<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-325/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CC0325</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:55">EU:C:2018:55</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Szpunar –Kawża C-325/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Industrias Químicas del Vallés</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Szpunar</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20180201">1 ta’ Frar 2018</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑325/16</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Industrias Químicas del Vallés SA</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Administración General del Estado,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Sapec Agro SA</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 91/414/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2010/28/UE</KEYWORD><KEYWORD>Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ evalwazzjoni mill-ġdid, mill-Istati Membri, tal-prodotti għall‑protezzjoni tal-pjanti awtorizzati</KEYWORD><KEYWORD>Terminu</KEYWORD><KEYWORD>Proroga</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jappartjenu għall-familja tal-pestiċidi huma, skont id-Direttiva 91/414/KEE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19910715">15 ta’ Lulju 1991</DATE> li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332). Din id-direttiva tħassret bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20091021">21 ta’ Ottubru 2009</DATE> dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="309" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 309, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, is-sustanzi attivi u l-preparazzjonijiet li jkollhom fihom sustanza attiva waħda jew iktar, immirati biex, b’mod partikolari, jipproteġu l-pjanti jew il-prodotti mill-pjanti kontra kull organiżmu perikoluż jew biex jimpedixxu l-azzjoni tagħhom jew biex jippreżervaw il-prodotti mill-pjanti. L-Anness I ta’ din id-direttiva jelenka s-sustanzi attivi li l-inkorporazzjoni tagħhom hija awtorizzata fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mibjugħa fit-territorju tal-Unjoni Ewropea<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Skont l-Artikolu 2(3) u (4) tad-Direttiva 91/414, is-sustanzi attivi huma l-elementi kimiċi u l-komposti tagħhom, il-mikrorganiżmi u l-viruses li għandhom azzjoni ġenerali jew speċifika kontra organiżmi li jagħmlu l-ħsara, fuq pjanti, partijiet minn pjanti jew prodotti mill-pjanti.</P></NOTE>. Il-metalaxyl, li fil-konfront tiegħu, b’mod partikolari, huwa l-użu bħala fungiċida li huwa awtorizzat, huwa wieħed mis-sustanzi inklużi f’dan l-Anness I.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 91/414, il-prodotti għall‑protezzjoni tal-pjanti ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq u jiġu utilizzati fit-territorju ta’ Stat Membru ħlief jekk huma ġew awtorizzati mill‑awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-Istat Membru skont id‑dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva. Għal dan il-għan, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28/UE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Direttiva tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="20100423">23 ta’ April 2010</DATE> li temenda d-Direttiva tal‑Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-metalaxyl bħala sustanza attiva (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="104" PAGE.FIRST="57" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 104, p. 57</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> kien jipprevedi data ta’ skadenza, stabbilita bħala l‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>, sabiex jippermetti lill-Istati Membri, jekk ikun il-każ, jemendaw jew jirtiraw, skont id-Direttiva 91/414, l‑awtorizzazzjonijiet eżistenti tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl bħala sustanza attiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja għall‑ewwel darba dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad‑Direttiva 2010/28 u, b’mod iktar partikolari, dwar in-natura ġuridika speċifika tat-terminu previst f’dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 91/414</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(2) ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Stat Membru li jirċievi applikazzjoni għall-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I għandu bla dewmien żejjed jagħmel ċert illi dokument li jitqies li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness II jingħata mill-applikant lill‑Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni, flimkien ma’ dokument li jikkonforma ma l-Anness III dwar ta’ mill-anqas preparazzjoni waħda li jkun fiha dik is-sustanza attiva. Il-Kummissjoni għandha tirreferi d‑dokument lill-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti imsemmija fl-Artikolu 19 sabiex jiġi eżaminat.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 8(2) tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>B’deroga mill-Artikolu 4 u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 jew għad-Direttiva 79/117/KEE, Stat Membru jista’, matul perjodu ta’ 12-il sena wara n-notifika ta’ din id-Direttiva, jawtorizza t-tqegħid fis-suq ġewwa t-territorju tiegħu ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li jkun fihom sustanzi attivi li ma jkunux jinsabu fl-Anness I li jkunu diġà qegħdin fis‑suq sentejn wara n-notifika ta’ din id-Direttiva.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 8(2) ta’ din l-istess direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Matul il-perjodu ta’ 12-il sena li għalih jirreferi l-ewwel subparagrafu jista’, wara eżami ta’ tali sustanzi attivi mill-Kumitat imsemmi fl‑Artikolu 19, jiġi deċiż bil-proċedura stabbilita f’dak l-Artikolu illi s‑sustanza tista tiġi inkluża fl-Anness I u taħt liema kondizzjonijiet jew, f’każijiet fejn ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 5 ma jkunux issodisfati jew it‑tagħrif u l-informazzjoni ma jkunux ġew mogħtija fil-perjodu preskritt, li tali sustanzi attivi ma jiġux inklużi fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom jaċċertaw ruħhom li l-awtorizzazzjonijiet relevanti jiġu mogħtija, irtirati jew varjati skond kif xieraq matul perjodu stabbilit.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(1)(a) u (b), l-Artikolu 13(3)(d) u l-Artikolu 13(6) tad-Direttiva 91/414 jipprevedu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10, l-Istati Membri għandhom jitolbu lill-applikanti għal awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-ħarsien tal‑pjanti sabiex jissottomettu ma’ l-applikazzjoni tagħhom:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>dokument li jissoddisfa, fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku u tekniku preżenti, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III [iktar ’il quddiem id‑<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>dokument Anness III<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>u</P><?PAGE NO="3"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għal kull sustanza attiva fil-prodott għall-ħarsien tal-pjanti, dokument li jissoddisfa, fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku u tekniku preżenti, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II [iktar ’il quddiem id‑<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>dokument Anness II<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>].</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="013.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-konċessjoni ta’ l-awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri m’għandhomx jagħmlu użu mill-informazzjoni li għaliha jirreferi l‑Anness II għall-benefiċċju ta’ applikanti oħrajn:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-deċiżjoni, wara li jkunu rċevew informazzjoni ulterjuri neċessarja għall-inklużjoni inizzjali fl-Anness 1, li tkun ittieħdet jew sabiex jiġu varjati l-kondizzjonijiet għal, jew sabiex tibqa’ tissussisti, l-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl‑Anness I, kemm-il darba il-perjodu ta’ ħames snin ma jiskadix qabel il-perjodu stabbilit mill-paragrafi 3 (b) u (ċ), f’liema każ il‑perjodu ta’ ħames snin għandu jiġi estiż sabiex jiskadi fl-istess data ta’ dawk il-perjodi.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="013.