:C:2015:742, punti 42 sa 44), azzjoni għal kumpens ma tistax twassal sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni effettiva tar-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat.
69 Ara l-premessa 27 tad-Deċiżjoni kontenzjuża u l-punt 155 tas-sentenza appellata. Skont it-Tribunal ta’ Arbitraġġ, minkejja li r-Rumanija ma kinitx aġixxiet b’mod irraġonevoli – ħlief billi żammet l-obbligi tal-investituri wara l-eliminazzjoni tal-inċentivi fiskali – u lanqas b’mala fide, madankollu, hija kienet ippreġudikat l-aspettattivi leġittimi tal-appellanti, li setgħu jistennew li l-inċentivi fiskali jibqgħu disponibbli sas-sena 2009. Dan it-tribunal qies ukoll li r-Rumanija ma kinitx aġixxiet b’mod trasparenti, billi naqset milli tavża lill-appellanti fi żmien xieraq li l-iskema kienet ser tispiċċa qabel id-data prevista għall-iskadenza tagħha.
70 B’mod iktar partikolari, dawn id-danni kienu intiżi sabiex jikkumpensaw erba’ kapi ta’ dannu: l-ewwel nett, iż-żieda fl-ispiża taz-zokkor, li l-importazzjoni tiegħu kienet tat lok għall-ħlas ta’ dazji doganali wara t-tħassir tal-faċilità relatata mal-materji primi; it-tieni nett, iż-żieda tal-ispiża tal-materji primi minbarra z-zokkor u l-PET; it-tielet nett, it-telf ta’ kapaċità li jaħżnu z-zokkor bi prezzijiet iktar baxxi; u r-raba’ nett, il-profitt mitluf li jirriżulta mill-bejgħ mitluf ta’ prodotti lesti (ara l-punti 26 u 27 tad-Deċiżjoni kontenzjuża, li fihom il-Kummissjoni tiġbor fil-qosor il-partijiet rilevanti tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ).
71 Bħala informazzjoni, infakkar li s-sentenza DOBELES HES ingħatat wara l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni.
72 Ara l-premessi 101 sa 103 u 105 tad-Deċiżjoni kontenzjuża. Ara wkoll, fir-rigward tat-tielet kunsiderazzjoni, il-premessi 96, 98 u 99 tagħha.
73 Ara l-punti 131 u 132 tas-sentenza dwar l-appell.
74 Ara l-punti 113 sa 125 tas-sentenza dwar l-appell. B’mod iktar preċiż, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kompetenza tal-Kummissjoni kienet eżerċitata sa mid-data tal-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni u fir-rigward tad-data ta’ adozzjoni tal-miżura li minnha, skont id-deċiżjoni, irriżultat “għajnuna mill-Istat”. Din id-data kienet tikkorrispondi għal dik li fiha l-benefiċjarju kiseb id-dritt ċert li jirċievi l-għajnuna u l-Istat kien suġġett għall-obbligu korrelattiv li jagħtiha. F’dan il-każ, l-imsemmija data kienet dik tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, li permezz tagħha d-dritt għall-kumpens kien ingħata lir-rikorrenti fl-arbitraġġ. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet distinzjoni bejn, minn naħa, l-oriġini tal-kumpens, jiġifieri t-tħassir tal-iskema ta’ inċentivi fiskali, li kien jikkostitwixxi l-fatt li kkawża d-dannu kkumpensat minn dan il-kumpens (ara l-punt 117 ta’ din is-sentenza), u min-naħa l-oħra, is-sors tad-dritt għall-kumpens, jiġifieri d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ waħedha (ara l-punt 125 tal-imsemmija sentenza).
75 Ara l-punt 176 tas-sentenza appellata. F’dan il-punt, il-Qorti Ġenerali tfakkar, billi tirreferi għas-sentenza dwar l-appell (punt 144) kif ukoll għad-digriet Romatsa et (punti 40 sa 43),, li sa mill-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni, is-sistema ġudizzjarja tal-Unjoni kienet issostitwixxiet il-proċedura ta’ arbitraġġ prevista mill-BIT.
