|
10.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 89/21 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11063 – CVC CAPITAL / SCAN GLOBAL LOGISTICS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 89/10)
1.
Fit-3 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”, il-Lussemburgu), |
|
— |
SGL TransGroup US Corp (l-Istati Uniti tal-Amerka) u Scan (Jersey) TopCo Ltd (Jersey), flimkien imsejħa Scan Global Logistics, ikkontrollati minn AEA Investors SBF LP (“AEA”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
CVC se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Scan Global Logistics kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
CVC tipprovdi konsulenza u tiġġestixxi fondi ta’ investiment b’interessi f’għadd ta’ kumpaniji attivi f’varjetà ta’ industriji madwar id-dinja, primarjament fl-Ewropa, fl-Istati Uniti tal-Amerka u fir-reġjun Ażjatiku tal-Paċifiku, |
|
— |
Scan Global Logistics tipprovdi servizzi ta’ spedizzjoni madwar id-dinja ta’ merkanzija ħafifa. Scan Global Logistics bħalissa hija kkontrollata minn AEA, li hija attiva fl-investiment ta’ ekwità privata. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnotat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11063 – CVC CAPITAL / SCAN GLOBAL LOGISTICS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).