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mill-paragrafu 1, għal sustanzi attivi diġà fis-suq sentejn wara n-notifika ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu, filwaqt li josservaw kif dovut id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, ikomplu japplikaw ir‑regoli nazzjonali preċedenti dwar rekwiżiti ta’ informazzjoni sakemm tali sustanzi ma jkunux inklużi fl-Anness I.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2010/28</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Skont il-premessi 7 sa 9 tad-Direttiva 2010/28:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>(7)</NO.P><TXT>Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessanti jingħataw ċans jippreparaw irwieħhom sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ġodda li jirriżultaw mill-inklużjoni.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Bla ħsara għall-obbligi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE konsegwenza tal-inklużjoni tas-sustanzi attivi fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall‑protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl sabiex jaċċertaw li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jibdlu jew jirtiraw, skont il-każ, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. Permezz ta’ deroga mill-iskadenza stabbilita hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-fajl komplut tal‑Anness III ta’ kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu maħsub skont il-prinċipji uniformi stipulati fid‑Direttiva 91/414/KEE.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE ta’ sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar‑Regolament (KEE) Nru 3600/92<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Regolament tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="19921211">11 ta’ Diċembru 1992</DATE> li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-ewwel stadju tal-programm ta’ xogħol imsemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 13, p. 242).</P></NOTE> uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet ta’ detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għaldaqstant, sabiex jiġu evitati iżjed diffikultajiet, jidher li jinħtieġ li jiġu ċċarati l-obbligi tal-Istati Membri, b’mod speċjali l‑obbligu li jiġi vverifikat li min ikollu l-awtorizzazzjoni juri aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ma’ dik id‑Direttiva.<?PAGE NO="4"?> Madankollu, din il-kjarifika ma timponix obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet, meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sal-ġurnata preżenti li jemendaw l-Anness I.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>F’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, l-Istati Membri għandhom, meta jkun meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl bħala sustanza attiva sal-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>.</ALINEA><ALINEA>Sa dik id-data, dawn għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li l‑kundizzjonijiet fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar il-metalaxyl jiġu ssodisfati, minbarra dawk identifikati fil-Parti B tar-reġistrazzjoni dwar dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu, jew ikollu aċċess għal, dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II għal dik id‑Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott għall-protezzjoni tal‑pjanti li fih il-metalaxyl bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li jiġu kollha elenkati fl-Anness I tad‑Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mit-<DATE ISO="20100630">30 ta’ Ġunju 2010</DATE>, l‑Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li tikkonċerna l-metalaxyl. Fuq il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva jipprevedi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ nhar l-<DATE ISO="20100701">1 ta’ Lulju 2010</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-Ley 30/1992 de Régimen Jurídico de las Administraciones Públicas y del Procedimiento Administrativo Común (il-Liġi 30/1992, dwar is-Sistema Legali tal-Amministrazzjonijiet Pubbliċi u l-Proċedura Amministrattiva Komuni), tas-<DATE ISO="19921126">26 ta’ Novembru 1992</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Il-Ley 30/1992 de Régimen Jurídico de las Administraciones Públicas y del Procedimiento Administrativo Común (il-Liġi 30/1992, dwar is-Sistema Legali tal-Amministrazzjonijiet Pubbliċi u l-Proċedura Amministrattiva Komuni) tas-<DATE ISO="19921126">26 ta’ Novembru 1992</DATE> (BOE Nru 285, tas-<DATE ISO="19921127">27 ta’ Novembru 1992</DATE>, p. 40300), kif emendata bil-Ley 4/1999 (il-Liġi 4/1999), tat-<DATE ISO="19990113">13 ta’ Jannar 1999</DATE> (BOE Nru 12, tal‑<DATE ISO="19990114">14 ta’ Jannar 1999</DATE>, p. 1739) fl-Artikolu 1.14 tagħha.</P></NOTE>, fl-Artikolu 49(3) tagħha tipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>It-talba tal-persuni kkonċernati għal proroga tat-terminu kif ukoll id‑deċiżjoni dwar din it-talba fi kwalunkwe każ għandhom isiru qabel l‑iskadenza tat-terminu inkwistjoni. Terminu li jkun skada bl-ebda mod ma jista’ jkun estiż. […]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża prinċipali, id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Industrias Químicas del Vallés SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>IQV<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>) hija kumpannija rregolata mid-dritt Spanjol li l-attività ekonomika tagħha hija l‑produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti kimiċi u ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. B’mod partikolari hija timporta l-metalaxyl fi Spanja u tbigħ f’diversi Stati Membri prodotti li fihom din is-sustanza attiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Sapec Agro SA hija kumpannija rregolata mid-dritt Portugiż attiva fl‑iżvilupp ta’ prodotti u ta’ soluzzjonijiet għas-saħħa tal-pjanti u ta’ nutrijenti attivi. Hija għandha awtorizzazzjonijiet ta’ żvilupp ta’ prodotti għall-protezzjoni tal‑pjanti li fihom il-metalaxyl.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20030502">2 ta’ Mejju 2003</DATE>, il-Kummissjoni adottat id‑Deċiżjoni 2003/308/KE li tikkonċerna n-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ metalaxyl fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u t-tneħħija ta’ l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 38, p. 495.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Din id-deċiżjoni ġiet annullata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża Industrias Químicas del Vallés vs Il-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Industrias Químicas del Vallés vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑326/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:443">EU:C:2007:443</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Wara dan l-annullament, il‑Kummissjoni adottat id-Direttiva 2010/28, li emendat id‑Direttiva 91/414, sabiex tinkludi fiha s-sustanza attiva metalaxyl.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20100430">30 ta’ April 2010</DATE>, infetħet proċedura ta’ evalwazzjoni mill‑ġdid <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> fi Spanja dwar l-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis‑suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom bħala sustanza attiva l-metalaxyl, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, IQV ippreżentat talba għal reġistrazzjoni mill‑ġdid tal-prodotti tagħha għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il‑metalaxyl fi ħdan l-amministrazzjoni Spanjola, akkumpanjata minn dokument li dawn l-awtoritajiet iddikjaraw bħala komplut fir-rigward tar‑rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20100629">29 ta’ Ġunju 2010</DATE>, Sapec Agro wkoll ippreżentat talba għal reġistrazzjoni mill-ġdid tal-prodotti tagħha għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Għandu jiġi nnotat li, kif osservat il-Kummissjoni matul is-seduta, anki jekk il‑partijiet jużaw, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>reġistrazzjoni mill-ġdid<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, ma tkunx reġistrazzjoni mill-ġdid iżda l-evalwazzjoni tal-ekwivalenza tas‑sustanza fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414. L-Istati Membri għandhom għalhekk jew jemendaw l-awtorizzazzjonijiet jew jirtirawhom.