76 Ara l-punti 179 u 180 tas-sentenza appellata.
77 Ara l-punt 186 tas-sentenza appellata.
78 Ara, b’mod partikolari, il-premessa 96 tad-Deċiżjoni kontenzjuża kif ukoll il-punti 164 u 167 tas-sentenza appellata.
79 Minkejja li, kif tenfasizza l-Kummissjoni, il-konklużjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tirrigwarda biss id-data tal-għoti tal-għajnuna, sabiex tiġi ddeterminata, essenzjalment, l-applikazzjoni ratione temporis tad-dritt tal-Unjoni, madankollu jidhirli li tippreġudika neċessarjament il-kwistjoni dwar sa fejn jew ma’ liema aġir hija marbuta l-għajnuna inkwistjoni. Barra minn hekk, din l-aħħar kwistjoni hija indipendenti minn dik dwar jekk id-deċiżjoni ta’ arbitraġġ kinitx illegali fid-dawl tad-dritt tal-Unjoni.
80 Ara, b’mod partikolari, il-punt 115 tas-sentenza dwar l-appell. Ara wkoll, is-sentenza tal‑21 ta’ Marzu 2013, Magdeburger Mühlenwerke (C‑129/12, EU:C:2013:200, punt 40). Sussegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-element determinanti sabiex tiġi stabbilita d-data li fiha d-dritt li tirċievi għajnuna mill-Istat ingħata lill-benefiċjarji tiegħu huwa marbut mal-kisba minn dawn il-benefiċjarji ta’ dritt ċert li jirċievu din l-għajnuna u l-impenn korrelattiv, min-naħa tal-Istat, li jagħti l-imsemmija għajnuna (ara l-punt 123 tas-sentenza dwar l-appell).
81 Min-naħa l-oħra, hija tista’ tirriżulta mid-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk din tagħtix, fiha nnifisha, vantaġġ li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat jew jekk tmurx kontra d-dritt tal-Unjoni.
82 Barra minn hekk, fil-punt 132 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argument tal-Kummissjoni li l-ħlas tal-kumpens u d-deċiżjoni ta’ arbitraġġ kienu jikkostitwixxu miżura waħda, peress li din il-pożizzjoni ma kinitx tikkorrispondi għal dik sostnuta mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni kontenzjuża.
83 Ara, b’mod partikolari, il-premessa 95 tad-Deċiżjoni kontenzjuża u l-punt 155 tas-sentenza appellata. Barra minn hekk, fil-punt 186 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali donnha aċċettat, sussidjarjament, il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-kumpens mogħti lir-rikorrenti fl-arbitraġġ, li l-ammont tiegħu kien jikkorrispondi għal dak tal-inċentivi mhux riċevuti, kien jikkostitwixxi huwa stess għajnuna mill-Istat illegali, peress li din l-iskema ta’ inċentivi fiskali inkwistjoni kienet wasslet għall-għoti ta’ għajnuna mill-Istati illegali.
84 Ara, f’dan is-sens, il-punt 59 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
85 Ara l-punt 117 tas-sentenza dwar l-appell.
86 Ara Hornkohl, L., u Pelekis, D., “Investment Arbitration and the Conceptual Limits of EU State Aid Law”, Zeitschrift für europarechtliche Studien, 2026, Nru 2, p. 291 sa 293. Dawn l-awturi jenfasizzaw li l-klassifikazzjoni ta’ kumpens skont l-Artikolu 107(1) TFUE għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-effetti kumpensatorji tiegħu u n-natura tad-dannu li għalih ikun qiegħed jingħata kumpens, u mhux biss il-bażi legali, nazzjonali jew internazzjonali, tad-dritt għal kumpens. Huma jirrilevaw ukoll li l-inkompatibbiltà biss tal-mekkaniżmu ta’ arbitraġġ mad-dritt tal-Unjoni ma hijiex biżżejjed, fiha nnifisha, sabiex iċaħħad il-kumpens min-natura kompensatorja tiegħu.