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20101230">30 ta’ Diċembru 2010</DATE>, jiġifieri ġurnata qabel l-iskadenza tat‑terminu tal-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE> previst fl-Artikolu 3(1) tad‑Direttiva 2010/28, Sapec Agro talbet lill-amministrazzjoni Spanjola sabiex tagħtiha terminu addizzjonali sabiex tikkompleta d-dokument li hija kienet issottomettiet, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Anness II tad‑Direttiva 91/414. Sapec Agro ġġustifikat it-talba tagħha minħabba d‑diffikultajiet li hija ffaċċjat bid-dokumentazzjoni tal-fajl ikkumpilat mir-Repubblika Portugiża bħala Stat Membru relatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE>, l-amministrazzjoni Spanjola tat lil Sapec Agro l-proroga mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110405">5 ta’ April 2011</DATE> id-Dirección General de Recursos Agrícolas y Ganaderos (id-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Agrikoli u tat-Trobbija, Spanja) iddikjara li l-fajl sottomess minn Sapec Agro dwar is-sustanza attiva metalaxyl kien komplut fir-rigward tar‑rekwiżiti tal-Anness II tad-Direttiva 91/414.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20110509">9 ta’ Mejju 2011</DATE>, IQV ippreżentat appell minn din id‑deċiżjoni quddiem is-Secretaría General de Medio Rural del Ministerio de Medio Ambiente, y Medio Rural y Marino (is-Segretarjat Ġenerali tal-Affarijiet Rurali tal-Ministeru għall-Ambjent u għall-Affarijiet Rurali u Marittimi, Spanja). Dan l-appell ġie miċħud bid-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20111107">7 ta’ Novembru 2011</DATE> minħabba nuqqas ta’ <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> billi ġie kkunsidrat li l-interess ta’ IQV kien esklużivament wieħed kompetittiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>IQV ippreżentat rikors kontenzjuż amministrattiv kontra din id‑deċiżjoni ta’ rifjut, li ġie wkoll miċħud fit-<DATE ISO="20140122">22 ta’ Jannar 2014</DATE> mit‑Tribunal Superior de Justicia de Madrid (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Madrid, Spanja) minħabba nuqqas ta’ <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>IQV ipproċediet fil-kassazzjoni quddiem it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) billi sostniet, b’mod partikolari, li l-impossibbiltà li jiġi pprorogat it-terminu li skada fil-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE> ma toħroġx biss mill-kliem tad-Direttiva 2010/28, iżda hija ġġustifikata wkoll mill-ħtieġa li jiġu protetti l-investimenti magħmula sabiex tiġi prodotta d-data li għandha tiġi kkomunikata għall-finijiet tal-evalwazzjoni tas-sustanza attiva mill-Kummissjoni jew tal-prodott għas-saħħa tal-pjanti mill-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Skont Sapec Agro u l-amministrazzjoni kompetenti, it-terminu inkwistjoni jista’ jiġi pprorogat, kif jirriżulta mis-sentenza mogħtija mill‑Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża Industrias Químicas del Vallés vs Il‑Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Industrias Químicas del Vallés vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑326/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:443">EU:C:2007:443</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju kkonstatat li sabiex tiddeċiedi l-kawża li minnha hija adita, huwa meħtieġ li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28 jiġi interpretat fid-dawl tal-premessa 8 ta’ din id-direttiva. Il-qorti tar-rinviju tindika li s-sentenza Industrias Químicas del Vallés vs Il‑Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE> (<NO.CASE>C‑326/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:443">EU:C:2007:443</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> tidher li hija l-preċedent l-iktar rilevanti u tidher li hija favur il-proroga.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Madankollu, din il-qorti tikkunsidra li, b’differenza minn dik il‑kawża, il-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jikkonċernawx aġir kontradittorju tal-awtoritajiet li wassal għal konfużjoni għall-parti kkonċernata, iżda terminu li, kif id-Direttiva 2010/28 tispeċifika diversi drabi, jiskadi fil-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema), permezz ta’ sentenza tas-<DATE ISO="20160506">6 ta’ Mejju 2016</DATE>, li waslet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20160609">9 ta’ Ġunju 2016</DATE>, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1)</NO.P><TXT>Id-data ta’ skadenza prevista fid-Direttiva 2010/28 […] bil-kliem <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>sal-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE><QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> fl-Artikolu 3(1) jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Sa dik id-data<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1), ukoll b’riferiment għall‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>, fir-rigward tat-terminu [moqrija flimkien mat-terminu] ta’ sitt xhur imsemmi fil-premessa 8 tad-Direttiva 2010/28[…], hija terminu perentorju minħabba l-għan segwit mis-sistema tad-Direttiva [91/414] li tipprekludi li l-Istati jistgħu jestenduha, b’mod li l-kalkolu tagħha huwa esklużivament iddeterminat minn din id-direttiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li dan it-terminu jista’ jiġi pprorogat, id-deċiżjoni dwar tali proroga għandha tittieħed mingħajr ma tkun suġġetta għar-regoli speċifiċi tal-proċedura li jirregolaw il-preżentazzjoni u l-adozzjoni tagħha, jew din id-deċiżjoni taqa’ fil-kompetenza tal-Istati, li għandhom jiddeċiedu skont il-leġiżlazzjoni interna tagħhom sa fejn huma d-destinatarji tad-dispożizzjonijiet tal-proċedura prevista fl‑Artikolu 3(1) tad-Direttiva?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub minn IQV, il-Gvern Spanjol u mill-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>L-osservazzjonijiet orali ta’ IQV, ta’ Sapec Agro, tal-Gvern Spanjol u tal-Kummissjoni nstemgħu fis-seduta li saret fid-<DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Din il-kawża tqajjem qabel xejn il-kwistjoni tal-ammissibbiltà tat‑talba għal deċiżjoni preliminari. Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju tindika li kemm l-awtorità amministrattiva kompetenti kif ukoll il-qorti tal-ewwel istanza kkonkludew dwar in-nuqqas ta’ <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> ta’ IQV u li hija stess għadha ma evalwatx din il-kwistjoni, peress li d-domandi preliminari saru biss fil-każ li tali <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> jiġi rrikonoxxut. Madankollu, il-qorti tar-rinviju ssostni li n-nuqqas ta’ <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> invokat mill‑amministrazzjoni ma huwiex rilevanti għall-finijiet tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ninnota li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddeċiedi, fid-dawl tad-dritt nazzjonali tagħha, dwar jekk hemmx jew le <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> fil-kawża prinċipali. L-evalwazzjoni ta’ din il-kwistjoni ma għandhiex issir mill-Qorti tal-Ġustizzja. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tirrifjuta li tagħti deċiżjoni dwar domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali biss jekk ikun jidher b’mod ċar li din il-kwistjoni hija ta’ natura ipotetika<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150616">16 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Gauweiler <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑62/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:400">EU:C:2015:400</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>F’din il-kawża, hemm rabta biżżejjed bejn is-suġġett tal-proċedura fil-kawża prinċipali, peress li IQV invokat, fl-osservazzjonijiet bil-miktub u orali tagħha quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija fid-domandi preliminari u peress li Sapec Agro kkontestat dan l-argument fl-osservazzjonijiet orali tagħha. Il‑kwistjonijiet tad-dritt imqajma jistgħu jiġu evalwati fid-dawl tal‑indikazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju dwar il-fatti u dwar l-istat tad-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Nikkunsidra għalhekk li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-proċedura bil-miktub u l-proċedura orali ppermettew li jiġu approfonditi l-aspetti kollha ta’ din il-kawża. Konsegwentement, qabel ma tiġi eżaminata n-natura tat-terminu inkwistjoni stabbilit bid‑Direttiva 2010/28, jidhirli li huwa utli li nispjega d-Direttiva 91/414 u, b’mod ġenerali, id-direttivi relatati mal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 91/414</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Qabel xejn għandu jitfakkar li d-Direttiva 2010/28 hija direttiva ta’ implementazzjoni tad-Direttiva 91/414. Din tal-aħħar tirrigwarda l‑awtorizzazzjoni, it-tqegħid fis-suq, l-użu u l-kontroll fi ħdan l-Unjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ppreżentati fil-forma kummerċjali tagħhom. Id-Direttiva 91/414 għandha l-għan li tevita t‑tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li għandhom effetti negattivi inaċċettabli fuq il-pjanti u fuq il-prodotti mill-pjanti, fuq l-ambjent, fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali u fuq l-ilmijiet ta’ taħt l-art.