87 Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 70 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
88 F’dan il-każ, għall-kuntrarju ta’ dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali fil-punt 162 tas-sentenza appellata, il-kwistjoni dwar jekk il-kumpens huwiex intiż li jikkumpensa l-irtirar ta’ għajnuna illegali jew inkompatibbli mas-suq intern, hija determinanti sabiex dan il-kumpens jiġi kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat, peress li din il-kwistjoni tikkundizzjona l-applikazzjoni tal-prinċipji stabbiliti fil-punti 23 u 24 tas-sentenza Asteris et kif interpretati fil-punti 78 u 79 tas-sentenza DOBELES HES. Min-naħa l-oħra, għall-kuntrarju ta’ dak li jsostnu l-appellanti, ma nikkunsidrax li l-ġurisprudenza DOBELES HES teħtieġ, sabiex danni mogħtija minn qorti nazzjonali jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, korrispondenza eżatta bejn, minn naħa, l-ammont tal-għajnuna mwiegħda iżda mhux imħallas mill-Istat Membru, u min-naħa l-oħra, id-danni mogħtija minħabba li din l-għajnuna ma ngħatatx, peress li dawn tal-aħħar huma marbuta mal-għajnuna inkwistjoni. Ir-referenza, fis-sentenza DOBELES HES, għat-talbiet ġudizzjarji intiżi li jinkiseb il-“benefiċċju sħiħ” tal-għajnuna mill-Istat mhux riċevuta (ara, b’mod partikolari, il-punt 79 ta’ din is-sentenza), hija probabbilment spjegata mill-fatti tal-kawża. Fl-aħħar nett, il-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tal‑11 ta’ Novembru 2015, Klausner Holz Niedersachsen (C‑505/14, EU:C:2015:742), jidhirli li lanqas huma determinanti f’dan il-każ. Fil-fatt, sabiex jiġi stabbilit li benefiċċju huwa intiż sabiex jevita l-applikazzjoni effettiva tar-regoli fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, għandu jiġi stabbilit, preliminarjament, jekk il-miżura inkwistjoni tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat.
89 Għar-raġuni li d-dritt tal-Unjoni ma kienx japplika għall-kumpens tat-tħassir tal-iskema ta’ inċentivi fiskali għal dan il-perijodu (ara l-punti 104 sa 109 tal-ewwel sentenza tal-Qorti Ġenerali).
90 Kif tirrileva l-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 115 tas-sentenza dwar l-appell.
91 Ara l-punt 76 tas-sentenza DOBELES HES, li jipprovdi li deċiżjoni ġudizzjarja ma tistax tagħti, hija stess, għajnuna mill-Istat.
92 Ara, f’dan ir-rigward, Hornkohl, L., u Pelekis, D., “Investment Arbitration and the Conceptual Limits of EU State Aid Law”, op. cit., p. 284 u 285, li, billi jibbażaw ruħhom b’mod partikolari fuq is-sentenzi tat‑22 ta’ Frar 2024, Mytilinaios vs DEI u Il-Kummissjoni u Il-Kummissjoni vs DEI (C‑701/21 P u C‑739/21 P, EU:C:2024:146), kif ukoll DOBELES HES, iqisu, b’analoġija, li tribunal ta’ arbitraġġ ta’ investiment ma jistax fih innifsu joħloq jew jagħti għajnuna mill-Istat, iżda jista’ biss jikkonstata l-eżistenza ta’ dritt għaliha..
93 Dawn l-argumenti kienu bbażati, l-ewwel nett, fuq il-fatt li l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ kienet tirriżulta awtomatikament minn obbligi li jirriżultaw mill-Konvenzjoni dwar l-ICSID, imbagħad, fuq il-fatt li din id-deċiżjoni kienet eżekuttiva wkoll barra mill-Unjoni, u fl-aħħar nett, fuq il-fatt li hija kienet ingħatat minn tribunal indipendenti.
94 Il-Qorti Ġenerali għamlet riferiment għall-punt 145 tas-sentenza appellata, kif ukoll għall-punti 43 u 44 tad-digriet Romatsa et, kif ukoll għall-punt 76 tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit (Sentenza tal-Qorti Suprema).
95 Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 33 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
96 T‑351/02, iktar ’il quddiem is-“sentenza Deutsche Bahn vs Il‑Kummissjoni”, EU:T:2006:104. B’mod iktar preċiż, l-appellanti jsostnu, minn naħa, li ma humiex marbuta jsostnu l-argument tagħhom li l-prinċipji stabbiliti f’din is-sentenza japplikaw mhux biss għall-implimentazzjoni ta’ obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni, iżda wkoll għal dawk li jirriżultaw mid-dritt internazzjonali, u min-naħa l-oħra, li l-Qorti Ġenerali kienet interpretat l-imsemmija sentenza b’mod żbaljat billi llimitat il-portata tagħha għall-obbligi ċari u preċiżi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni.
97 Barra minn hekk, kif tispjega l-Kummissjoni, [REP 164] id-dritt tal-Unjoni ma jistax jimponi fuq Stat Membru obbligu leġiżlattiv filwaqt li jipprojbixxih, skont ir-regoli relatati mal-għajnuna mill-Istat, milli jadotta l-aġir meħtieġ minn dan l-obbligu.
98 L-appellanti jinvokaw, f’dan ir-rigward, is-sentenzi DOBELES HES, u tat‑22 ta’ Frar 2024, Mytilinaios vs DEI u Il‑Kummissjoni u Il‑Kummissjoni vs DEI (C‑701/21 P u C‑739/21 P, iktar ’il quddiem is-“sentenza Mytilinaios vs DEI u Il‑Kummissjoni u Il‑Kummissjoni vs DEI”, EU:C:2024:146).
99 Ara l-punti 52 sa 56 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
100 Ara, f’dan is-sens, Hornkohl, L., u Pelekis, D., “Investment Arbitration and the Conceptual Limits of EU State Aid Law”, op. cit., p. 279 u 280, li jenfasizzaw li, filwaqt li d-dritt tal-Unjoni ma jistax jirregola direttament l-atti ġudizzjarji li permezz tagħhom il-qrati ta’ Stati terzi jirrikonoxxu jew jirreġistraw sentenza ta’ arbitraġġ fl-ordinament ġuridiku tagħhom, l-eżekuzzjoni forzata tagħha ma tħalli, mid-definizzjoni tagħha stess, l-ebda marġni ta’ evalwazzjoni lill-Istat ikkonċernat, kuntrarjament għall-eżekuzzjoni volontarja tagħha, li tista’ tkun imputabbli lil dan l-Istat peress li tirriżulta minn għażla li jikkonforma ruħu ma’ obbligu internazzjonali, minkejja li dan ikun nieqes minn bażi legali valida taħt id-dritt tal-Unjoni.
101 ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13 (iktar ’il quddiem il-“Linji gwida tal‑2007”). Fil-fatt, skont il-Kummissjoni, anki jekk l-għajnuna kienet temporanja u kienet tirrigwarda reġjun li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(a) TFUE, ma ntweriex li hija kienet intiża sabiex tikkumpensa diffikultajiet li jostakolaw l-iżvilupp ta’ dan ir-reġjun u lanqas li kienet proporzjonata għal dawn id-diffikultajiet.
102 ĠU 1998, C 74, p. 9 (iktar ’il quddiem il-“Linji gwida tal‑1998”).