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Sabiex tilħaq dan il-għan, id-Direttiva 91/414 tirregola b’mod partikolari żewġ tipi differenti ta’ awtorizzazzjonijiet. Minn naħa waħda, <HT TYPE="ITALIC">l-awtorizzazzjoni u l-użu ta’ sustanzi attivi</HT> kif iddefiniti fl‑Artikolu 2(4) ta’ din id-direttiva u, min-naħa l-oħra, <HT TYPE="ITALIC">l-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom ġew inkorporati dawn is‑sustanzi</HT>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">inklużjoni ta’ sustanzi attivi fl-Anness I</HT> tad‑Direttiva 91/414, għandu jitfakkar li din hija rregolata mill‑Artikolu 6 ta’ din id-direttiva. Hija l-Kummissjoni li hija responsabbli minn din l-inklużjoni permezz ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>direttivi ta’ inklużjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> li jemendaw l-imsemmi Anness I (bħal, f’dan il-każ, id‑Direttiva 2010/28). Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni tipprevedi, skont l‑Artikolu 5(4) tad-Direttiva 91/414, ir-rekwiżiti relatati mal-użu tas‑sustanza inkwistjoni. It-talbiet għall-inklużjoni ta’ sustanzi attivi fl‑Anness I għandhom ikunu akkumpanjati minn żewġ dokumenti tekniċi distinti: wieħed, iddettaljat ferm, li għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Anness II tad‑Direttiva 91/414<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>L-Anness II fih ir-rekwiżiti li jirrigwardaw il-provvista ta’ informazzjoni ddettaljata fuq is-sustanza attiva.</P></NOTE>, meħtieġ sabiex jiġu evalwati r-riskji prevedibbli tas-sustanza fuq il-persuni, l-annimali u l‑ambjent, u l-ieħor li jirrigwarda talinqas preparazzjoni li fiha din is‑sustanza attiva, li jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness III ta’ din id-direttiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>L-Anness III fih ir-rekwiżiti li jirrigwardaw il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda <HT TYPE="ITALIC">l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall‑protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi</HT>, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/414, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw biss il-bejgħ ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>sustanzi attivi elenkati fl-Anness I<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> u li jissodisfaw ir-rekwiżiti elenkati f’dan l‑anness<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 91/414.</P></NOTE>. Jekk ma jkunx hekk, dawn il-prodotti ma jistgħux ikunu awtorizzati mill-Istati Membri. Skont l-Artikolu 13(1) tad‑Direttiva 91/414, kull talba għal awtorizzazzjoni ta’ dawn il-prodotti għandha tkun akkumpanjata minn dokument tal-Anness III u, għal kull sustanza attiva li tinsab fil-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, minn dokument tal-Anness II.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 91/414 tipprevedi wkoll sensiela ta’ <HT TYPE="ITALIC">miżuri tranżitorji</HT>. B’hekk, l-Artikolu 8(2) ta’ din id-direttiva jippermetti lill-Istati Membri jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi li ma humiex inklużi fl-Anness I, li huma diġà fis‑suq sentejn wara d-data tan-notifika ta’ din id-direttiva, bħall‑metalaxyl<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Dispożizzjoni tranżitorja li tirrigwarda r-regoli ġenerali tal-Artikolu 4 tad‑Direttiva 91/414 li tinkludi l-għoti, ir-reviżjoni u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mill-Istati Membri.</P></NOTE>. B’mod iktar speċifiku, l-Artikolu 13(6) tad‑Direttiva 91/414 jipprevedi deroga mill-obbligu, previst fl‑Artikolu 13(1) ta’ din id-direttiva, li t-talbiet għal awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti tal-Anness II u III tad-Direttiva 91/414 (sakemm ma jkunux aċċessibbli mid-detentur ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti). Din id-deroga hija valida sakemm is-sustanza attiva li tkun diġà fis-suq sentejn wara n-notifika tal-imsemmija direttiva ma tkunx inkluża fl-Anness I.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Dawn il-miżuri tranżitorji ma jibqgħux applikabbli fil-mument tad-dħul fis‑seħħ ta’ direttiva ta’ inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, u r-regola applikabbli terġa’ ssir dik li tinsab fl-Artikolu 13(1) tad‑Direttiva 91/414. Minn dak il-mument, l-Istati Membri huma obbligati, minn naħa waħda, jiżguraw li t-<HT TYPE="ITALIC">talbiet għal awtorizzazzjonijiet ġodda</HT> huma akkumpannjati mid-dokumenti tal-Anness II u III, u, min-naħa l-oħra, li jivverifikaw li d-detenturi ta’ <HT TYPE="ITALIC">awtorizzazzjonijiet eżistenti</HT> għandhom dawn id-dokumenti jew għandhom aċċess għalihom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-direttivi ta’ inklużjoni u d-Direttiva 2010/28</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Kif korrettament osservat il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil‑miktub tagħha, l-applikazzjoni immedjata ta’ direttiva ta’ inklużjoni temenda b’mod radikali, mil-lum għall-għada, is-sitwazzjoni ġuridika tad‑detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti. Għal din ir-raġuni, sabiex tippermetti lill-Istati Membri u lill-operaturi jieħdu l-miżuri neċessarji fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet fis-seħħ, id-direttivi ta’ inklużjoni jiddefinixxu sensiela ta’ termini.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, direttiva ta’ inklużjoni tidħol fis-seħħ biss diversi xhur wara l-pubblikazzjoni tagħha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Mad-dħul fis-seħħ ta’ direttiva ta’ inklużjoni, il-Kummissjoni temenda l-Anness I tad-Direttiva 91/414 sabiex tinkludi fih is-sustanza kkonċernata.</P></NOTE>. Fir-rigward tad-Direttiva 2010/28, din ġiet ippubblikata fl-<DATE ISO="20100424">24 ta’ April 2010</DATE> u daħlet fis-seħħ fl‑<DATE ISO="20100701">1 ta’ Lulju 2010</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Infakkar li l-premessa 7 tad-Direttiva 2010/28 tindika li dan it-terminu għandu jippermetti lill-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati jagħmlu l-preparamenti meħtieġa.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-Istati Membri għandhom terminu ta’ sitt xhur li jiddekorri mid-dħul fis-seħħ tad-direttiva ta’ inklużjoni sabiex jittrasponuha fid-dritt nazzjonali. Fir-rigward tad-Direttiva 2010/28, l‑Artikolu 2 kien jitlob lill-Istati Membri jadottaw, sa mhux iktar tard mill‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-direttiva. L‑adozzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali timplika l-osservanza sħiħa tal-obbligi li jirriżultaw mid-Direttiva 91/414 wara l-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I u, b’mod partikolari, il‑konformità tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva inkwistjoni mal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Il-verifika tal-konformità tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanza attiva mad-Direttiva 91/414 tippreżumi, l-ewwel nett, il-verifika tal-fatt li <HT TYPE="ITALIC">l-varjant użat tas-sustanza inkwistjoni jissodisfa l‑kundizzjonijiet previsti fl-Anness I</HT>, jiġifieri dawk relatati mal-purità u dawk stabbiliti fil-Parti A (sustanzi kimiċi) tal-inklużjoni korrispondenti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Bl-eċċezzjoni ta’ dawk tal-Parti B (mikrorganiżmi u viruses) tal-inklużjoni korrispondenti. Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, il-Kummissjoni tispjega li, sabiex ma tagħmilx it-test iktar diffiċli, hija ma żżidx b’mod sistematiku fil-punti segwenti l-ispjegazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>bl-eċċezzjoni ta’ dawk tal-Parti B tal-inklużjoni korrispondenti<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> meta tirreferi għall-verifika tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I għas-sustanza inkwistjoni. Ir-riferiment għal dawn il-kundizzjonijiet għandu madankollu jinftiehem bħala li jinkludi din l-ispjegazzjoni.