103 Kif jirriżulta mill-premessa 142 tad-Deċiżjoni kontenzjuża kif ukoll mill-punti 257 u 261 tas-sentenza appellata, li minnhom jirriżultaw konstatazzjonijiet li ma humiex ikkontestati mill-appellanti, ir-Rumanija ma pprovdiet ebda element li jista’ jiġġustifika l-kompatibbiltà tal-miżura inkwistjoni mas-suq intern. Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa l-Istat Membru kkonċernat li għandu jipprovdi l-elementi proprji sabiex jistabbilixxi li l-miżura taqa’ taħt waħda mid-derogi previsti fl-Artikolu 107(2) u (3) TFUE (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat‑28 ta’ April 1993, L‑Italja vs Il‑Kummissjoni (C‑364/90, EU:C:1993:157, punt 20 u l-ġurisprudenza ċċitata).
104 Ara l-premessi 86 sa 88 tad-Deċiżjoni kontenzjuża. Fil-premessi 89 u 90 tagħha, il-Kummissjoni kkonfermat din il-konklużjoni billi bbażat ruħha fuq s-sentenzi tat‑12 ta’ Lulju 1984, Hydrotherm Gerätebau (170/83, EU:C:1984:271), u tal‑10 ta’ Jannar 2006, Cassa di Risparmio di Firenze et (C‑222/04, EU:C:2006:8).
105 Ara l-punti 304 sa 356 tas-sentenza appellata.
106 Fil-fatt, b’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE u mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja huwa limitat għall-kwistjonijiet ta’ liġi. Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, żnaturament għandu jidher b’mod manifest mill-atti tal-proċess, mingħajr ma jkun meħtieġ li titwettaq evalwazzjoni ġdida tal-fatti u tal-provi (ara s-sentenza tas‑6 ta’ Novembru 2018, Scuola Elementare Maria Montessori vs IlKummissjoni, IlKummissjoni vs Scuola Elementare Maria Montessori u IlKummissjoni vs Ferracci, C‑622/16 P sa C‑624/16 P, EU:C:2018:873, punt 86 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).
107 Fir-rigward tal-ġurisprudenza ċċitata mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni kontenzjuża, nirrileva, minn naħa, li s-sentenza tat‑12 ta’ Lulju 1984, Hydrotherm Gerätebau (170/83, EU:C:1984:271, punt 11) tippreċiża, b’mod ġenerali, li l-kunċett ta’ impriża fid-dritt tal-kompetizzjoni għandu jinftiehem bħala li jinkludi unità ekonomika mill-perspettiva tas-suġġett tal-ftehim inkwistjoni, anki jekk, mill-perspettiva legali, din l-unità ekonomika hija kkostitwita minn diversi persuni, fiżiki jew ġuridiċi. Min-naħa l-oħra, mis-sentenza tal‑10 ta’ Jannar 2006, Cassa di Risparmio di Firenze et (C‑222/04, EU:C:2006:8, punti 111 u 112) jirriżulta li, is-sempliċi detenzjoni ta’ ishma, anki ta’ kontroll, ma hijiex suffiċjenti sabiex tikkaratterizza attività ekonomika tal-entità detentriċi ta’ dawn l-ishma, meta dawn ma jagħtux lok ħlief għall-eżerċizzju ta’ drittjiet marbuta mal-kwalità ta’ azzjonist jew ta’ membru, kif ukoll, jekk ikun il-każ, għall-ġbir ta’ dividendi, sempliċi frott ta’ proprjetà ta’ oġġett, entità li għandha ishma ta’ kontroll f’kumpannija, teżerċita effettivament dan il-kontroll, billi tipparteċipa direttament jew indirettament fl-amministrazzjoni tagħha, għandha tiġi kkunsidrata bħala li tagħmel parti mill-attività ekonomika eżerċitata mill-impriża kkontrollata.
108 Barra minn hekk, il-prinċipju stabbilit fis-sentenza Cassa di Risparmio di Firenze et (C‑222/04, EU:C:2006:8, punt 112), li azzjonarju bi dritt ta’ kontroll li jipparteċipa direttament jew indirettament fil-ġestjoni ta’ impriża għandu jiġi kkunsidrat, essenzjalment, bħala li jagħmel parti minn din l-impriża, jista’ jiġi applikat b’analoġija fil-kuntest ta’ din il-kawża, indipendentement mill-fatt li l-azzjonarju ta’ kontroll huwa persuna fiżika pjuttost milli persuna ġuridika.
109 B’mod iktar partikolari, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali rrilevat, l-ewwel nett, fil-punti 340 sa 345, li l-aħwa Micula kellhom, direttament jew indirettament, kważi l-kapital kollu tal-kumpanniji kollha tal-grupp, it-tieni nett, fil-punti 346 sa 349 ta’ din is-sentenza, li, kif kien jirriżulta mid-deċiżjoni ta’ arbitraġġ, dawn l-aħwa kienu jipparteċipaw b’mod attiv fil-ġestjoni tal-grupp, li kienet ibbażata, b’mod partikolari, fuq mudell ta’ “impriża tal-familja” u kienet ikkaratterizzata minn integrazzjoni stretta tal-impriżi kollha, it-tielet nett, fil-punt 350 tal-imsemmija sentenza, li dawn il-kumpanniji ma humiex awtonomi peress li r-rikorrenti fl-arbitraġġ kienu talbu lit-Tribunal ta’ Arbitraġġ jakkordalhom id-danni anki fir-rigward tat-telf magħmul minnhom, u r-raba’ nett, fil-punti 353 sa 356 tal-istess sentenza, li l-imsemmija kumpanniji kellhom jitqiesu bħala benefiċjarji tal-għajnuna inkwistjoni peress li kienu jifformaw, flimkien mal-appellanti l-oħra, entità ekonomika waħda, indipendentement mill-fatt li ma kinux imsemmija bħala benefiċjarji tal-kumpens mogħti mit-Tribunal ta’ Arbitraġġ.
110 Ara, b’mod partikolari, il-punti 417 u 419 tas-sentenza appellata.
111 Ara l-punti 102 sa 117 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
112 Barra minn hekk, il-ġurisprudenza invokata mill-appellanti ma jidhirlix li hija ta’ natura li ssostni t-teżi tagħhom. Huwa minnu li, fis-sentenza tagħha tal‑11 ta’ Mejju 2005, Saxonia Edelmetalle u ZEMAG vs Il‑Kummissjoni (T‑111/01 u T‑133/01, EU:T:2005:166, punt 123), il-Qorti Ġenerali kkritikat lill-Kummissjoni, f’sitwazzjoni fejn l-għajnuna mill-Istat kienet inizjalment ingħatat lil grupp ta’ kumpanniji, li ma kinitx eżaminat sa fejn l-impriżi differenti ta’ dan il-grupp kienu effettivament ibbenefikaw minn din l-għajnuna. Madankollu, din il-kawża hija differenti minn dan il-każ sa fejn il-benefiċjarju inizjali tal-għajnuna kollha ma kienx l-imsemmi grupp kollu kemm hu, iżda biss is-sussidjarji kkonċernati mill-operazzjonijiet ta’ ristrutturazzjoni u ta’ privatizzazzjoni. Barra minn hekk, il-kawża li kienet is-suġġett tas-sentenza tad‑10 ta’ Ottubru 2005, Freistaat Thüringen vs IlKummissjoni (T‑318/00, EU:T:2005:363), kienet tirrigwarda mekkaniżmi ta’ frodi li permezz tagħhom għajnuna mogħtija lil impriża kienet ġiet miżapproprjata għall-benefiċċju ta’ impriżi oħra li jappartjenu lill-istess grupp. Għalhekk, il-mekkaniżmi ta’ trasferiment inkwistjoni kienu intużaw għad-detriment tal-impriża inizjalment benefiċjarja tal-għajnuna, u mhux għall-benefiċċju tagħha.