</P></NOTE>. Konsegwentement, it-terminu stabbilit mid-direttivi ta’ inklużjoni, b’mod ġenerali fl-Artikolu 2, għat-traspożizzjoni tagħhom fid-dritt nazzjonali huwa l-istess bħat-terminu li huma jistabilixxu, b’mod ġenerali, fl-Artikolu 3(1), sabiex jivverifikaw li l-varjant speċifiku tas‑sustanza attiva (f’dan il-każ, il-metalaxyl) li jinsab fil-prodott jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Anness I tad-Direttiva 91/414.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward il-Kummissjoni tispjega li l-Istati Membri jistgħu <HT TYPE="ITALIC">jikkontrollaw l-użi speċifiċi tas-sustanza attiva</HT> billi jibbażaw ruħhom fuq id-data li huma għandhom diġà dwar l-awtorizzazzjonijiet li huma taw qabel l-inklużjoni tas-sustanza attiva fl-Anness I tad‑Direttiva 91/414 abbażi tal-Artikolu 8(2) ta’ din id-direttiva<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara l-punti 5 u 40 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Għall‑kuntrarju, il-<HT TYPE="ITALIC">kontroll tal-livell ta’ purità tas-sustanza attiva</HT> jista’ jsir biss abbażi tad-dokument tal-Anness II<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Dokument meħtieġ sabiex jiġu evalwati r-riskji prevedibbli tas-sustanza fuq il‑persuni, l-annimali jew l-ambjent. Ara l-punt 38 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. B’hekk, l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 13(1)(b) tad-Direttiva 91/414 jeżiġu l-preżentazzjoni ta’ dan id-dokument għall-approvazzjoni ta’ sustanza attiva u għall‑awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li tkun fihom, rispettivament. Għalhekk, id-direttivi ta’ inklużjoni jistabbilixxu l‑istess terminu sabiex jiġi ppreżentat id-dokument tal-Anness II u sabiex jiġu vverifikati l-kundizzjonijiet tal-Anness I, jiġifieri, kif indikat iktar ’il fuq, id-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tad‑direttiva ta’ inklużjoni, li hija stabbilita għall-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara l-premessa 8 tad-Direttiva 2010/28.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-verifika msemmija hawn fuq titlob li jiġi vverifikat li <HT TYPE="ITALIC">l-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti stess</HT>, u mhux biss is-sustanza attiva li tkun fih, huwa konformi mad-Direttiva 91/414 u, b’mod partikolari, li ġie evalwat skont il-prinċipji stipulati fl-Anness VI ta’ din id-direttiva u li jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(b) sa (e) tal-istess direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, teoretikament, din l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>evalwazzjoni ġdida<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> għandha tkun lesta fil-mument tat-traspożizzjoni tad-direttiva ta’ inklużjoni. Issa, fil-prattika, in-numru ta’ prodotti għall-protezzjoni tal‑pjanti li għandhom jiġu evalwati mill-ġdid u l-oneru tax-xogħol li jirriżulta minn din l-evalwazzjoni l-ġdida huma tali li ma huwiex raġonevolment mistenni li l-Istati Membri jiffinalizzawha fit-terminu ta’<?PAGE NO="10"?> traspożizzjoni (ħlief jekk huwa previst terminu ta’ traspożizzjoni twil ħafna). Konsegwentement, kif jindikaw il-premessi tad-direttivi ta’ inklużjoni, u b’mod iktar konkret il-premessa 8 tad-Direttiva 2010/28, huwa meħtieġ li jingħata terminu itwal lill-operaturi u lill-Istati Membri sabiex, jippreżentaw u jevalwaw, rispettivament, id-dokument tal‑Anness III komplet għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti u kull użu li huwa propost minnu. Bħala regola ġenerali, dan it-terminu jiskadi erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ tad-direttiva ta’ inklużjoni. Fir-rigward tad‑Direttiva 2010/28, id-data ta’ skadenza, stabbilita għat-<DATE ISO="20140630">30 ta’ Ġunju 2014</DATE>, tinsab fl-Artikolu 3(2).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Bid-domandi preliminari tagħha, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) tixtieq tkun taf x’interpretazzjoni għandha tingħata lill‑Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28 fid-dawl tal-premessa 8 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>B’mod partikolari, permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk it-terminu stabbilit għall‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>, previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28, huwiex data ta’ skadenza perentorja jew jekk tali terminu jistax jiġi pprorogat mill-Istati Membri. Fil-kuntest tat-tieni domanda tagħha, il‑qorti tar-rinviju tixtieq tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom għandha tingħata tali proroga. Madankollu, din l-aħħar domanda tqum biss fil-każ li t-terminu inkwistjoni jkun jista’ jiġi pprorogat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Qabel xejn, għandu jkun spjegat li l-IQV u l-Kummissjoni sostnew, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, il-fatt li d-data ta’ skadenza prevista fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28 kienet tikkostitwixxi terminu perentorju li l-Istati Membri ma jistgħux jipprorogaw, filwaqt li Sapec Agro u l-Gvern Spanjol jaqblu li t-terminu previst minn din id‑direttiva ma huwiex terminu perentorju. Konsegwentement, il-Gvern Spanjol jikkunsidra li l-imsemmi terminu jista’ jagħti lok għal proroga skont ir-regoli tad-dritt proċedurali tal-Istati Membri, f’kull każ għal raġunijiet adegwatament iġġustifikati, fid-dawl taċ-ċirkustanzi ta’ kull każ inkwistjoni u bl-osservanza tal-prinċipji li jirregolaw id‑Direttiva 91/414.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Analiżi tat-terminu previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, għall‑finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jiġu kkunsidrati mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il‑kuntest u l-għanijiet li għandhom jiġu segwiti mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Lanigan</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-237/15 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:474">EU:C:2015:474</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-qari litterali tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28 jipprevedi b’mod ċar li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>[f]’konformità mad-Direttiva [91/414], l-Istati Membri għandhom […] jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall‑prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl bħala sustanza attiva sal-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE><QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Barra minn hekk, it-tieni subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>[s]a dik id-data [il-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>], [l‑Istati Membri] għandhom, b’mod partikolari, jivverifikaw li l‑kundizzjonijiet fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar il-metalaxyl jiġu ssodisfati, minbarra dawk identifikati fil-Parti B tar-reġistrazzjoni dwar dik is-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jkollu, jew ikollu aċċess għal, dossier li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II għal dik id‑Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Il-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, bħala regola, huwa biżżejjed sabiex jindika li d-data tal-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE> tesprimi data ta’ skadenza perentorja li ma tistax tiġi pprorogata mill-Istati Membri. Madankollu, xorta jista’ jiġi mistoqsi jekk l-istruttura, l-għan u l-kuntest leġiżlattiv tad-Direttiva 2010/28 jikkorroborawx jew le din l‑interpretazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-qari kuntestwali tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>It-terminu previst fl-Artikolu 3(1) tad‑Direttiva 2010/28 għandu jiġi interpretat anki fid-dawl tal-istruttura ġenerali ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, kif imfakkar fil-punt 43 ta’ dawn il-konklużjonijiet, id-Direttiva 2010/28 daħlet fis-seħħ fl-<DATE ISO="20100701">1 ta’ Lulju 2010</DATE>. L-Artikolu 2 tagħha jipprevedi li l-Istati Membri kellhom, mhux iktar tard mill‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>, jittrasponu din id-direttiva fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Din id-data kienet ukoll id-data ta’ skadenza prevista mill-Kummissjoni fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28 sabiex tippermetti lill-Istati Membri jeżaminaw mill-ġdid l‑awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl bħala sustanza attiva. Konsegwentement, kif jirriżulta mill-punti 45 u 46 ta’ dawn il-konklużjonijiet, id-Direttiva 2010/28 tistabbilixxi l-istess terminu, jiġifieri l-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>, għat‑traspożizzjoni tagħha (Artikolu 2) u għall-emendar jew l-irtirar mill‑Istati Membri tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall‑protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl bħala sustanza attiva wara l-preżentazzjoni tad-dokument tal-Anness II u l-verifika tal‑kundizzjonijiet imsemmija fl-Anness I (Artikolu 3(1)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Għalhekk, fl-opinjoni tiegħi huwa ċar li l-fatt li l-Istati Membri jitħallew ma josservawx it-terminu stabbilit fl-Artikolu 3(1) tad‑Direttiva 2010/28 ikun imur kontra l-loġika stess li fuqha hija bbażata din id-direttiva li tipprevedi li t-terminu ta’ traspożizzjoni tagħha jikkoinċidi mat-terminu stabbilit sabiex jippermetti lill-Istati Membri jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-protezzjoni tal‑pjanti li fihom il-metalaxyl.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar ukoll li, jekk fi tmiem dan it-terminu, id-detentur ta’ awtorizzazzjoni eżistenti ta’ prodott għall-protezzjoni tal‑pjanti li fih il-metalaxyl ma jirnexxilux jistabbilixxi li kien jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28, b’mod partikolari li kellu dokument tal-Anness II jew li kellu aċċess għalih, dan ikun iwassal sabiex din l-awtorizzazzjoni tkun emendata jew irtirata. Il-kuntest uniformi stabbilit minn din id-dispożizzjoni tad‑Direttiva 2010/28, fl‑Unjoni kollha, li tinkludi l-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri jipproċedu bl-emendar jew bl-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl, u l-obbligi imposti fuq id-detenturi ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet fir-rigward tal-preżentazzjoni tad-dokumenti relatati mal-imsemmija prodotti, ikun affettwat b’mod serju jekk l-Istati Membri jistgħu jipprorogaw it-terminu tal‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandha tiġi analizzata l-pożizzjoni difiża mill‑Gvern Spanjol. Dan jikkunsidra li t-terminu previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28 seta’ jagħti lok għal proroga mill-Istati Membri fil‑każijiet kollha għal raġunijiet adegwatament iġġustifikati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>M’iniex konvint minn tali approċċ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punti 47 u 48 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l‑Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2010/28 jipprevedi proċedura ta’ evalwazzjoni mill-ġdid ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzati li fihom il-metalaxyl bħala sustanza attiva. Għal din il‑proċedura, din id-dispożizzjoni tistabbilixxi terminu itwal, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>[b]’deroga mill-paragrafu 1<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, li jiskadi erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id‑direttiva, jiġifieri fit-<DATE ISO="20140630">30 ta’ Ġunju 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Għalhekk jidhirli li huwa leġittimu li ssir il-mistoqsija segwenti: din id-deroga tkun rilevanti jekk, kif jindika l-Gvern Spanjol, it-terminu previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28 seta’ jiġi pprorogat mill‑Istati Membri fil-każijiet kollha għal raġunijiet iġġustifikati b’mod adegwat?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Ir-risposta għal din il-mistoqsija jidhirli li hija evidenti, u dan b’mod speċjali, infakkar, peress li dan it-terminu huwa l-istess bħal dak previst għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2010/28.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Din il-pożizzjoni hija kkorroborata mill-premessa 8 tad‑Direttiva 2010/28 li tipprevedi li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>[b]la ħsara għall-obbligi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE konsegwenza tal-inklużjoni tas-sustanzi attivi fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw <HT TYPE="ITALIC">perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni</HT> biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall‑protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalaxyl sabiex jaċċertaw li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stipulati fid‑Direttiva 91/414/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I. […]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fir-raba’ u l-aħħar lok, għandu jiġi kkunsidrat ukoll l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414 li jipprevedi li, wara li l-Kummissjoni tkun adottat id-deċiżjoni li tinkludi jew ma tinkludix waħda minn dawn is-sustanzi attivi fl-Anness I, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>[<HT TYPE="ITALIC">l]-Istati Membri għandhom jaċċertaw ruħhom</HT> li l-awtorizzazzjonijiet relevanti [tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti] jiġu mogħtija, irtirati jew varjati skond kif xieraq <HT TYPE="ITALIC">matul perjodu stabbilit</HT><QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-obbligi tal-Istat Membru, u b’mod partikolari l‑konsegwenzi marbuta mal-fatt li d-detentur tal-awtorizzazzjoni jiddikjara li ma għandux dokument tal-Anness II tad-Direttiva 91/414 jew li ma għandux aċċess għalih, qabel l-iskadenza tat-terminu stabbilit fl‑Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28, sabiex l-Istat Membru jadotta d-deċiżjoni tiegħu, jirriżultaw b’mod ċar mid-dispożizzjonijiet u mill-premessi ċċitati iktar ’il fuq tad‑Direttiva 2010/28, kif ukoll l-Artikoli 4 u 13 tad‑Direttiva 91/414.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Għalhekk, imqiegħed mill-ġdid fil-kuntest tiegħu, l-Artikolu 3(1) tad‑Direttiva 2010/28 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-data tal‑<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE> li hija prevista fih hija data ta’ skadenza perentorja li ma tistax tkun prorogata mill-Istati Membri. Fir-rigward tal‑istruttura tad-Direttiva 91/414 u tad-Direttiva 2010/28, ma humiex l‑Istati Membri li għandhom jiddeċiedu jekk għandhomx jiġu adottati miżuri inqas restrittivi mill-irtirar ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tippermetti wkoll li jintlaħaq l-għan li għandu jiġi segwit mid-Direttiva 2010/28, kif ser nispjega iktar ’il quddiem.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-qari teleoloġiku tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Qabel xejn infakkar li, meta direttiva ta’ implementazzjoni, bħad‑Direttiva 2010/28, tirrikjedi interpretazzjoni, din għandha tkun, sa fejn huwa possibbli, konformi mad-dispożizzjonijiet tad-direttiva bażika<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080522">22 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Feinchemie Schwebda u Bayer CropScience</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑361/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:296">EU:C:2008:296</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-ħames, is-sitt u d-disa’ premessa tad‑Direttiva 91/414 ifakkru li l-għan ta’ din id-direttiva huwa li telimina l-ostakli għall-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-Unjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, filwaqt li żżomm livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas‑saħħa tal-bniedem u tal-annimali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Industrias Químicas del Vallés vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑326/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:443">EU:C:2007:443</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060914">14 ta’ Settembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Zuid-Hollandse Milieufederatie</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑138/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:577">EU:C:2006:577</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Kif diġà ġie spjegat, dan il-għan huwa żgurat, minn naħa waħda, permezz tar-rekwiżit mitlub mid-Direttiva 91/414 tal-preżentazzjoni, mill-applikant, tad-dokument tal-Anness II, kemm għall-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I kif ukoll għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Il-Kummissjoni tispjega li, sabiex tiġi ppruvata l-innokwità tas-sustanza attiva u tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih din is-sustanza, l-informazzjoni li tinsab fid-dokument tal-Anness II hija neċessarja.</P></NOTE>, u, min-naħa l-oħra, permezz tal-fakultà miftuħa lill‑Kummissjoni li tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ użu ta’ sustanza attiva inkluża fl-Anness I sabiex tiġi żgurata s-sigurtà ta’ użu tagħha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara l-punti 36 sa 39 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Konsegwentement, in-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu stabbilit fl‑Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28 – u, huwa importanti li jitfakkar, ta’ direttivi ta’ inklużjoni oħra – huwa kuntrarju għall-imsemmi għan inkwantu l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Anness I tad-Direttiva 91/414 u li jistgħu b’mod partikolari jkun fihom impuritajiet tossiċi li jeċċedu l-limitu stabbilit mill-Kummissjoni jistgħu jibqgħu fis-suq wara d-data tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2010/28 fid-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Għalhekk huwa ċar li l-Istati Membri ma humiex awtorizzati la sabiex jipprorogaw l-imsemmi terminu u lanqas li jorbtu konsegwenza mal-iskadenza tiegħu li ma tkunx dik prevista mil-leġiżlatur tal-Unjoni b’mod uniformi għall-Istati Membri kollha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara l-punti 67 u 72 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Konsegwentement, il-fatt li l-Istati Membri jiġu awtorizzati jipprorogaw it-terminu ta’ evalwazzjoni mill-ġdid previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28 huwa, fl-opinjoni tiegħi, kuntrarju għall-għan li għandu jiġi segwit mid-Direttiva 91/414.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif il-Kummissjoni sostniet korrettament fl‑osservazzjonijiet tagħha, għaddew iktar minn tmien xhur bejn id-data tal‑adozzjoni tad-Direttiva 2010/28 u t-tmiem tat-terminu stabbilit tal‑Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, perijodu li kien intiż preċiżament sabiex jippermetti lid-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet li jiġbru l‑informazzjoni meħtieġa u lill-Istati Membri sabiex jieħdu deċiżjoni. La darba skada t-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2010/28 fid-dritt nazzjonali u fid-dawl tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ evalwazzjoni mill‑ġdid tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti, kull prodott li għalih ma jkunx ġie ppreżentat dokument tal-Anness II għandu jiġi irtirat mis-suq<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li terġa’ tinbeda l-proċedura ta’ awtorizzazzjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li jsostni l-Gvern Spanjol, naħseb li din l‑intrepretazzjoni bl-ebda mod ma tmur kontra l-għan tad‑Direttiva 91/414, peress li din tippermetti kemm li jiġu osservati d‑drittijiet ta’ min jinnotifika u li jiġi żgurat li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li għalihom id-dokument meħtieġ ma ġiex ippreżentat ma jitqegħdux fis-suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Konsegwentement, mill-punti 69 sa 74 ta’ dawn il‑konklużjonijiet jirriżulta li interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad‑Direttiva 2010/28 li tipprevedi li l-Istati Membri jistgħu ma josservawx it-terminu previst f’dan l-artikolu tmur kontra l-għan leġiżlattiv segwit mil-leġiżlatur tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-obbligi tal-Istati Membri fil-kuntest tal-proċedura ta’ evalwazzjoni mill-ġdid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzati</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ttrattat kemm-il darba l-kwistjoni dwar liema huma l-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti wara l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tad-Direttiva 91/414<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ninnota li, fil-kawża prinċipali, il-kwistjoni dwar x’ikunu l-konsegwenzi eventwali għall-Istati Membri jekk ma jemendawx jew ma jirtirawx, fit-terminu previst mid‑Direttiva 2010/28, l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-metalassil li ma josservawx ir-rekwiżiti tad-Direttiva 91/414, la hija mqajma mill-qorti tar-rinviju u lanqas mill-persuni kkonċernati, b’tali mod li ma hemmx lok li tiġi ttrattata.</P></NOTE>. Is-sentenzi mogħtija mill‑Qorti tal-Ġustizzja sa dakinhar jistgħu jagħtu xi indikazzjonijiet utli għall-finijiet tal-interpretazzzjoni tal-Artikolu 3(1) tad‑Direttiva 2010/28.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fl-ewwel kawża, li wasslet għas-sentenza Industrias Químicas del Vallés vs Il-Kummissjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE> (<NO.CASE>C‑326/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:443">EU:C:2007:443</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja annullat id‑Deċiżjoni 2003/308.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, b’differenza minn IQV u mill-Kummissjoni, Sapec Agro sostniet waqt is-seduta li, f’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet dwar il-possibbiltà li tipproroga t-terminu inkwistjoni filwaqt li tikkunsidra ċ-ċirkustanzi tal-każ, f’dan il-każ l-aġir kontradittorju tal‑awtoritajiet kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li dan l-argument jidher li huwa bbażat fuq komprensjoni żbaljata tal-imsemmija sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-kawża li wasslet għas-sentenza Industrias Químicas del Vallés vs Il-Kummissjoni kienet tirrigwarda terminu stabbilit mill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-proċedura quddiem din l‑istituzzjoni, għall-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I tad‑Direttiva 91/414<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara l-punt 38 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> u l-possibbiltà għal din tal-aħħar, u mhux għall‑Istati Membri, li temenda dan it-terminu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Industrias Químicas del Vallés vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑326/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:443">EU:C:2007:443</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għall-kuntrarju, fil‑kawża prinċipali, li tirrigwarda l-proċedura fil-livell tal-Istati Membri, il-kwistjoni hija jekk, fir-rigward tat-terminu stabbilit mill-Kummissjoni, l‑Istati Membri jistgħux, b’mod unilaterali, jipprorogaw dan tal-aħħar<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara l-punt 39 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>It-tieni nett, fis-sentenza Industrias Químicas del Vallés vs Il‑Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja bbażat ruħha fuq il-fatt li l‑awtoritajiet kompetenti kienu poġġew lill-applikant f’sitwazzjoni imprevista u kumplessa u kellhom aġir kontradittorju, fatt li, skont il‑Qorti tal-Ġustizzja, ma ġiex ikkunsidrat meta l-Kummissjoni kienet iddeċidiet li tadotta d-deċiżjoni kkontestata u li tirrifjuta l-proroga tal-imsemmi terminu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Industrias Químicas del Vallés vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑326/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:443">EU:C:2007:443</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għall-kuntrarju, fil-kawża prinċipali, l-applikant isostni allegata diffikultà sabiex jikkompleta dokument sħiħ, minkejja li l-obbligu li jippreżenta tali dokument kien stabbilit sa mill-bidu tal‑proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-qorti tar-rinviju tenfasizza li, fil-kawża pendenti quddiemha, Sapec Agro ma kinitx ippreġudikata minħabba xi konfużjoni dovuta minn aġir kontradittorju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara l-punt 27 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fit-tieni kawża, li wasslet għas-sentenza Feinchemie Schwebda u Bayer CropScience<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080522">22 ta’ Mejju 2008</DATE> (<NO.CASE>C‑361/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:296">EU:C:2008:296</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li tirrigwarda d-Direttiva 91/414 u direttiva ta’ inklużjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Direttiva tal-Kummissjoni 2002/37/KE tat-<DATE ISO="20020503">3 ta’ Mejju 2002</DATE> li temenda d-Direttiva tal‑Kunsill 91/414/KEE li tinkludi l-<HT TYPE="ITALIC">ethofumesate</HT> bħala sustanza attiva (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="117" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2002">ĠU 2002, L 117, p. 10</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, li l-Artikolu 1 tagħha kien jinkludi fl-Anness I is-sustanza attiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>ethofumesate<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> (etofumesat), il-kwistjoni kienet jekk l-Istati Membri kinux obbligati, fit-terminu previst minn din l-aħħar direttiva, li jitterminaw l‑awtorizzazzjoni eżistenti ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li fih l‑imsemmija sustanza minħabba li d-detentur ta’ din l-awtorizzazzjoni ma kienx fil-pussess, għall-finijiet tal-evalwazzjoni mill-ġdid tagħha, ta’ dokument tal-Anness II jew ma kellux aċċess għal tali dokument.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, billi bbażat ruħha fuq il-kliem tad‑dispożizzjoni inkwistjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/37. Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080522">22 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Feinchemie Schwebda u Bayer CropScience</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑361/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:296">EU:C:2008:296</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, li ma kienx jindika li l-Istati Membri kellhom jivverifikaw, fit-terminu previst sabiex jiġu evalwati mill-ġdid l‑awtorizzazzjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, jekk id-detenturi kellhomx id-dokument tal-Anness II jew kellhomx aċċess għalih<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Fil-fatt, kien biss fl-2005 li l-Kummissjoni emendat ir-redazzjoni tad-direttivi ta’ inklużjoni. Minn dakinhar, dawn jistipulaw l-obbligu tal-Istati Membri li jivverifikaw, fit-terminu previst mid-direttiva ta’ inklużjoni għall-proċedura ta’ evalwazzjoni mill-ġdid ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li d-detenturi għandhom dokument tal-Anness II tad-Direttiva 91/414 jew għandhom aċċess għalih. Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080522">22 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Feinchemie Schwebda u Bayer CropScience</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑361/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:296">EU:C:2008:296</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 4(1) tad‑Direttiva 2002/37 kellu jiġi interpretat fis-sens li ma kienx jobbliga lill‑Istati Membri li jtemmu, qabel it-terminu previst, l-awtorizzazzjoni ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti li jinkludi l-ethofumesate minħabba li l-proprjetarju ta’ din l-awtorizzazzjoni ma kellux, jew ma kellux aċċess għal, dokument tal-Anness II<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080522">22 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Feinchemie Schwebda u Bayer CropScience</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑361/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:296">EU:C:2008:296</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Madankollu, il-kwistjoni kontenzjuża f’din il-kawża ma kinitx dwar jekk it-terminu stabbilit mid-direttiva ta’ inklużjoni kienx perentorju fir-rigward tal-Istati Membri, għall-finijiet tal-verifika tal‑osservanza tal-obbligi fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet eżistenti, li jkollhom dokument tal-Anness II jew li jkollhom aċċess għalih, kif kien il-każ f’dan il-każ, iżda dwar dak li l-imsemmija Stati Membri kienu obbligati li jagħmlu f’dan it-terminu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, id-Direttiva 2010/28, li ssemmi d-dokument iċċitat iktar qabel fl-Artikolu 3(1) kif ukoll fil-premessa 9 tagħha, tindika espressament li l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet għandhom tali dokument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Żewġ aspetti rilevanti tal-aħħar li ġew ikkjarifikati matul is-seduta mill-Kummissjoni, jimmeritaw, fl-opinjoni tiegħi, li jissemmew: minn naħa waħda, l-obbligi tal-Istat Membru relatur u, min-naħa l-oħra, il-possibbiltà li jiġu sospiżi l-effetti tal-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti mqiegħda fis-suq imsemmija minn Sapec Agro u mill-Gvern Spanjol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-obbligi tal-Istat Membru relatur, ir‑Repubblika Portugiża, Sapec Agro u l-Gvern Spanjol irrilevaw li dan l-Istat Membru kellu wkoll xi dewmien<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Ara l-punt 19 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni f’dan ir-rigward spjegat li, għal kull sustanza, Stat Membru relatur jintervjeni waqt il-fażi ta’ awtorizzazzjoni ta’ sustanzi attivi u jirredatta l-ewwel rapport. Għall-kuntrarju, f’dak li jirrigwarda l-fażi ta’ evalwazzjoni mill-ġdid tal-awtorizzazzjonijiet mill-Istati Membri, id-Direttiva 2010/28 <HT TYPE="ITALIC">ma tagħti l-ebda rwol lill-Istat Membru relatur</HT>. Madankollu, fid-dawl tal-fatt li dan l-Istat Membru relatur jaf tajjeb is-sustanza inkwistjoni, il-linji gwida tal-Kummissjoni jipproponu lill-Istati Membri <HT TYPE="ITALIC">ftehim informali</HT> li jipprevedi li l-evalwazzjoni tal‑ekwivalenza għas-sustanzi kollha fis-suq tista’ ssir mill-imsemmi Stat Membru relatur, minkejja li formalment dan l-obbligu jaqa’ fuq kull Stat Membru b’mod individwali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Linji gwida dwar il-proċeduri li jirregolaw l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti għall‑protezzjoni tal-pjanti wara l-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I tad‑Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, dokument Sanco/10796/2003 – rev. 10.4 tat‑<DATE ISO="20091002">2 ta’ Ottubru 2009</DATE>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Għalhekk, dan il-ftehim informali bejn l-Istati Membri, sabiex jiffaċilita x-xogħol ta’ dawn tal-aħħar – li ma huwiex previst mid‑Direttiva 2010/28 –, ma għandux jiġi assimilat ma’ obbligu formali tal-imsemmi Stat Membru. Konsegwentement, ir-Repubblika Portugiża ma kellhiex obbligi oħra ħlief dawk imsemmija fil-punt preċedenti f’dak li jirrigwarda l-fażi ta’ awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-possibbiltà ta’ sospensjoni tal-effetti tal-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, il-Gvern Spanjol issuġġerixxa, fl-osservazzjonijiet bil-miktub u orali tiegħu, li s-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni ta’ Sapec Agro kienet miżura alternattiva għar-revoka ta’ din l-awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Madankollu, infakkar li tali sospensjoni li hija prevista fid‑Direttiva 2010/28 u lanqas fid-Direttiva 91/414. Fil-fatt, l‑Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414, li huwa d-dispożizzjoni rilevanti f’dan ir-rigward, jipprevedi li l-Istati Membri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>għandhom jaċċertaw ruħhom li l-awtorizzazzjonijiet relevanti jiġu <HT TYPE="ITALIC">mogħtija, irtirati</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">varjati</HT> skond kif xieraq matul perjodu stabbilit<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, mingħajr ma jipprevedi b’xi mod għas-sospensjoni tal-effetti tal-awtorizzazzjonijiet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Fl-opinjoni tiegħi, mill-punti 52 sa 75 ta’ dawn il-konklużjonijiet jirriżulta b’mod ċar li l-Istati Membri ma jistgħux jipprorogaw terminu stabbilit mill-Kummissjoni għall-Istati Membri kollha, li japplika għall‑awtorizzazzjonijiet kollha ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Għalhekk, nikkunsidra li r-risposta għall-ewwel domanda preliminari għandha tkun li d-data tal-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>, prevista fl‑Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2010/28, tesprimi data ta’ skadenza perentorja u li tali terminu ma jistax jiġi pprorogat mill-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta tiegħi kif proposta għal din l-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni waħda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, nipproponi lill‑Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) kif ġej:</TXT><P>Id-data tal-<DATE ISO="20101231">31 ta’ Diċembru 2010</DATE>, prevista fl-Artikolu 3(1) tad‑Direttiva tal-Kummissjoni 2010/28/UE tat-<DATE ISO="20100423">23 April 2010</DATE> li temenda Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-metalaxyl bħala sustanza atttiva, għandha tiġi interpretata fis-sens li tesprimi data ta’ skadenza perentorja u li tali terminu ma jistax jiġi pprorogat mill-Istati Membri.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>